Official Journal L 071 , 15/03/1989 P. 0017 - 0019
Finnish special edition: Chapter 2 Volume 7 P. 0017
Swedish special edition: Chapter 2 Volume 7 P. 0017
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 645/89 ta' l-14 ta' Marzu 1989 dwar il-klassifikar ta' ċerti oġġetti fin-nomenklatura magħquda IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ekonomika Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 [1] dwar in-nomenklatura ta' tariffa u statistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni, kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 20/89 [2], u partikolarment l-Artikolu 9 tiegħu, Billi sabiex tiġi żgurata applikazzjoni uniformi tan-nomenklatura magħquda annessa ma’ l-imsemmi Regolament, huwa meħtieġ li jiġu adottati miżuri li għandhom x'jaqsmu mal-klassifikar ta' l-oġġetti msemmija fl-Anness ma’ dan ir-Regolament; Billi r-Regolament (KEE) Nru 2658/87 iffissa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda u dawn ir-regoli japplikaw ukoll għal kull nomenklatura oħra li hija kompletament jew parzjalment bażata fuqha jew li żżid magħha xi suddiviżjonijiet addizzjonali u li ġiet imwaqqfa b'disposizzjonijiet speċifiċi mill-Komunità, bi skop ta' l-applikazzjoni ta' tariffa jew miżuri oħra relatati ma’ negozju ta' oġġetti; Billi, skond l-imsemmija regoli ġenerali, l-oġġetti deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella annessa ma’ dan ir-Regolament għandhom ikunu klassifikati fil-kodiċi CN xierqa murija fil-kolonna 2, bis-saħħa tar-raġunijiet imniżżla fil-kolonna 3; Billi l-kumitat tan-nomenklatura ma tax opinjoni fil-limitu taż-żmien mogħti mill-President tiegħu, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 L-oġġetti deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella annessa huma b'hekk klassifikati fin-nomenklatura magħquda fil-kodiċi CN xierqa murija fil-kolonna 2 ta' l-imsemmija tabella. Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-21 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Maghmul fi Brussell, fl-14 ta' Marzu 1989. Ghall-Kummissjoni Christiane Scrivener Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 256, tas-7.9.1987, pġ. 1. [2] ĠU L 4, tas-6.1.1989, pġ. 19. -------------------------------------------------- ANNESS Deskrizzjoni ta' l-oġġetti | Klassifika (kodiċi CN) | Raġunijiet | | | (1) | (2) | (3) | 1. | Sett ta' żewġ ilbiesi għal bejgħ bl-imnut magħmula minn: | | Il-klassifikar huwa stabbilit bid-disposizzjonijiet tar-regoli ġenerali 1u 6 għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura konġunta, b'nota 13 ta' Sezzjoni XI, b'nota 8 tal-Kapitolu 62 fil-każ tal-qliezet, kif ukoll bit-testi tal-kodiċi CN 6201, 62019300 u 6204 u 62046319. Klassifikar bħal tracksuit hija eskluża, minħabba d-dehra ġenerali u n-natura tad-drapp, dawn l-ilbiesi mhumiex evidentement maħsuba biex jintlibsu esklussivament minn dawk li prinċipalment jipprattikaw attivitajiet sportivi | +++++ TIFF +++++ | (a)Ġakketta ħafifa għar-riħ minsuġa (100 % ħajt sintetiku) bi tliet kuluri differenti. Fiha għonq jingħalaq b'qafla u li jinfetaħ parzjalment fuq quddiem permezz ta' żipp. Dan il-ftuħ għandu biċċa drapp protettiva b'buttuni tal-metall li jagħlqu bix-xellug fuq il-lemin. Il-ġakketta fiha wkoll kmiem twal wesgħin bil-lastiku fix-xifer. Fiha wkoll lastiku fin-naħa ta' isfel tal-ġakketta. Fiha wkoll barnuża li tista’ tiġi mdaħħla f'borża fl-għonq waqt li fiha borża oħra b'biċċa drapp protettiva fuq quddiem tal-ġakketta. Iż-żewġ boroż fihom żipp. (Ara ritratt Nru 406 A) | 62019300 | +++++ TIFF +++++ | (b)Qalziet ħafif minsuġ (100 % ħajt sintetiku) b'kulur wieħed mill-qadd sa l-għekiesi, jissikka fil-qadd permezz ta' lastiku u qafla. Ix-xfar tal-qliezi fihom żipp u jistgħu jiġu sikkati bil-velkro. Il-qalziet fih ukoll żewġ bwiet fuq ġewwa. (Ara ritratt Nru 406 B) | 62046319 | 2. | Sett ta' żewġ ilbiesi għall-bejgħ bl-imnut magħmula minn: | | Il-klassifikar huwa stabbilit bid-disposizzjonijiet tar-regoli ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura konġunta, b'nota 13 ta' Sezzjoni XI, b'nota 8 tal-Kapitolu 62 fil-każ tal-qliezet, kif ukoll bit-testi tal-kodiċi CN 6201, 62019300 u 6204 u 62046319. Il-klassifikar bħal tracksuit hija eskluża minħabba l-parti miksija fil-ġakketta għar-riħ | +++++ TIFF +++++ | (a)Ġakketta għar-riħ wiesgħa u minsuġa (100 % ħajt sintetiku) ħafifa, miksija fin-naħa ta' fuq, ħafifa, magħmula minn drapp b'żewġ kuluri differenti. Fiha għonq li jinfetaħ kollu permezz ta' żipp. Dan il-ftuħ għandu biċċa drapp protettiva b'buttuni tal-metall li jagħlqu bix-xellug fuq il-lemin. Bi kmiem twal wiesgħa bil-lastiku fix-xifer tal-kmiem. Fiha ukoll lastiku fix-xifer tal-ġakketta. Fiha barnuża li tista’ tiġi mdaħħla f'borża fl-għonq. Il-barnuża fiha qafla u l-borża fiha żipp. Fiha wkoll żewġ bwiet fuq ġewwa bi drapp protettiv fil-qadd. (Ara ritratt Nru 407 A) | 62019300 | +++++ TIFF +++++ | (b)Qalziet ħafif minsuġ (100 % ħajt sintetiku) ta' kulur wieħed mill-qadd sa l-għekiesi, jissikka fil-qadd permezz ta' lastiku u qafla. It-truf tal-qliezi fihom żipp u jistgħu jiġu sikkati bil-velkro. Il-qalziet fih żewġ bwiet fuq ġewwa. (Ara ritratt Nru 407 B) | 62046319 | --------------------------------------------------