31989L0679



Official Journal L 398 , 30/12/1989 P. 0025 - 0025
Finnish special edition: Chapter 13 Volume 19 P. 0123
Swedish special edition: Chapter 13 Volume 19 P. 0123


Id-Direttiva tal-Kunsill

tal-21 ta’ Diċembru 1989

li temenda għall-ħames darba d-Direttiva 76/768/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-prodotti kosmetiċi

(89/679/KEE)

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u partikolarment Artikolu 100a tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

B’kooperazzjoni mal-Parlament Ewropew [2],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3],

Billi d-Direttiva 76/768/KEE [4], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 88/667/KEE [5], tistabbilixxi, għall-iskopijiet biex tadatta l-ħtiġiet tekniċi stabbiliti bid-Direttiva għall-progress tekniku, proċedura għall-kooperazzjoni mill-qrib bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni fi ħdan kumitat dwar l-adattament għall-progress tekniku tad-direttivi dwar it-tneħħija ta’ l-ostakoli tekniċi għall-kummerċ fis-settur tal-prodotti kosmetiċi;

Billi, fil-każ ta’ Annessi III sa VII, il-proċedura tinvolvi li l-kumitat japplika sal-31 ta’ Diċembru 1988; billi l-perijodu li matulu tapplika l-proċedura għandu jkun estiż indefinittivament,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

It-tieni subparagrafu ta’ Artikolu 8(2) tad-Direttiva 76/768/KEE għandu jkun imħassar.

Artikolu 2

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fil-21 ta’ Diċembru 1989.

Għall-Kunsill

Il-President

E. Cresson

[1] ĠU C 214, tas-16.8.1988, p. 16.

[2] ĠU C 47, tas-27.2.1989, p. 81, uĠU C 256, tas-9.10.1989, p. 68

[3] ĠU C 56, tas-6.3.1989, p. 1.

[4] ĠU L 262, tas-27.9.1976, p. 169.

[5] ĠU L 382, tal-21.12.1988, p. 46.

--------------------------------------------------