31989R0231



Official Journal L 029 , 31/01/1989 P. 0027 - 0027
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 28 P. 0124
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 28 P. 0124


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 231/89

tat-30 ta’ Jannar 1989

li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 3143/85 fuq il-bejgħ bi prezz imraħħas ta’ butir ta’ intervent maħsub għall-konsum dirett fil-forma ta’ butir konċentrat

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 804/68 tas-27 ta’ Ġunju 1968 fuq l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-ħalib u prodotti tal-ħalib [1], kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KEE) Nru 1109/88 [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 6(7) tiegħu,

Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3143/85 [3], kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KEE) Nru 3036/88 [4], jintroduċi skema għall-bejgħ bi prezz imraħħas ta’ butir ta’ intervent maħsub għall-konsum dirett fil-forma ta’ butir konċentrat;

Billi, minħabba s-sitwazzjoni tas-suq u t-tnaqqis ta’ ħażniet publiċi ta’ butir, it-tnaqqis fil-prezzijiet li bihom il-butir qed jinbiegħ mill-aġenziji ta’ intervent skond din l-iskema għandhom jiġu aġġustati; billi l-esperjenza turi li l-kontenut nett massimu tal-pakketti ta’ butir konċentrat għandu jiġi mnaqqas;

Billi l-miżuri li hemm ipprovduti f’dan ir-Regolament huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Ħalib u Prodotti tal-Ħalib,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KEE) Nru 3143/85 huwa hawnhekk emendat kif ġej:

1. In l-Artikolu 2(1):

- ‘240 EKU’ huwa mibdul b’ ‘EKU 225’,

- ‘238 ECU’ huwa mibdul b’ ‘EKU 223’,

u fl-Artikolu 2(4):

- ‘300 EKU’ huwa mibdul b’ ‘EKU 285’.

2. Fl-Artikolu 5(5) ‘10 kilogrammi’ hija mibdula bi ‘tliet kilogrammi’.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-publikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Fl-Artikolu 1:

- punt 1 għandu japplika mill-1 ta’ Frar 1989, u

- punt 2 għal butir magħmul f’pakketti mill-1 t’ April 1989 ‘l quddiem.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, it-30 ta’ Jannar 1989.

Għall-Kummissjoni

Ray Mac Sharry

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 148, tat-28.6.1968, p. 13.

[2] ĠU L 110, tad-29.4.1988, p. 27.

[3] ĠU L 298, tat-12.11.1985, p. 9.

[4] ĠU L 271, ta’ l-1.10.1988, p. 93.

--------------------------------------------------