Official Journal L 101 , 13/04/1989 P. 0017 - 0018
Finnish special edition: Chapter 15 Volume 9 P. 0056
Swedish special edition: Chapter 15 Volume 9 P. 0056
Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 944/89 tat-12 ta’April 1989 li jistabbilixxi l-livelli massimi permessi ta’ kontaminazzjoni radjoattiva f’oġġetti ta’ l-ikel ta’ importanza minuri wara inċident nukleari jew kull każ ieħor ta’ emerġenza radjoloġika IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 3954/87 tat-22 ta’ Diċembru 1987 li jistabbilixxi l-livelli massimi permessi ta’ kontaminazzjoni radjoattiva f’oġġetti ta’ l-ikel u f’oġġetti ta’ l-ikel għall-annimali wara xi inċident nukleari jew f’kull każ ieħor ta’ emerġenza radjoloġika [1], u partikolarment l-Artikolu 7 tiegħu, Billi, skond ir-Regolament (Euratom) Nru 3954/87, il-Kummissjoni għandha tadotta lista ta’ oġġetti ta’ l-ikel ta’ importanza minuri, flimkien mal-livelli massimi ta’ kontaminazzjoni radjoattiva li għandha tiġi applikata għalihom; Billi, il-grupp ta’ esperti maħtura mill-Kumitat Xjentifiku u Tekniku skond l-Artikolu 31 tat-Trattat Euratom kien ġie kkonsultat; Billi oġġetti ta’ l-ikel li għandhom jiġu meqjusa huma dawk ta’ importanza minuri għad-dieta li jifformaw kontribuzzjoni marġinali biss għal konsum ta’ ikel mill-populazzjoni; Billi l-oġġetti ta’ l-ikel li għandhom jiġu inklużi fil-lista ta’ l-oġġetti ta’ importanza ta’ l-ikel minuri iridu jiġu identifikati permezz tan-numru tal-kodiċi tan-nomenklatura kombinata tagħhom u d-deskrizzjoni dikjarata fir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3174/88 tal-21 ta’ Settembru 1988 li jemenda l-Anness 1 mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u statistika u dwar it-Tariffa Komuni Doganali [2]; Billi l-Kumitat ad hoc, stabbilit bir-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 3954/87 ma tax l-opinjoni tiegħu fil-limitu taż-żmien stabbilit mill-President tiegħu, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: L-Artikolu 1 Il-lista ta’ oġġetti ta’ l-ikel ta’ importanza minuri stabbilita skond l-Artikolu 7 tar-Regolament (Euratom) Nru 3954/87 hija mniżżla fl-Anness. L-Artikolu 2 Għall-oġġetti ta’ l-ikel ta’ importanza minuri li jinsabu fl-Anness, il-livelli massimi permessi li għandhom jiġu applikati huwa 10 darbiet dawk li japplikaw għall-"oġġetti oħra ta’ l-ikel għajr l-oġġetti ta’ l-ikel ta’ importanza minuri" ffissati fl-Anness mar-Regolament (Euratom) Nru 3954/87 jew skond ir-Regolamenti adottati fuq il-bażi ta’ l-Artikolu 3 ta’ dan ir-Regolament. L-Artikolu 3 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fit-12 ta’ April 1989. Għall-Kummissjoni Carlo Ripa di Meana Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 371, tat-30.12.1987, p. 11. [2] ĠU L 298, tal-31.10.1988, p. 1. -------------------------------------------------- L-ANNESS Lista ta’ oġġetti ta’ l-ikel ta’ importanza minuri Kodici NM | Deskrizzjoni | 07032000 | It-tewm (frisk jew imkessaħ) | 07095200 | It-tartuf (faqqiegħ) (frisk jew imkessaħ) | 07099040 | Il-kappar (frisk jew imkessaħ) | 07113000 | Il-kappar (ippriservat proviżorjament, imma mhux tajjeb għall-konsum immedjat f’dan l-istat) | 07123000 | It-tartuf (faqqiegħ) (imnixxef, sħiħ, imqatta’, imfellel, imfarrak jew fi trab, imma mhux imħejji iktar) | 0714 | Il-kassava, l-ararut, id-dqiq ta’ l-ararut, il-qaqoċċ ta’ Ġerusalemm, il-patata ħelwa u għeruq u tuberi simili b’kontenut għoli tal-lamtu jew ta’ l-inulin, friski jew imqadda, sew jekk imfella u sew jekk le jew fil-għamla ta’ bocci; Il-laħam tas-sago | 08140000 | Il-qoxra tal-frott taċ-ċitru jew tal-bettiħ (inkluż id-dulliegħ), friska, iffriżata, imqadda jew proviżorjament ippriservata fis-salmura, fl-ilma bil-kubrit jew f’xi soluzzjoni priservattiva oħra | 09030000 | Il-maté | 0904 | Il-bżar tar-razza Piper; il-frott niexef u mgħaffeg tar-razza Capricum jew tar-razza Pimenta | 09050000 | Il-vanilla | 0906 | Il-kannella u l-fjuri tas-siġra tal-kannella | 09070000 | It-tewm (sħiħ, snien jew aħdar) | 0908 | In-noċimuskata, il-qoxra ta’ barra tan-noċimuskata u l-kardamonju | 0909 | Iż-żerriegħa ta’ l-aniż, il-badjan, il-bużbież, il-kosbor, il-kemmun jew il-ħlewwa; il-kukku ta’ l-Għorgħar | 0910 | Iż-żinżel, iż-żagħfran, it-turmeriku (kurkuma), is-sagħtar, il-weraq tar-rand, il-curry u ħwawar oħra | 110620 | Id-dqiq u s-smid tas-sagu, l-għeruq jew it-tuberi ta’ l-intestatura Nru 0714 | 11081400 | Il-lamtu tal-kassava (Manioc) | 1210 | Il-koni tal-ħopp, friski jew imqadda, sew jekk mitħuna u sew jekk le, f’għamla ta’ trab jew f’gerbub; il-lupulin | 1211 | Pjanti u partijiet ta’ pjanti (inklużi ż-żrieragħ u l-frott), tat-tip użati primarjament fil-perfumerija, fil-farmaċija jew fl-insettiċidi, fil-funġiċidi jew għal skopijiet simili, friski jew imqadda, sew jekk imqatta’ u sew jekk le, misħuqa jew mitħuna | 1301 | Il-gommalakka; il-gomma naturali, it-teżini, it-teżini tal-gomma u balsamiċi | 1302 | Is-sugu u l-estratti tal-ħxejjex ta’ l-ikel; is-sustanzi pektiċi, pektinati u pektati; l-agar-agar u l-mucillaġni u materjal ieħor li jgħaqqad, sew jekk modifikat u sew jekk le, derivati minn prodotti tal-ħxejjex ta’ l-ikel | 1504 | Ix-xaħmijiet u ż-żjut u l-frazzjonijiet tagħhom, ta’ ħut jew ta’ mammali marini, sew jekk raffinati u sew jekk le, imma mhux modifikati kimikament | 160430 | Il-kavjar u s-sostituti tal-kavjar | 18010000 | Iż-żerriegħa tal-kawkaw, sħiħa jew imfarrka, nejja jew inkaljata | 18020000 | Il-qoxra tal-kawkaw, il-qoxra ta’ barra, il-ħliefa jew ħela ieħor tal-kawkaw | 1803 | Il-pejst tal-kawkaw/kokotina, sew jekk bix-xaħam u sew jekk le | 20032000 | It-tartuf (faqqiegħ) (imħejji jew ippriservat għajr milli fil-ħall jew fl-aċidu aċetiku) | 200600 | Il-frott, il-ġews, il-qoxra tal-ġews u partijiet oħra tal-pjanti, ippriservati biz-zokkor (bl-ilma mneħħi, miksija biz-zokkor maħlul jew ikkristalizzati) | 2102 | Il-ħmira (attiva jew inattiva); u mikrorganiżmi oħra ta’ ċellula waħda, mejta (imma ma jinkludux vaċċini ta’ l-intestatura Nru 3002); baking powder imħejji | 2936 | Il-provitamini u l-vitamini, naturali jew riprodotti b’sintesi (inklużi l-konċentrati naturali), id-derivattivi tagħhom użati primarjament bħala vitamini, u taħlitiet ta’ dawn l-imsemmija, sew jekk f’xi solventi u sew jekk le; | 3301 | iż-żjut essenzjali (sewwa jekk mingħajr terpentini u sewwa jekk le), inklużi l-konkreti u l-assoluti; ir-reżinojdi, il-konċentrati ta’ żjut essenzjali f’xaħmijiet, jew fi żjut li jgħaqqdu, f’xama’ u simili, miksuba b’infloraġġ jew bil-maċerazzjoni; il-prodotti sekondarji terpeniċi mid-deterpenazzjoni taż-żjut essenzjali, id-distillati akwei u s-soluzzjonijiet akwei taż-żjut essenzjali | --------------------------------------------------