Official Journal L 106 , 18/04/1989 P. 0025 - 0025
Finnish special edition: Chapter 2 Volume 7 P. 0032
Swedish special edition: Chapter 2 Volume 7 P. 0032
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 989/89 tas-17 ta' April 1989 li jikkonċerna l-kriterji ta' klassifika applikabbli għal anoraks (li jinkludu ġkieget għall-iskijar), ġkieket għar-riħ u oġġetti simili fil-kodiċi NM 6101, 6102, 6201 u 6202 IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ , Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, Wara li kunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura ta' tariffi u statistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni [1], kif l-aħħar emendat bir-REGOLAMENT (KEE) Nru 20/89 [2], u, partikolarment, l-Artikolu 9 tiegħu, Billi sabiex tiġi assigurata applikazzjoni uniformi tan-nomenklatura magħquda annessa mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, li għandu x'jaqsam ma' klassifika ta' tariffi ta' anoraks (li jinkludu ġgieget għall- iskijar), ġgieget għar-riħ u oġġetti simili li jaqgħu fost oħrajn, taħt kodiċi NM 6101, 6102, 6201 u 6202, huwa meħtieġ li jiġu speċifikati ċerti karatteristiċi ta' dawn il-ħwejjeġ; Billi dawn l-oġġetti jaqgħu f'kategorija ta' ħwejjeġ li ġeneralment jintlibsu fuq ilbies ieħor u jassiguraw protezzjoni kontra t-temp; Billi din il-protezzjoni ma tistax tiġi assigurata minn ħwejjeg bla kmiem jew bi kmiem qosra; għal din ir-raġuni huwa meħtieġ li jiġi speċifikat illi l-anoraks, ġgieget għar-riħ u oġġetti simili imsemmija hawn fuq għandhom ikollhom kmiem twal; Billi l-Kumitat ta' Nomenklatura ma tax opinjoni fiz-żmien mogħti mill-President tiegħu, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Dawk il-ħwejjeg biss li għandħom kmiem twal huma klassifikati bħala anoraks (li jinkludu ġgieget għall-iskijar), ġgieget għar-riħ u oġġetti simili li jaqgħu taħt kodiċi NM 6101, 6102, 6201 u 6202. Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ 21 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, 17 ta'April 1989. Għall-Kummissjoni Christiane Scrivener Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 256, tas-7.9.1987, p. 1. [2] ĠU L 4, tas-6.1.1989, p. 19. --------------------------------------------------