31989R0451



Official Journal L 052 , 24/02/1989 P. 0007 - 0014


Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 451/89

ta' l-20 ta' Frar 1989

rigward il-proċedura li għandha tiġi applikata għal ċerti prodotti agrikoli li joriġinaw minn diversi pajjiżi terzi tal-Mediterrran.

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 113 tiegħu,

Wara li kkunsidrat il-proposta mill-Kummissjoni,

Billi l-protokolli addizzjonali tal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea fuq naħa minnhom u l-Alġerija, Ċipru, l-Israel, l-Eġittu, il-Ġordan, il-Lebanon, Malta, il-Marokk, is-Sirja, it-Tunisija, it-Turkija u l-Jugoslavia fuq in-naħa l-oħra ġew mitmuma.

Billi rigward ċerti prodotti agrikoli effetwati mill-imsemmi Ftehim li joriġinaw f'dawk il-pajjiżi, dawk il-protokolli jipprovdu għal tnaqqis progressiv ta' ċerti dazji li jiġu applikati fuq dawk il-prodotti; billi xi wħud minn dawk il-prodotti huma suġġetti għall-kwantitajiet referenzjali;

Billi, skond il-kondizzjonijiet tal-protokolli msemmija, teżisti l-possibbiltà li ssir modifika fl-istatus ta' dawk il-prodotti fil-każ ta' diffikultajiet fis-suq Komunitarju jew fejn il-kwalitajiet referenzjali jkunu nqabżu;

Billi għandhom jiġu stabbiliti proċeduri għall-modifika ta' l-istatus ta' dawn il-prodotti biex dawn isiru suġġetti għall-kwantitajiet referenzjali fil-każ ta' diffikultajiet bħal dawn jew għal kwoti tat-tariffa meta l-kwantitajiet referenzjali jkunu nqabżu; billi dawk il-proċeduri għandhom jgħaddu mill-Kumitat tal-ġestjoni relevanti għall-prodotti konċernati;

Billi din il-modifika fl-istatus għandha tkun ibbażata fuq analiżi annwali tat-tendenzi kummerċjali skond il-prodott u skond il-pajjiż: billi l-għan ta' dak l-analiżi huwa li jseġwi l-iżvilupp fil-kummerċ, li jevita d-diżgwid fis-swieq u li jagħmel aċċertazzjoni safejn intlaħaq l-għan li jiġu ppreservati t-tendenzi tradizzjonali tal-kummerċ mal-pajjiżi konċernati.

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Wara t-tmiem ta' kull sena kummerċjali, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi analiżi, skond il-prodott u skond il-pajjiż, tat-tendenzi kummerċjali tal-prodotti msemmija fl-Annessi I u II li joriġinaw mill-Alġerija, Ċipru, l-Eġittu, l-Israel, il-Ġordan, il-Lebanon, Malta, il-Marokk, is-Sirja, it-Tunisija, it-Turkija u l-Yuġoslavja, biex jiġi evitat id-disgwid fis-suq.

Artikolu 2

1. Jekk meta titqies l-analiżi msemmija fl-Artikolu I, il-Kumissjoni tistabbilixxi li l-volum ta'l-importazzjoni ta' prodott imsemmi fl-Anness I li jkun joriġina mill-Alġerija, Ċipru, l-Eġittu, l-Israel, il-Ġordan, il-Lebanon, Malta, il-Marokk, is-Sirja, it-Tunisija, it-Turkija jew il-Jugoslavja ikun qiegħed jiżdied b'tali mod li dik l-importazzjoni tkun qiegħda thedded li sa tikkawża diffikultajiet fis-suq Komunitarju, din għandha timplimenta l-proċedura provduta jew fl-Artikolu 26 tar-Regolament (KEE) Nru 2727/75 [1], kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KEE) Nru 166/89 [2], jew, skond kif kif ikun il-każ, fl-Artikoli li jikkorrispondu mar-Regolamenti l-oħra dwar l-organizzzazzjoni komuni tas-swieq agrikoli jew, għall prodotti li għalihom ir-regoli Komunitarji jkunu għadhom ma waqqfux Kumitat Maniġerjali, il-proċedura provduta fl-Artikolu 23 tar-Regolament (KEE) Nru 1035/72 [3], kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KEE) Nru 2238/88 [4], bil-għan li tiġi stabbilita kwantità referenzjali għall-prodott u għall-oriġni konċernata. Jekk, matul sentejn konsekuttivi, il-kwantità referenzali ma tintlaħaqx, din għandha tieqaf milli jkollha effett.

