31989R1643



Official Journal L 162 , 13/06/1989 P. 0012 - 0017
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 29 P. 0141
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 29 P. 0141


Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1643/89

tat-12 ta’ Ġunju 1989

li jagħti definizzjoni tal-ammonti standard li għandhom jintużaw fil-finanzjament ta’ operazjonijiet materjali in konnessjoni mall-ħażna pubblika ta’ prodotti agrikoli

Il-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1883/78 tat-2 ta’ Awissu 1978 li jfassal ir-regoli ġenerali għall-finanzjament ta’ interventi mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Gwida u Garanzija, Garanzija Sezzjoni [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 787/89 [2], u partikolarment Artikoli 6 u 9 tiegħu,

Billi Artikolu 6 tar-Regolament (KEE) Nru 1883/78 jipprovdi li l-ħidma materjali li jkun hemm bżonn minħabba l-ħażna u fejn xieraq, minħabba l-ipproċessar tal-prodotti ta’ intervent għandha tkun iffinanzjata b’ ammonti standard b’ mod uniformi fil-Komunità;

Billi x-xogħol li fuqu hija bbażata l-ħidma materjali ġie studjat dan l-aħħar u billi hemm bżonn li din il-ħidma tkun definita sabiex fil-kalkolu tal-ammonti standard, hija tkun meħuda in konsiderazzjoni;

Billi l-ispiża vera li ġiet rrekordjata fid-diversi Stati Membri għall-ħidma materjali tvarja sal-punt li hemm bżonn regola ġdida għall-weighting ta’ din l-ispiża eskluża l-ogħla spiża, u għandu jingħata inċentiv għal t-tmexxija aħjar u aktar ekonomika;

Billi l-metodu użat għal-kalkolu tal-ammonti standard għandu għaldaqstant jieħdu in konsiderazzjoni dan l-weighting ġdid;

Billi l-Kumitat tal-FAEGG għadu ma tax opinjoni fiż-żmien lilu mogħti mill-President,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-ammonti standard imsemmija f’Artikolu 6 tar-Regolament (KEE) Nru 1883/78 huma maħduma fuq il-bażi tal-ispiża vera medja mkejla li ġiet rekordjata matul perjodu ta’ riferenza f’ ta’ l-anqas erba’ mill-Istati Membri għall-ħidma materjali rilevanti, kif definita f’ dan l-Anness.

Il-perjodu ta’ riferenza huwa s-sena li tispiċċa qabel id-data li fiha jkun iffissat l-ammont standard.

Artikolu 2

Il-medja mkejla tal-ispiża vera tinħadem billi jingħażlu l-erba’ Stati Membri li għandhom l-anqas spiża għall-ċerta ħidma materjali, sakemm din l-ispiża tkun tal-anqas daqs 33 % tal-kwantità totali tal-imsemmi prodott maħżun. F’ każijiet oħra l-ispiża vera tal-Istati Membri l-oħra għandha tkun inkluża fil-kejl sakemm il-perċentwali jilħaq 33 % tal-kwantità maħżuna.

L-ispiża vera hija mkejla fuq il-bażi tal-kwantità maħżuna mill-Istati Membri magħżula.

Kemm il-darba prodott jista jinstab fil-ħażna pubblika f’ wieħed jew żewġ Stati Membri biss, l-ammont standard rilevanti għal dan il-prodott huwa stabbilit fuq il-bażi tal-ispiża vera rekordjata. Madanakollu, r-rati kummerċjali tal-ħażna wżati għal dawk il-prodotti u f’ dawk l-Istati Membri jistgħu jittieħdu in konsiderazzjoni meta jkunu qed jiġu stabbiliti l-ammonti standard.

Artikolu 3

Kull aġenzija ta’ intervent għandha tgħaddi lill-Kummissjoni l-kuntratti standard li huma wżati għall-ħażna pubblika u r-regoli dettaljati dwar il-kontroll, l-ħażna, u t-tneħħija mill-imħażen u mill-kontroll.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fit-12 ta’ Ġunju 1989.

