31989R0548



Official Journal L 060 , 03/03/1989 P. 0031 - 0033
Finnish special edition: Chapter 2 Volume 7 P. 0014
Swedish special edition: Chapter 2 Volume 7 P. 0014


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) nru 548/89

tat-28 ta' Frar 1989

dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti oġġetti fin-nomenklatura maqgħuda

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar it-tariffa u nomenklatura statistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni [1], kif l-aħħar emendat permezz tar-Regolament (KEE) Nru 20/89 [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 9 tiegħu,

Billi sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-nomenklatura maqgħuda annessa ma’ l-imsemmi Regolament, huwa meħtieġ li jiġu adottati miżuri dwar il-klassifikazzjoni ta' l-oġġetti msemmija fl-Anness li jinsab ma dan ir-Regolament;

Billi r-Regolament (KEE) Nru 2658/87 iffissa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura maqgħuda u dawn ir-regoli japplikaw ukoll għal kull nomenklatura oħra li hija kompletament jew parzjalment bażata fuqha jew li żżid magħha xi suddiviżjonijiet addizzjonali u li hija stabbilita b'dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Komunità, bi skop ta' applikazzjoni ta' tariffi jew miżuri oħra relatati ma’ negozju ta' oġġetti;

Billi, skond l-imsemmija regoli ġenerali, l-oġġetti deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella annessa mar-Regolament presenti jridu jkunu klassifikati taħt il-kodiċi NM xierqa murija fil-kolonna 2, bis-saħħa tar-raġunijiet imniżżla fil-kolonna 3;

Billi l-miżuri li jinsabu f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat dwar in-Nomenklatura,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-oġġetti deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella annessa huma issa klassifikati fin-nomenklatura maqgħuda taħt il-kodiċi Nm xieraq indikat fil-kolonna 2 ta' l-imsemmija tabella.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-21 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Gurnal Ufficjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-38 ta’ Frar ta’ l-1989

Għall-Kummissjoni

Christiane Scrivener

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 256, tas-7.9.1987, p.1

[2] ĠU L 4, tas-6.1.1989, p. 19

--------------------------------------------------

L-ANNESS

Deskrizzjoni ta' l-oġġetti | Kodiċi NM | Raġunijiet |

(1) | (2) | (3) |

+++++ TIFF +++++

1.Libsa ħafifa u wiesa’ maħduma bil-labbra tal-malja (100 % tajjar) maħsuba biex tgħatti l-parti ta' fuq tal-ġisem sa nofs il-koxxa. L-għonq tagħha ġej għat-tond u wiesa’ bi kmiem qosra u wiesa u bil-keffa fit-tarf tal-libsa. Burdura maljata hi meħjuta fit-truf tal-kmiem. Il-libsa fiha wkoll qafla meħjuta fil-ħjata tax-xellug fuq il-qadd. (Ara ritratt Nru 400). | 61044200 | Il-klassifikazzjoni hija stabbilita bil-proviżjonijiet tar-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura maqgħuda, kif ukoll bit-testi tal-kodiċi NM 6104 u 61044200. Il-klassifikazzjoni bħala libsa ta' bil-lejl hija eskluża għaliex il-libsa fil-kwistjoni mhix evidentement maħsuba biex tintlibes esklussivament bħala lbies tas-sodda. |

+++++ TIFF +++++

2.Libsa ħafifa u wiesa’ maħduma bil-labbra tal-malja (65 % polyester, 35 % tajjar) maħsuba biex tgħatti l-parti ta' fuq tal-ġisem sa nofs il-koxxa. L-għonq tagħha hu għat-tond u wiesa bi kmiem qosra ħafna u wiesa’ u bil-keffa fit-tarf tal-libsa. Fiha ċinta mmaljata meħjuta madwar l-għonq u fit-truf tal-kmiem. Fiha wkoll qafla u ħoloq meħjuta fil-ħjatat tal-ġnub tal-qadd biex il-qafla tgħaddi minn ġol-ħoloq. (Ara ritratt Nru 401). | 61044300 | Il-klassifikazzjoni hija stabbilita permezz tad-dispożizzjonijiet tar-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura maqgħuda, kif ukoll bit-testi tal-kodiċi NM 6104 u 61044300. Il-klassifikazzjoni bħala libsa ta' bil-lejl hija eskluża għaliex il-libsa in kwistjoni mhix evidentement maħsuba biex tintlibes esklussivament bħala lbies tas-sodda. |

+++++ TIFF +++++

3.Libsa ħafifa, wiesgħa, mmaljata, 100 % fibri tessili sintetiċi maħsuba biex tgħatti l-parti ta' fuq tal-ġisem sa nofs il-koxxa. L-għonq tagħha hu għat-tond u wiesa' bi kmiem qosra ħafna u wiesa' u bil-keffa fit-tarf tal-libsa. Fiha ċinta mmaljata meħjuta madwar l-għonq u fit-truf tal-kmiem. Fiha wkoll qafla u ħoloq meħjuta fil-ħjatat tal-ġnub tal-qadd biex il-qafla tgħaddi minn ġol-ħoloq. (Ara ritratt Nru 405). | 61044300 | Il-klassifika hija stabbilita permezz tad-disposizzjonijiet tar-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura maqgħuda, kif ukoll bit-testi tal-kodiċi NM 6104 u 61044300. Il-klassifika bħala libsa ta' bil-lejl hija eskluża għaliex il-libsa in kwistjoni mhix evidentement maħsuba biex tintlibes esklussivament bħala lbies tas-sodda. |

--------------------------------------------------