2. Għat-tħejjija ta'l-analiżi msemmija fil-paragrafu 1, il-prodotti konċernati għandhom ikunu kontrollati skond is-sistema statisitika provduta mill-Artikolu 5 tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 [5], kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KEE) Nru 20/89 [6].

3. L-Artikolu 3 għandu japplika għall-prodotti li għalihom il-Kummissjoni tkun stabbiliet kwantità referenzjali skond il-paragrafu 1.

Artikolu 3

1. Fejn kwantità referenzjali stabbilita taħt l-Artikolu 2 jew rigward prodott minn dawk elenkati fl-Anness II jkun oriġina f'pajjiż imsemmi f'dak l-Anness tkun inqabżet, u fid-dawl ta'l-analiżi msemmi fl-Artikolu I, il-Kummisjoni għandha timplimenta l-proċedura provduta jew fl-Artikolu 26 tar-Regolament KEE Nru 27272/75 inkella, skond kif ikun il-każ, fl-artikoli li jikkorrispondu ma' regolamenti l-oħra dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq agrikoli, inkella, għall-prodotti li għalihom il-Komunità tkun għadha ma waqqfitx Kumitat Maniġerjali, il-proċedura provduta fl-Artikolu 32 tar-Regolament (KEE) Nru 1035/72, biex tpoġġi l-prodott ikkonċernat suġġett għall-kwota tat-tariffa Komunitarja ugwali għall-kwantità referenzali.

L-arranġamenti għall-implimentazzjoni ta' dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati skond il-proċedura provduta fl-Artikolu 26 tar-Regolament (KEE) Nru 27272/75.

2. Għat-tħejjija ta' l-analiżi msemmija fl-Artikolu I, il-prodotti konċernati għandhom ikunu suġġetti għall-proċedura ta' sorveljanza stabbilita mir-Regolament (KEE) Nru 452/89 [7].

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum li jiġi wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan għandu jgħodd mill-1 Jannar 1989.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, fit-22 ta’ Lulju 1997.

Għall-Kunsill

Il-President

F. Fernandez Ordoñez

[1] ĠU L 281, ta' l-1.11.1975, pġ. 1.

[2] ĠU L 20, ta' l-1.2.1989, pġ. 16.

[3] ĠU L 118, ta' l-20. 12. 1992, pġ. 5.

[4] ĠU L 198, ta' l-1.7.1988, pġ. 5.

[5] ĠU L 256, ta' l-1. 7. 1989, pġ. 5.

[6] ĠU L 4, ta' l-1.6.1989, pġ. 19.

[7] Ara paġna 15 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.

--------------------------------------------------

ANNESS I

Prodotti Agrikoli li jinkludu protokolli addizzjonali miġjuba mal-pajjiżi mediterranji u suġġett għall-proċedura ta' monituraġġ statistiku

