Official Journal L 128 , 11/05/1989 P. 0029 - 0030
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 29 P. 0058
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 29 P. 0058
Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1235/89 tat-3 ta’ Mejju 1989 li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2771/75 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-bajd u (KEE) Nru 2777/75 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-laħam tat-tjur IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43 tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1], Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2], Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3], Billi r-Regolament (KEE) Nru 2771/75 [4], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 3207/88 [5], u (KEE) Nru 2777/75 [6], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 3907/87 [7], jipprovdu għall-iffissar ta’ kull tlett xhur tal-prezzijiet u tat-taxxi limitu u fuq il-bażi primarjament tal-prezzijiet tal-ġwież għall-għalf; billi minħabba din ir-relazzjoni mill-qrib u l-fatt li s-sena tas-suq taċ-ċereali tibda fl-1 ta’ Lulju id-dati għall-applikazzjoni tal-prezzijiet u tat-taxxi limitu għandhom jitmexxew ’il quddiem b’xahar; billi b’hekk it-tlett xhur jiġu jaqblu mal-kwarti tas-sena; Billi l-Artikoli 5 u 7 tar-Regolamenti (KEE) Nru 2771/75 u (KEE) Nru 2777/75 jipprovdu li ta’ l-anqas darba fis-sena l-bażi li fuqha jiġu ddeterminati l-koeffiċjenti tad-derivazzjoni u l-ammonti standard għandhom jiġu eżaminati mill-ġdid; billi mill-esperjenza fl-immaniġġjar tas-suq tal-bajd u tal-laħam tat-tjur u minħabba konsiderazzjonijiet prattiċi jidher li dawn id-dispożizzjonijiet m’għadhomx aktar xierqa; billi għaldaqstant għandhom ikunu mħassra, ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: L- Artikolu 1 tar-Regolament (KEE) Nru 2771/75 huwa emendat kif ġej: 1. Il-punt (e) ta’ l-Artikolu 1(2) huwa mħassar. 2. L-Artikolu 4(1) huwa mibdul b’dan li ġej: "1. It-taxxa fuq il-bajd bil-qoxra għandha tkun magħmula minn: (a) komponent wieħed ekwivalenti ghad-differenza bejn il-prezzijiet fil-Komunità u fis-suq dinji ghall-kwantità ta’ ġwież għall-għalf li hemm bżonn sabiex fil-Komunità jiġi prodott kilo ta’ bajd bil-qoxra. Il-prezzijiet tal-ġwież għall-għalf fil-Komunità għandhom jiġu stabbiliti darba fis-sena għal perjodu ta’ 12-il xahar li jibda mill-1 ta’ Lulju, u dan fuq il-bażi tal-għola prezzijiet ta’ dan il-ġwież u ż-żieda mensili tiegħu. Huma għandhom jiġu wżati sabiex jiġu ffissatti t-taxxi mill-1 ta’ Lulju ta’ kull sena. Il-prezzijiet tal-ġwież għall-għalf fis-suq dinji għandhom jiġu stabbiliti kull tlett xhur fuq il-bażi tal-prezzijiet għal tali ġwież irrekordjati għall-perjodu ta’ ħames xhur li jispiċċa xahar qabel il-bidu tal-kwart ta’ sena għall-liema t-tali komponent huwa ikkalkulat. B’danakollu, meta t-taxxa applikabbli mill-1 ta’ Ottubru, 1 ta’ Jannar u l-1 ta’ April tkun stabbilita, t-tendenzi fil-prezzijiet fis-suq dinji tal-ġwież għall-għalf ghandhom biss jittieħdu in konsiderazzjoni jekk fl-istess ħin ikun stabbilit prezz ġdid fl-ilqugħ tat-tankijiet tal-ħażna; (b) komponent wieħed li hu ekwivalenti għal 7 % tal-prezz medju fl-ilqugħ tat-tankijiet tal-ħażna matul l-perjodu ta’ l-erbgħa kwarti tas-sena ta’ qabel l-1 ta’ April ta’ kull sena. Dan il-komponent għandu jiġi kkalkulat darba fis-sena għal perjodu ta’ tnax-il xahar li jibda mill-1 ta’ Lulju." 