Għall-Kummissjoni

Ray Mac Sharry

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 216, tal-5.8.1978, p. 1.

[2] ĠU L 85, tat-30.3.1989, p. 1.

--------------------------------------------------

ANNESS

LISTA TAL-OPERAZZJONIJIET MATERJALI LI HIJA SKOND L-AMMONTI STANDARD IMSEMMIJA F’ARTIKOLU 6 TAR- REGOLAMENT (KEE) NRU 1883/78

ĊEREALI

I. Ammont standard sabiex jitpoġġa f’ maħżen:

(a) ċaqlieq fiżiku taċ-ċereali mill-mezz ta’ trasport sal-wasla fiċ-ċella tal-maħżen (fosilo jew sezzjoni ta’ maħżen) - l-ewwel trasferiment;

(b) l-użin;

(ċ) kampjun/analiżi/sabiex tistabilixxi kwalità.

II. Ammont standard għall-ħażna:

(a) kera tal-fond - prezz skond il-kuntratt;

(b) spejjeż tal-assigurazzjoni (sakemm mhux inklużi f’(a));

(ċ) miżuri għall-kontroll tal-pesti (sakemm mhux inklużi f’(a));

(d) inventarju annwali (sakemm mhux inkluż f’(a));

(e) ventilazzjoni, jekk hemm (sakemm mhux inkluża f’(a)).

III. Ammont standard għat-tneħħija mill-ħażna:

(a) l-użin taċ-ċereali;

(b) kampjun/analiżi (jekk dovut minħabba intervent);

(ċ) tneħħija fiżika u tgħabija taċ-ċereali fuq l-ewwel mezz ta’ trasport.

IV. Ammont standard addizzjonali għall-ħażna:

(a) it-tnixxif taċ-ċereali.

V. Ammont standard addizzjonali għat-tneħħija mill-ħażna:

(a) prodott li jibdel in-natura jew il-kulur tal-prodott;

(b) immaniġġjar jew xogħol.

ŻERRIEGĦA TAŻ-ŻEJT

(il-fdal taz-zkuk u l-qxur tal-għeneb u ġirasol)

I. Ammont standard għat-tpoġġija f’ maħżen:

(a) ċaqliq fiżiku taż-żerriegħa taż-żejt mill-mezz tat-trasport sal-wasla fiċ-ċella tal-ħażna (silo jew maħżen) - l-ewwel trasferiment;

(b) l-użin;

(ċ) kampjun/analiżi/sabiex tistabbilixxi l-kwalità.

II. Ammont standard għall-ħażna:

(a) kera tal-fond - prezz skond il-kuntratt;

(b) spejjeż tal-assigurazzjoni (sakemm mhux inklużi f’ (a));

(ċ) miżuri għall-kontroll tal-pesti (sakemm mhux inklużi f’ (a));

(d) inventarju annwali (sakemm mhux inkluż f’ (a));

III. Ammont standard għat-tneħħija mill-ħażna:

(a) l-użin;

(b) teħid ta’ kampjuni/analiżi (jekk dovut minħabba intervent);

(ċ) tneħħija fiżika u tgħabija taż-żerriegħa taż-żejt fuq l-ewwel mezz ta’ trasport.

IV. Ammont standard addizzjonali għall-ħażna:

(a) it-tnixxif taż-żerriegħa taż-żejt.

ZOKKOR

I. Ammont standard għat-tpoġġija f’ maħżen:

(a) ċaqlieq fiżiku taz-zokkor mill-ewwel mezz tat-trasport sal-wasla fiċ-ċella tal-maħżen (silo jew sezzjoni ta’ maħżen) - l-ewwel trasferiment;

(b) l-użin;

(ċ) teħid ta’ kampjuni/analiżi/sabiex tistabilixxi l-kwalità;

(d) tpoġġija taz-zokkor f’ boroż (fejn hemm bżonn).

II. Ammont standard addizzjonali għall-preparazzjoni għas-suq:

(a) l-ippakkjar.

III Ammont standard addizzjonali għat-trasport:

(a) noll skond il-kategorija tad-distanza.

