31989L0676



Official Journal L 398 , 30/12/1989 P. 0018 - 0018
Finnish special edition: Chapter 15 Volume 9 P. 0145
Swedish special edition: Chapter 15 Volume 9 P. 0145


Id-Direttiva tal-Kunsill

tal-21 ta’ Diċembru 1989

li temenda d-Direttiva 75/106/KEE fuq l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-pre-kondizzjonament bil-volum ta’ ċerti likwidi f’imballaġġ minn qabel

(89/676/KEE)

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li juistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u partikolarment Artikolu 100a tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

B’koperazzjoni mal-Parlament Ewropew [2]

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3],

Billi d-Direttiva 75/106/KEE [4], kif l-aħħar emendata mid-Direttiva 88/316/KEE [5] tipprovdi għal armonizzazzjoni totali tal-firxa ta’ kwantitajiet nominali ta’ ċerti prodotti fis-settur ta’ l-inbid;

Billi, fid-dawl ta’ l-iżviluppi fil-Komunità fuq kif isir l-inbid, l-ibbottiljar u it-tikkettjar ta’ l-inbid, huwa meħtieġ li din il-firxa tkun mibdula;

Billi, biex ikun permess l-użu ta’ fliexken li jkunu jistgħu jiġu ritornati li għandhom volum mhux kopert mill-imsemmija Direttiva, huwa meħtieġ li fiha jiġu inklużi regoli speċjali,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-Direttiva 75/106/KEE hija hawnhekk emendata kif ġej:

1. it-tieni subparagrafu ta’ Artikolu 1 huwa mibdul b’dan li ġej:

"Id-Direttiva ma tapplikax għal pakketti lesti minn qabel li jkun fihom il-prodotti elenkati f’Anness III:

- il-punt 1 (a) li huma magħmulin, ibbottiljati u b’tikketta f’volumi li ma jaqbżux 0.25 litri u li huma maħsubin għal użu professjonali,

- il-punti 2 (a) u 4, li huma maħsubin jew għal konsum abbord ajruplani, vapuri u ferroviji jew għall-bejgħ fi ħwienet ta’ bla dazju;"

2. f’Artikolu 5(3):

(a) il-punt (a) huwa mħassar;

(b) l-inċiżi fil-punt (ċ) jitbiddlu b’li ġej:

"— 0.68 litri, 0.70 litri u 0,98 litri fi Spanja, sal-31 ta’ Diċembru 1992.

— 0.46 litri u 0.70 litri fil-Greċja, sal-31 ta’ Diċembru 1992.";

3. Anness III, il-kolonna I (1) (a) huwa hawnhekk emendat kif ġej:

(a) li ġej jiżdied: "0187 (1) –4-8";

(b) "0187 (għal konsum abbord ajruplani u vapuri biss)", fl-aħħar tal-firxa ta’ volumi, jitħassar.

(ċ) in-nota fil-qiegħ li ġejja għandha tiżdied:

"(1) Valur li jirrigwarda biss il-konsum abbord ajruplani, vapuri u ferroviji u għall-bejgħ fi ħwienet ta’ bla dazju."

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jaderixxu ma’ din id-Direttiva fl-1 ta’ Lulju, 1990. Huma għandhom minnufih jinfurmaw lill-Kummissjoni b’dan.

Artikolu 3

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fil-21 ta’ Diċembru 1989.

Għall-Kunsill

Il-President

E. Cresson

[1] ĠU C 31, tas-7.2.1989, p.146

[2] ĠU C 158, tas-26.6.1989, p.215, u.ĠU C 291, tas-20.11.1989, p.44

[3] ĠU C 139, tal-5.6.1989, p.8

[4] ĠU L 42, tal-15.2.1975, p.1.

[5] ĠU L 143, ta’ l-10.6.1988, p.26

--------------------------------------------------