31989R1097



Official Journal L 116 , 28/04/1989 P. 0020 - 0020
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 29 P. 0018
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 29 P. 0018


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru. 1097/89

tas-27 ta’ April 1989

li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 649/87 li jistabbilixxi regoli dettaljati sabiex jiġi stabbilit reġistru Komunitarju tal-vinji

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2392/86 ta’ l-24 ta’ Lulju 1986 li jistabbilixxi reġistru Komunitarju tal-vinji [1], u b’mod partikolari l-Artikolu 10 tiegħu,

Billi għandu jiġi stipulat l-obbligu tal-kabbara ta’ l-għeneb għall-inbid li ma joħolqu l-ebda xkiel għall-ġbir tal-fatti magħrufa msemmija fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2392/86 mill-aġenti kkwalifikati għal dan il-għan sabiex jiġi assigurat l-aċċess għall-impriżi minn dawn l-aġenti, billi huwa għalhekk meħtieġ illi jiġi emendat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 649/87 [2],

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Artikolu 3a li ġej huwa hawnhekk imdaħħal fir-Regolament (KEE) Nru 649/87:

"Artikolu 3a

Il-kabbara tal-għeneb għall-inbid għandhom jassiguraw l-aċċess għall-impriżi tagħhom lill-aġenti ta’ fiduċja ta’ l-aġenzija kompetenti ta’ l-Istat Membru sabiex jistabbilixxu r-reġistru tal-vinji."

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fis-27 ta’ April 1989.

Għall-Kummissjoni

Ray Mac Sharry

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 208, 31.7.1986, p. 1.

[2] ĠU L 62, 5.3.1987, p. 10.

--------------------------------------------------