IV. Ammont standard għall-ħażna:

(a) kera tal-fond - prezz skond il-kuntratt;

(b) spejjeż tal-assigurazzjoni (sakemm mhux inklużi f’(a));

(ċ) miżuri għall-kontroll tal-pesti (sakemm mhux inklużi f’(a));

(d) inventarju annwali (sakemm mhux inkluż f’(a));

V. Ammont standard għat-tneħħija mill-ħażna:

(a) l-użin;

(b) teħid ta’ kampjuni/analiżi (jekk dovut minħabba intervent);

(ċ) tneħħija fiżika u tgħabija taz-zokkor fuq l-ewwel mezz ta’ trasport.

ĊANGA

I. Aċċettazzjoni/Approvazzjoni tal-konsenja u dħul fil-ħażna (kwart u nofs karkassi):

(a) ċaqliq fiżiku tal-laħam mill-mezz tat-trasport saċ-ċella tat-tkessiħ;

(b) kontroll tal-kwalità;

(ċ) l-użin;

(d) l-iffriżar u t-trasferiment sal-aħħar ċella tat-tkessiħ;

(e) l-ippakkjar.

II. Aċċettazzjoni/approvazzjoni tal-konsenja, l-invellar u d-dħul fil-ħażna (laħam mingħajr għadam):

(a) kontroll tal-kwalità tal-laħam bl-għadam;

(b) l-użin tal-laħam bl-għadam;

(ċ) l-immaniġjar;

(d) spejjeż ta’ nvellar skond il-kuntratt li jinkludu:

- t-tkessiħ tal-bidu,

- trasport miċ-ċentru ta’ intervent sal-post tal-qtugħ (sakemm il-bejjiegħ ma jikkonsenjax l-oġġett fil-post tat-tqattigħ),

- l-invellar, it-tqattigħ, l-użin, l-ippakkjar u l-iffriżar mgħaġġel,

- il-ħażna temporanja tal-qatgha laħam; t-tagħbija, t-trasport u d-dħul mill-ġdid fiċ-ċella tat-tkessiħ taċ-ċentru ta’ intervent,

- spiża tal-materjal għall-ippakkjar: boroż tal-polytene, kaxxex tal-kartun,

- valur tal-għadam, biċċiet tax-xaħam u fdalijiet oħra mħollija fil-post tat-tqattigħ (l-irċevuti għandhom jitnaqqsu mill-ispejjeż).

III. Il-ħażna:

(a) kera tal-fond - prezz skond il-kuntratt;

(b) spejjeż tal-assigurazzjoni (sakemm mhux inklużi f’(a));

(ċ) kontroll tat-temperatura (sakemm mhux inkluż taħt (a));

(d) inventarju annwali (sakemm mhux inkluż taħt (a)).

IV. Tneħħija mill-ħażna:

(a) l-użin;

(b) kontroll tal-kwalità (jekk dovut minħabba intervent);

(ċ) trasferiment tal-laħam miċ-ċella tat-tkessiħ għall-post tat-tgħabija.

PRODOTTI TAL-ĦALIB: BUTIR

I. Aċċettazzjoni/Approvazzjoni u dħul fil-maħżen:

(a) ċaqliq tal-butir mill-mezz tat-trasport meta jasal fil-maħżen saċ-ċella tal-maħżen;

(b) l-użin u l-identifikazzjoni tal-pakketti;

(ċ) teħid ta’ kampjuni/kontroll tal-kwalità;

(d) dħul fiċ-ċella l-kiesħa u iffriżar;

(e) teħid tat-tieni kampjun/kontroll tal-kwalità fi tmiem il-perijodu ta’ prova.

II. Il-ħażna:

(a) kera tal-fond jew prezz skond il-kuntratt;

(b) assigurazzjoni (sakemm mhux inkluża f’(a));

(ċ) kontroll tat-temperatura (sakemm mhux inkluża taħt (a));

(d) inventarju annwali (sakemm mhux inkluż taħt (a)).