Kodici NM | Deskrizzjoni |

01011910 | żwiemel għall-qtil |

01011990 | żwiemel oħra mhux għall-qtil |

01029031 | ċanga tarija |

ex01029035 |

ex01029037 |

ex02011090 |

ex02012011 |

ex02012019 |

ex02012039 |

ex02012051 |

ex02012059 |

02050000 | Laħam taż-żwiemel, ħmir, bagħal u hinnies |

03061310 | Gambli u gambli, friski u ffriżati |

03061330 |

03061390 |

03062110 |

03062331 |

04069029 | ġobon Kashkaval |

060110 | Fjuri, inattiv |

0602 | Pjanti oħra ħajjin |

ex060240 | Ward, jeskludi dawk maqtugħa |

0603 | Fjuri maqtugħa |

ex06041090 | ħażiż u likena |

06049110 | - oħrajn |

06049190 | - - Frisk |

Patata, ġdida, mill-1 ta' Jannar sal-15 ta' Mejju |

ex07019051 | - mill l-1 ta' Jannar sal 31 ta' Marzu |

Tadam, frisk, mill-1 ta' Novembru sa' l-14 ta' Mejju |

ex07020010 | - mill 15 ta' Novembru sat-30 ta' April |

Basal frisk |

ex07031011 | - Żerriegħa |

Mill-1 sal 31 ta' Lulju |

ex07031019 | - oħrajn |

- - mill-15 ta' Frar sal-15 ta' Mejju |

- - mill-1 sal-31 ta' Lulju |

Tewm frisk |

ex07032000 | - mill-1 ta' Frar sal-31 ta' Mejju |

ex07049090 | Kaboċċa ċiniża |

Karrotti |

ex07061000 | - mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Marzu |

Pizelli, mill-1 ta' Settembru sal-31 ta' Mejju |

ex07081010 | - mill 1 ta' Ottubru sat-30 ta' April |

Fażola, mill-1 ta' Ottubru sat-30 ta'Ġunju |

ex07082010 | - mill-1 ta' Novembru sat-30 ta' April |

Qaqoċċ globali |

ex07091000 | - mill-1 ta' Ottubru sal 31 ta' Dicembru |

asparagu |

ex07092000 | - mill-1 ta' Novembru sa' l-aħħar ta' Frar |

Brinġiela |

ex07093000 | - mill-1 ta' Diċembru sat-30 ta' April |

Faqqiegħ, frisk |

ex07095130 | - chanterelle |

ex07095150 | - faqqiegħ flap |

ex07095190 | - oħra |

07096010 | Bżar ħelu |

Paprika (friska) |

ex07096099 | - mill-1 ta' Novembru sal-31 ta' Mejju |

Zukkini |

ex07099070 | - mill-1 ta' Diċembru sal-15 ta' Marzu |

Okra (gumbo) |

ex07099090 | - mill-15 ta' Frar sal-5 ta' Ġunju |

07102100 | Piżelli ffriżati |

07112010 | żebbuġ, għall użu minbarra għall-produzzjoni ta' żejt |

07113000 | kappar |

07119010 | Frott tal-genus Capsicum jew tal-genus pimenta, li jeskludi l-bżar ħelu |

ex07119050 | Faqqiegħ, minbarra dak ikkultivat |

07122000 | Basal, niexef |

ex07129090 | Tewm, niexef |

ex07123000 | Faqqiegħ, minbarra dak ikkultivat, niexef |

ex07129090 | Bżar, niexef |

07131019 | Piżelli niexfa għaż-żara |

07131090 | ħaxix tal-legumi niexef minbarra għaż-żara |

07132090 |

07133190 |

07133290 |

07133390 |

07133990 |

07134090 |

07135090 |

07139090 |

071332 | Fażola niexfa, minbarra għaż-żara |

07133290 |

071333 |

07133390 |

071339 |

07133990 |

07135010 | Fażola ħadra, u fażola taż-żwiemel għaż-żara |

08023100 | Lewż ieħor |

08023200 | ġewż |

08041000 | Tamal, frisk jew niexef |

ex08041000 | Tamal, niexef |

080440 | avokado |

08045000 | Mango,mangosteen u guavas |

08051011 – | Larinġ frisk |

08051049 |

ex08052010 | Mandolin frisk |

ex08052030 |

ex08052050 |

ex08052070 |

ex08052090 |

ex08053010 | Lumi frisk |

ex08053090 | Lumi u limettos |

08054000 | grapefruit |

ex08059000 | kumquats |

Għeneb tal-mejda, frisk |

ex08061015 | - mill-15 ta' Novembru sat-30 ta' April |

Dulliegħ |

ex08071010 | - mill 1ta' April sal-15 ta' Ġunju |

Bettieħ |

ex08071090 | - mill-1 ta' Novembru sal-31 ta' Mejju |

Frawli mill-1 ta' Awwissu sat-30 ta' April |

ex08101090 | - mill-1 ta' Novembru sal-31 ta' Marzu |

ċawsla, friska |

ex08102010 | - mill-15 ta' Mejju sal-15 ta' Ġunju |

Tut, mulberries, loganberries, friski |

ex08102090 | - mill-15 ta' Mejju sal-15 ta' Ġunju |

ex08109090 | Passion fruit |

pomengranates |

ex08109090 | - mill-15 ta' Awwissu sal-15 ta' Novembru |

Persimmons (kaki) |

ex08109090 | - mill-1 ta' Diċembru sal-31 ta' Lulju |

ex08119090 | Segmenti tal-grapefruit, iffriżat |

ex08119090 | Tamal, iffrizat |

ex08129020 | Larinġ, mgħaffeġ b'mod fin |

ex08129090 | Frott tal-lumi, mgħaffeġ b'mod fin |

ex08131000 | Berquq, niexef |

ex08134090 | ċirasa morello, niexef |

0904 | Bżar tal-ġeneru piper |

Frott tal-genus Capsicum jiew tal-genus Pimenta |

09042031 | Frott tal-genus Capsicum jew tal-genus Pimenta, la mgħaffeġ u lanqas mgħaġun, oħrajn |