3. L-Artikolu 5(2) huwa mibdul b’dan li ġej: "2. Il-koeffiċjenti li jesprimu l-kwantitajiet u r-relazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 huma stabbiliti skond il-proċedura speċifikata fl-Artikolu 17." 4. L-aħħar subparagrafu ta’ l-Artikolu 7(2) huwa mibdul b’dan li ġej: "B’danakollu, meta l-prezz limitu li jiġi fis-seħħ mill-1 ta’ Ottubru, 1 ta’ Jannar u l-1 ta’ April jiġi stabbilit, it-tendenzi tal-prezzijiet fis-suq dinji tal-ġwież għall-għalf għandhom jittieħdu konsiderazzjoni biss jekk il-prezz tal-kwantità tal-ġwież għall-għalf juri varjazzjoni minima minn dak użat għall-kalkolazzjoni tal-prezz limitu tal-ħażna matul il-kwart preċedenti ta’ sena." Artikolu 2 Ir-Regolament (KEE) Nru 2777/75 huwa emendat kif ġej: 1. Il-punt (e) ta’ l-Artikolu 1(2) huwa mħassar. 2. L-Artikolu 4(1) huwa mibdul b’dan li ġej: "1. It-taxxa fuq tjur maqtula għandha tkun magħmula minn: (a) komponent wieħed ekwivalenti ghad-differenza bejn il-prezzijiet fil-Komunità u fis-suq dinji għall-kwantità ta’ ġwież għall-għalf, li tvarja skond it-tip tat-tjur, li hija meħtieġa għall-produzzjoni fil-Komunità ta’ kilogramm wieħed ta’ tjur maqtula. Il-prezzijiet tal-ġwież għall-għalf fil-Komunità għandhom jiġu stabbiliti darba fis-sena għal perjodu ta’ 12-il xahar li jibda mill-1 ta’ Lulju, fuq il-bażi tal-prezzijiet u ż-żidiet mensili tagħhom. Għandhom jiġu wżati sabiex it-taxxa tkun stabbilita mill-1 ta’ Lulju ta’ kull sena. Il-prezzijiet tal-ġwież tal-għalf fis-suq dinji huma stabbiliti kull tlett xhur fuq il-bażi tal-prezz ta’ dan il-ġwież matul l-perjodu ta’ ħames xhur li jispiċċa xahar qabel il-bidu tal-kwart tas-sena għall-liema l-komponent msemmija huwa kkalkulat. B’danakollu, meta t-taxxi li jiġu fis-seħħ fl-1 ta’ Ottubru, 1 ta’ Jannar u l-1 ta’ April jiġu stabbiliti, t-tendenzi fil-prezzijiet fis-suq dinji tal-ġwież għall-għalf għandhom jittieħdu biss b’konsiderazzjoni jekk fl-istess żmien jiġi stabbilit prezz limitu ġdid; (b) komponent wieħed ekwivalenti ghal 7 % tal-prezz limitu medju matul il-perjodu ta’ l-erbgħa kwarti tas-sena li jiġu qabel l-1 ta’ April ta’ kull sena. Dan il-komponent għandu jiġi kkalkulat darba fis-sena għall-perjodu ta’ tnax-il xahar li jibda mill-1 ta’ Lulju." 3. L-artikolu 5(3) huwa mibdul b’dan li ġej: "3. Il-koefficjenti li jesprimu r-relazzjonijiet msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu stabbiliti skond il-proċedura speċifikata fl-Artikolu 17." 4. L-aħħar subparagrafu ta’ l-Artikolu 7(2) huwa mibdul b’dan li ġej: "B’danakollu, meta l-prezz fl-ilqugħ tat-tankijiet tal-ħażna jkun applikat mill-1 ta’ Ottubru, 1 ta’ Jannar u l-1 ta’ April jiġi stabbilit, it-tendenzi tal-prezzijiet fis-suq dinji tal-ġwież għall-għalf għandhom jittieħdu f’konsiderazzjoni biss jekk il-prezz tal-kwantità tal-ġwiez għall-għalf juri varjazzjoni minima minn dak użat fil-kalkolu tal-prezz limitu matul il-kwart ta’ sena ta’ qabel." Artikolu 3 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet ġurnata wara l-pubblikazzjoni tieghu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Għandu jkun japplika mill-1 ta’ Lulju 1989. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fit-3 ta’ Mejju 1989. Ghall-Kunsill Il-President P. Solbes [1] ĠU C 82, tat-3.4.1989, p. 49. [2] ĠU C 120, tas-16.5.1989. [3] L-Opinjoni mogħtija fil-31 ta’ Marzu 1989 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali). [4] ĠU L 282, ta’ l-1.11.1975, p. 49. [5] ĠU L 286, ta’ l-20.10.1988, p. 2. [6] ĠU L 282, ta’ l-1.11.1975, p. 77. [7] ĠU L 370, tat-30.12.1987, p. 14. --------------------------------------------------