III. Tneħħija mill-ħażna:

(a) l-użin u l-identifikazzjoni tal-pakketti;

(b) ċaqliq tal-butir miċ-ċella tat-tkessiħ sal-post tat-tgħabija tal-maħżen fil-każ li l-mezz ta’ trasport huwa kontejner, jew tgħabija fil-post tat-tgħabija tal-maħzen jekk il-mezz tat-trasport huwa trakk jew vagun tal-ferrovija.

IV. Ittikkettjar jew immarkar speċifiku:

Jekk obbligatorju taħt Regolament tal-KEE dwar l-użu/bejgħ.

ŻJUT U XAĦMIJIET: ŻEJT TAŻ-ŻEBBUĠA

I. Aċċettazzjoni u dħul fil-maħżen:

(a) ċaqliq taż-żejt mill-mezz tat-trasport u tpoġġija fit-tank (sakemm ma nxtarax mingħajr ċaqliq taż-żejt) mal-wasla fil-maħżen;

(b) kwantità/irrrekordjar jew kontroll;

(ċ) teħid ta’ kampjuni/kontroll tal-kwalità.

II. il-ħażna:

(a) kera tal-fond jew prezz skond il-kuntratt;

(b) assigurazzjoni (sakemm mhux inkluża taħt (a));

(ċ) kontroll tat-temperatura (sakemm mhux inkluża taħt (a));

(d) inventarju annwali (sakemm mhux inkluż taħt (a));

(e) massimu ta’ (tlett) operazzjonijiet ta’ tferriegħ bil-mod f’kontenituri jew stivar matul l-ewwel sitt xhur tal-ħażna (sakemm mhux inklużi f’(a)).

III. Tneħħija mill-ħażna:

(a) kontroll tal-kwantità;

(b) teħid ta’ kampjuni/analiżi tal-kwalità (kemm il-darba din hija r-responsabbilità tal-awtorijiet ta’ intervent);

(ċ) tagħbija fil-vettura tax-xerrej jew f’ tank li jkun ikkonsenjat fil-bieb tal-maħżen.

IV. Analiżi annwali:

teħid ta’ kampjuni u analiżi ta’ żejt tal-ikel fil-bidu ta’ kull sena tas-suq, kif provdut fir-Regolamenti (KEE) Nru 3166/84 [1] u (KEE) Nru 3472/85 [2].

PRODOTTI TAL-ĦALIB: SMP

I. Aċċettazzjoni u dħul fil-maħżen:

(a) ċaqliq tal-SMP mill-mezz tat-trasport mal-wasla fil-kamra tal-maħżen;

(b) l-użin;

(ċ) teħid ta’ kampjuni/kontroll tal-kwalità;

(d) kontroll fuq l-immarkar u l-ippakkettjar.

II. l-ħażna:

(a) kera tal-fond jew prezz skond il-kuntratt;

(b) assigurazzjoni (sakemm mhux inkluża f’(a));

(ċ) kontroll tat-temperatura (sakemm mhux inkluża f’(a));

(d) inventarju annwali (sakemm mhux inkluż f’(a)).

III. Tneħħija mill-ħażna:

(a) l-użin;

(b) teħid ta’kampjuni/ispezzjoni tal-oġġetti (jekk hi r-responsabbilità tal-awtorijiet tal-intervent);

(ċ) ċaqliq tal-SMP sal-post tat-tgħabija tal-maħżen, eskluż l-istivar, fuq mezzi ta’ trasport kemm il-darba jkun trakk jew vagun tal-ferrovija.

Ċaqlieq tal-SMP sal-post ta’ tgħabija tal-maħżen kemm-il darba jintuża mezz ieħor ta’ trasport, eż. reċipjent

IV. Immarkar speċifiku:

Immarkar speċifiku tal-boroż li fihom l-SMP huwa ppakkjat jekk mibjugħ b’ offerta għall-bejgħ għall-użu speċifiku.

PRODOTTI TAL-ĦALIB: ĠOBON

I. Aċċettazzjoni u dħul fil-maħżen:

(a) ċaqliq tal-oġġetti mill-mezz tat-trasport mal-wasla fil-kamra tal-maħżen;

(b) l-użin u kontroll tal-marki;

(ċ) teħid ta’ kampjuni/kontroll tal-kwalità;

(d) teħid tat-tieni kampjun u kontroll tal-kwalità fi tmiem il-perjodu ta’ prova.