09042035 |

09042039 |

09041200 | Bżar tal-ġeneru Piper, mgħaffeġ jew magħġun; frott tal-ġeneru Capsicum jew tal-ġeneru Pimenta, mgħaffeġ jew magħġun |

09042090 |

0909 | żerriegħa tal-ħlewwa, badian, bużbież, coriander, cumin, canaway u juniper, |

09102010 | thyme, bay leaves, zagħfran |

09102090 |

09104011 |

09104013 |

09104019 |

09104090 |

12099110 | żerriegħa, spores u frott, ta' tip tajjeb għaż-żara |

12099190 | - oħrajn |

12099999 |

12111000 | Pjanti aromatiċi |

12119050 |

12119090 |

12111000 | Għeruq tal-likwirizzja |

12121010 | Għeruq taċ-ċikwejra, fazola grad, żerriegħa tal-frott u għadam tal-frott |

12121091 |

12121099 |

12122000 |

12123000 |

12129990 |

ex130220 | Sustanzi pektiċi, pektarin |

16041410 | Tunas u skipjack |

ex16042070 |

ex19022010 |

20019020 | Frott tal-ġeneru Capsicum, barra min bżar ħelu u pimentos, preparat u ppreservat fil-ħall |

ex20012000 | - basal perla fil-ħall |

ex20019090 | - Okra fil-ħall |

ex20021000 | Tadam imqaxxar |

20031010 | Faqqiegħ ikkultivat jew mhux, ippreparat u ppriservat minbarra l-ħall |

20031090 |

20032000 | Faqqiegħ li jittiekel |

20049050 | Piżelli u fażola |

20054000 |

20055100 |

20049099 | asparagi |

20056090 |

20049099 | Karrotti u tahlit |

20059090 | - oħra |

ex20049099 | Ajvar |

20059010 | Frott tal-ġeneru Capsicum barra min bżar ħelu |

ħaxix ieħor ippreparat u ppreżervat barra fil-ħall jew aċtu aċiduż, barra fit-taħlit |

ex20049099 | - ċereali |

- Brassicas (barra l-kabocci) |

ex20059090 | - Okra (gumbo) |

20071090 | - puree` tal-qastan u pejst, ohra |

20079190 | - ġamm tal-frott ġej mil-lumi u marmellata, oħrajn |

20079990 | - oħrajn mhux speċifikati |

20081191 | Lewż inkaljat, f'pakketti immedjati ta' kontenut li ma jeċċedix 1kg |

20083051 | Segmenti tal-grapefruit |

20083071 |

20083091 |

20083099 |

ex20083055 | Mandolin, satsuma, magħġuna b'mod fin |

ex20083075 |

ex20083059 | Grapefruit; larinġ u lumi magħġun b'mod fin |

ex20083079 |

20085061 | Berquqa |

20085069 |

ex20085091 | Berquq u nofsijiet tal-ħawħ |

ex20085099 | Polpa tal-berquq |

ex20087099 |

200860 | ċirasa morello |

ex20089250 | Insalata tal-frott |

ex20089271 |

ex20089279 |

20091111 | Sugu tal-larinġ |

20091119 |

20091191 |

20091199 |

20091919 |

20091991 |

20091999 |

20092011 | Sugu tal-grapefruit |

20092019 |

20092091 |

20092099 |

20093011 | Sugu ta' Frott ġej mil-lumi barra mil-larinġ jew sugu tal-grapefruit |

20093019 |

ex20093031 | Sugu tal-frott ġej mil-lumi li jeskludi s-sugu tal-lumi |

ex20093039 |

--------------------------------------------------

ANNESS II

Prodotti suġġett għall-riferenza tal-kwantitajiet b'żieda mal-protokolli miżjuda li ġiet konkluża bil-pajjiżi terżi tal-Mediterran

