31989R1544



Official Journal L 151 , 03/06/1989 P. 0022 - 0022
Finnish special edition: Chapter 4 Volume 3 P. 0129
Swedish special edition: Chapter 4 Volume 3 P. 0129


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1544/89

tat-2 ta' Ġunju ta' l-1989

li jemenda Regolament (KEE) Nru 3460/85 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-għoti ta' indennizz kumpensatorju għas-sardin Mediterranju

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3117/85 ta' l-4 ta' Novembru ta' l-1985 li jistabbilixxi regoli ġenerali għall-għoti ta' indennizz kumpensatorju għas-sardin ta l-ispeċi Sardina pilchardus [1], kif emendat permezz tar-Regolament (KEE) Nru 3940/87 [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 4 tiegħu,

Billi iż-żmien għall-fejqan ta' ċerti prodotti mmellħin li f'ċerti każijiet huwa impossibbli li tinżamm l-iskadenza għall-pagament ta' l-indennizz stabbilit fir-Regolament tal-Kummissjoni (EEC) Nru 3460/85 [3]; billi, fl-interessi tal-prevenzjoni tal-prodotti konċernati milli ma jkunux possibbli li jikkwalifikaw mill-indennizz kumpensatorju, l-Artikolu 5(1) tar-Regolament hawn fuq imsemmi għandu jkun emendat;

Billi il-miżuri provduti f'dan ir-Regolament huma bi qbil ma' l-opinjoni tal-Kumitat tat-Tmexxija tal-Prodotti mis-Sajd u l-Akwakultura,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Is-subparagrafu li ġej huwa hawnhekk miżjud ma' l-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KEE) Nru 3460/85:

"Għal prodotti mmellħin li għandhom ikunu kurati fil-melħ għal perjodu, li jfisser li l-iskadenza ta' sitt xhur msemmija hawn fuq ma tistax tintlaħaq, l-Istat Membru konċernat jestendi, jekk hemm bżonn, din l-iskadenza sakemm meħtieġ għall-prodotti li jridu jkunu kurati. TDin l-estensjoni ta' l-iskadenza ma tistax tkun, f'kwalunkwe każ, iktar minn sitt xhur."

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Għandu japplika b'effett mill-1 ta' Jannar ta' l-1987.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, 2 ta' Ġunju ta' l-1989.

Għall-Kummissjoni

Manuel Marín

Viċi-President

[1] ĠU L 297, tad-9.11.1985, pġ. 1.

[2] ĠU L 373, tal-31.12.1987, pġ. 6.

[3] ĠU L 332, ta' l-10.12.1985, pġ. 19.

--------------------------------------------------