Official Journal L 156 , 08/06/1989 P. 0018 - 0019
Finnish special edition: Chapter 2 Volume 7 P. 0048
Swedish special edition: Chapter 2 Volume 7 P. 0048
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1585/89 tas-7 ta' Ġunju 1989 dwar il-klassifika ta' ċerti oġġetti fin-nomenklatura magħquda IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 [1] dwar in-nomenklatura tat-tariffi u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni, kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 1495/89 [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 9 tieghu, Billi sabiex tiġi assigurata applikazzjoni uniformi tan-nomenklatura magħquda annessa mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, huwa meħtieġ li jiġu adottati miżuri li għandhom x'jaqsmu mal-klassifika ta' l-oġġetti msemmija fl-Anness għal dan ir-Regolament; Billi r-Regolament (KEE) Nru 2658/87 iffissa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda u dawn ir-regoli japplikaw ukoll għal kwalunkwe nomenklatura oħra li hi totalment jew parzjalment bażata fuqha jew li żżid magħha suddiviżjonijiet addizzjonali u li hija mwaqqfa b'disposizzjonijiet speċifiċi Komunitarji, bl-iskop ta' l-applikazzjoni ta' tariffa jew miżuri oħra li għandhom x'jaqsmu man-negozju ta'oġġetti; Billi, sussegwenti għall-imsemmija regoli ġenerali,l-oġġetti deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella annessa ma’ dan ir-Regolament għandhom ikunu klassifikati taħt il-kodiċi NM xieraq muri fil-kolonna 2, bis-saħħa tar-raġunijiet imniżżla fil-kolonna 3; Billi l-miżuri li hemm stabbiliti f’dan ir-Regolament huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat tan-Nomenklatura, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT Artikolu 1 L-oġġetti deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella annessa huma b'hekk klassifikati fin-nomenklatura magħquda taħt il-kodiċi NM xieraq muri fil-kolonna 2 ta' l-imsemmija tabella. Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidhol fis-seħħ fil-21 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, is-7 ta'Ġunju 1989. Għall-Kummissjoni Christiane Scrivener Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 256, tas-7.9.1987, pġ. 1. [2] ĠU L 148, ta' l-1.6.1989, pġ. 1. -------------------------------------------------- ANNESS Deskrizzjoni ta' l-oġġetti | Klassifika ta' kodiċi NM | Raġunijiet | (1) | (2) | (3) | Xama’ sintetika tal-pitrolju li għandha piż molekulari ta' mhux anqas minn 460 u mhux aktar minn 1560 li għandha f'piż anqas minn 0,75 % ta' żejt | 27122000 | Klassifika hija stabbilita bid-disposizzjonijiet tar-regoli ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda u t-test ta' kodiċijiet NM 2712 and 27122000. (Ara wkoll noti spjegattivi għall-kodiċi NM 27122000) | --------------------------------------------------