Official Journal L 151 , 03/06/1989 P. 0025 - 0026
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 29 P. 0103
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 29 P. 0103
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1547/89 tat-2 ta’ Ġunju 1989 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2185/87 dwar il-pagament lura ta’ rifużjoni tal-esportazzjoni għal ċerti prodotti agrikoli esportati fil-għamla ta’ ċerti oġġetti mhux koperti bl-Anness II tat-Trattat u biex jiġu mposti ammonti kumpensanti tal-adeżjoni IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2727/75 tal-Kunsill tad-29 t’Ottubru 1975 dwar l-organiżżazzjoni komuni tal-kummerċ taċ-ċereali [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 1213/89 [2], u partikolarment l-Artikolu 16(6) tiegħu, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1785/81 tat-30 ta’ Ġunju 1981 dwar l-organiżazzjoni komuni fis-swieq tas-settur taz-zokkor [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 1069/89 [4], u partikolarment l-Artikolu 19(7) tiegħu, Billi Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2185/87 [5], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 164/89 [6], jipprovdi f’ċerti każi għal pagament lura ta’ rifużjoni kalkulati fuq il-bażi tal-kwantitajiet stabbiliti fl-Anness tiegħu; Billi l-prodotti skond il-kodiċi CN 380910 huma suġġetti għal rifuzjoni tal-esportazzjoni li jkunu ogħla mid-dazji imposti fuq importazzjoni fil-Komunità; billi dawk il-prodotti għandhom għalhekk ikunu nklużi fl-iskop tar-Regolament (KEE) Nru 2185/87 sabiex ikun evitat benefiċċju mhux xieraq lill-operaturi; Billi l-miżuri li hemm dispożizzjonijiet dwarhom f’dan ir-Regolament huma bi qbil mal-opinjonijiet tal-Kumitati ta’ Ġestjoni rilevanti,, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 L-Anness tar-Regolament (KEE) Nru 2185/87 huwa issa mibdul bl-Anness ta’ hawn. Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol b’effett fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fit-2 ta’ Gunju 1989. Għall-Kummissjoni Ray Mac Sharry Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 281, ta’ l-1.11.1975, p. 1. [2] ĠU L 128, tal-11.5.1989, p. 1. [3] ĠU L 177, ta’ l-1.7.1981, p. 4. [4] ĠU L 114, tas-27.4.1989, p. 1. [5] ĠU L 203, ta’ l-24.7.1987, p. 20. [6] ĠU L 20, tal-25.1.1989, p. 12. -------------------------------------------------- L-ANNESS “L-ANNESS Oġġetti (kodiċi CN) | Kwantitajiet ta' prodotti bażiċi meqjusa bħala li kienu ġew użati fil- manifattura ta' 100 kb ta' oġġetti | 13023100130232101302329013023900 | Ë717 kb ta' zokkor abjad | 29411000 | 6703 kg ta' qamhirrun (ghall-industrija tal-lamtu) kif ukoll 787,40 kg ta' zokkor abjad | 30019091 | 717 kg ta' zokkor abjad | 35051050 | 335 kg ta' qamh komuni (għall-industrija tal-lamtu) | 38091010380910303809105038091090 | Ë 180 kg ta' qamħirrun (għall-industrija tal-lamtu) | 3912909039139090 | Ë 717 kg ta' zokkor abjad' | --------------------------------------------------