Kodiċi NM | Deskrizzjoni | Perjodu ta' żmien | Oriġini | Kwantità (tunnellati) |

07019051 | Patata ġdida | 1 ta' Jannar – 31 ta' Mejju | Malta | 3000 |

ex07019059 |

07019051 | Patata ġdida | 1 ta' Jannar – 31 ta' Marzu | Tunizija | 2600 |

07032000 | Tewm frisk | 2 ta' Jannar – 31 ta' Mejju | Eġittu | 1600 |

07122000 | Basal niexef | 1 ta' Jannar – 31 ta' Diċembru | Sirja | 700 |

ex07129090 | Tewm niexef | 1 ta' Jannar – 31 ta' Diċembru | Eġittu | 1000 |

ex09042010 |

ex07070011 | ħjar żgħir tax-xitwa | 1 ta' Jannar – l-aħħar ta' Frar | Eġittu | 100 |

1 ta' Jannar – l-aħħar ta' Frar | Ġordan | 100 |

1 ta' Jannar – l-aħħar ta' Frar | Malta | 50 |

07091000 | Qaqoċċ | 10 ta' Jannar – 31 ta' Diċembru | Eġittu | 100 |

10 ta' Jannar – 31 ta' Diċembru | Cipru | 100 |

07093000 | Brunġiel | 15 ta' Jannar – 30 ta' April | Izrael | 1200 |

07096010 | Bżar ħelu | 1 ta' Jannar –31 ta' Diċembru | Marokk | 1000 |

07122000 | basal | 1 ta' Jannar – 31 ta' Diċembru | Sirja | 700 |

07129090 | Tewm niexef | 1 ta' Jannar – 31 ta' Diċembru | Eġittu | 1000 |

07131011 | Piżelli għaż-żara | 1 ta' Jannar – 31 ta' Diċembru | Marokk | 400 |

07131019 |

07131090 | Ħaxix tal-legumi niexef | 1 ta' Jannar – 31 ta' Diċembru | Lebanu | 2200 |

07132090 |

07133190 |

07133290 |

07133390 |

07133990 |

07134090 |

07135090 |

07139090 |

08044010 | qaqoċċ | 1 ta' Jannar – 31 ta' Diċembru | Izrael | 31000 |

08044090 |

ex08061015 | Għeneb tal-mejda frisk | 1 ta' Frar – 30 ta' Ġunju | Izrael | 1900 |

08061019 |

08071090 | Bettieħ żgħir tax-xitwa | 1 ta' Jannar – 31 ta' Marzu | Eġittu | 100 |

1 ta' Jannar – 31 ta' Marzu | gordan | 100 |

08109010 | Kiwi | 1 ta' Jannar – 30 ta' April | Izrael | 200 |

1 ta' Jannar – 30 ta' April | Marokk | 200 |

1 ta' Jannar – 30 ta' April | Cipru | 200 |

08129090 | Frott ġej mill-lumi | 1 ta' Jannar – 31 ta' Diċembru | Izrael | 1100 |

20011000 | Ħjar ippreservat fil-hall | 1 ta' Jannar – 31 ta' Diċembru | Yugoslavia | 3000 |

20049030 | Sauerkraut | 1 ta' Jannar – 31 ta' Diċembru | Jugoszlávia | 150 |

20053000 |

20083051 | Grapefruit u segmenti tal-pomelo | 1 ta' Jannar – 31 ta' Diċembru | Izrael | 13700 |

20083071 |

20085061 | berquqa | 1 ta' Jannar – 31 ta' Diċembru | Marokk | 6300 |

20085069 |

ex20083079 | Grapefruit u pomelo | 1 ta' Jannar – 31 ta' Diċembru | Izrael | 2000 |

Laring u lumi |

ex20083091 | Segmenti tal-grapefruit | 1 ta' Jannar – 31 ta' Dicembru | Izrael | 2900 |

ex20083091 | Polpa ta' frott li ġej mill-lumi |

ex20083091 | Frott ġej mill-lumi |

20085099 | Nofsijiet tal-berquq u ħawħ | 1 ta' Jannar – 31 ta' Diċembru | Marokk | 6300 |

20087099 |

20092011 | Sugu tal-grapefruit u pomelo | 1 ta' Jannar – 31 ta' Diċembru | Izrael | 28700 |

20092019 |

20092099 |

20093011 |

20093019 |

20092099 | Sugu tal-grapefruit u pomelo | 1 ta' Jannar – 31 ta' Diċembru | Marokk | 800 |

--------------------------------------------------