II. l-ħażna:

(a) kera tal-fond jew prezz skond il-kuntratt;

(b) assigurazzjoni (sakemm mhux inkluża f’(a));

(ċ) kontroll tat-temperatura (sakemm mhux inkluża f’(a);

(d) inventarju annwali (sakemm mhux inkluż f’(a)).

III. Tneħħija mill-ħażna:

(a) l-użin;

(b) kontroll tal-kwalità (kemm il-darba din hija r-responsabbilita tal-awtorijiet ta’ intervent);

(ċ) ċaqliq tal-oġġetti mill-kamra tal-maħżen sal-mezz tat-trasport.

TABAKK

I. Aċċettazzjoni u dħul fil-maħżen: (tabakk imballat):

(a) ċaqlieq tat-tabakk ġewwa l-maħżen;

(b) l-użin;

(ċ) kontroll ta’ kwalità u għotja ta’ grad.

II. Aċċettazzjoni u pproċessar (tabakk tal-werqa):

(a) l-użin;

(b) kontroll fuq l-iċċekkjar tal-kwalità;

(ċ) ħażna temporanja;

(d) prezz tal-kuntratt tal-ewwel ipproċessar, li jinkludi:

- spejjeż ta’ trasport mill-post fejn ġie aċċettat (maħżen temporanju) sal-post tal-iproċessar,

- l-ispejjez kollha tal-ewwel iproċessar u preparazzjoni għas-suq,

- spejjeż ta’ trasport mill-post tal-ipproċessar sal-post tal-ħażna finali.

III. l-ħażna (tabakk imballat):

(a) kera tal-fond jew prezz skond il-kuntratt;

(b) assigurazzjoni (sakemm mhux inkluża f’(a));

(ċ) kontorll tal-umdità (sakemm mhux inkluża f’(a));

(d) inventarju annwali (sakemm mhux inkluż taħt (a));

(ċ) miżuri għall-kontroll tal-pesti (sakemm ma jaqgħux taħt (a));

IV. Tneħħija mill-maħżen (tabakk imballat):

(a) użin;

(b) teħid ta’ kampjuni qabel il-bejgħ (jekk hija r-responsabbilità tal-awtorijiet tal-intervent);

(ċ) ċaqliq ta’ tabakk mill-kamra tal-maħżen ghal fuq il-mezz ta’ trasport

V. Ammont standard addizzjonali għat-tabakk orjentali (sakemm mhux inkluż f’III (a):

(a) fil-każ ta’ rotazzjoni tat-tabakk imballat;

(b) tifdil tal-aħħar qabel it-tneħħija mill-maħżen (sakemm mhux inkluż f’ IV (a)).

ALKOĦOL

I. Aċċettazzjoni/Approvazzjoni u dħul fil-maħżen:

(a) irrekordjar tal-kwantità;

(b) teħid ta’ kampjuni/kontroll tal-kwalità;

(ċ) tpoġġija f’ tankijiet (sakemm mhux mixtri minghajr il-bżonn ta’ ċaqlieq).

II. Il-ħażna:

(a) prezz skond il-kuntratt jew kera ta’ tankijiet;

(b) assigurazzjoni (sakemm mhux inkluża f’(a));

(ċ) kontroll tat-temperatura (sakemm mhux inkluża f’(a));

(d) inventarju annwali (sakemm mhux inkluż f’(a)).

III. Tneħħija mill-ħażna:

(a) kontroll tal-kwalità;

(b) teħid ta’ kampjuni/analiżi tal-kwalità (kemm il-darba r-responsabilità hija tal-awtorijiet tal-intervent);

(ċ) tagħbija fuq vettura jew fuq tank tax-xerrej.

[1] ĠU L 297, tal-15.11.1984, p. 16.

[2] ĠU L 333, tal-11.12.1985, p. 5.

--------------------------------------------------