Official Journal L 341 , 23/11/1989 P. 0019 - 0029
Finnish special edition: Chapter 6 Volume 3 P. 0013
Swedish special edition: Chapter 6 Volume 3 P. 0013
Id-Direttiva Tal-Kunsill tat-30 ta’ Ottubru 1989 li temenda d-Direttivi 75/362/KEE, 77/452/KEE, 78/686/KEE, 78/1026/KEE u 80/154/KEE dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta’ diplomi, ċertifikati u provi oħrajn ta’ kwalifiki formali bħala tobba, infermiera responsabbli għall-kura ġenerali, dentisti prattikanti, kirurgi veterinarji u qwiebel, flimkien mad-Direttivi 75/363/KEE, 78/1027/KEE u 80/155/KEE li jikkonċernaw il-koordinazzjoni tad-dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattivi li jirrelataw għall-attivitajiet ta’ tobba, kirurgi veterinarji u qwiebel (89/594/KEE) IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 49, 57 (1) u (2), l-ewwel u t-tielet sentenzi, u 66 tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1], B’kooperazzjoni mal-Parlament Ewropew [2], Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3], Billi għandhom isiru ċerti emendi tekniċi lid-Direttivi 75/362/KEE [4], 77/452/KEE [5], 78/686/KEE [6], 78/1026/KEE [7] 0 u 80/154/KEE [8], kif l-aħħar emendati bl-Att ta’ l-Adeżjoni ta’ Spanja u l-Portugall, li jikkonċernaw ir-rikonoxximent reċiproku ta’ diplomi, ċertifikati u provi oħrajn ta’ kwalifiki formali bħala tobba, infermiera responsabbli għall-kura ġenerali, prattikanti dentisti, kirurgi veterinarji u qwiebel, u lid-Direttiva tal-Kunsill 75/363/KEE [9], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 82/76/KEE [10], u d-Direttivi 78/1027/KEE [11] u 80/155/KEE [12], li tikkonċerna l-koordinazzjoni tad-dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva fir-rigward ta’ l-attivitajiet tat-tobba, kirurgi veterinarji u qwiebel, rispettivament, sabiex jittieħed kont b’mod partikolari tal-bidliet fit-titoli ta’ diplomi, ċertifikati u provi oħrajn ta’ kwalifiki formali f’dawn il-professjonijiet jew fin-nomina ta’ ċerti speċjalizzazzjonijiet mediċi, kif ukoll ta’ l-istabbiliment ta’ ċerti speċjalizzazzjonijiet mediċi ġodda jew tal-waqfien ta’ ċerti speċjalizzazzjonijiet preċedenti li seħħu f’xi Stati Membri; Billi huwa neċessarju li jiġu protetti fuq livell Komunitarju d-drittijiet akkwistati mid-detenturi tal-kwalifiki preċedenti li m’għadhomx jingħataw bħala riżultat tal-bidliet ta’ hawn fuq li seħħu fir-regoli ta’ l-Istat Membru li tahom il-kwalifika u biex jiġu ssupplimentati d-Direttivi msemmija meta neċessarju f’dan ir-rigward b’dispożizzjonijiet approprjati; Billi ta’ min jiġi provdut, għall-raġunijiet ta’ ekwità, għal miżuri transitorji għal ċerti detenturi ta’ diplomi, ċertifikati jew provi oħrajn ta’ kwalifiki formali bħala kirurgu veterinarju u qabla mogħtijamir-Repubblika ta’ l-Italja u r-Renju ta’ Spanjarispettivament wara taħriġ li ma jikkonformax kompletament mad-Direttivi 78/1027/KEE u 80/155/KEE, ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA: IL-KAPITOLU 1 Emendi li jirrelataw għad-Direttivi 75/362/KEE u 75/363/KEE (ir-rikonoxximent reċiproku ta’ diplomi, ċertifikati u provi oħrajn ta’ kwalifiki formali fil-mediċina u koordinazzjoni tad-dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva li jirrelataw għall-attivitajiet ta’ tobba) L-Artikolu 1 L-Artikolu 3 tad-Direttiva 75/362/KEE huwa hawnhekk emendat kif ġej: 1. taħt l-intestatura (a) "fil-Ġermanja": - il-punt 2 jinbidel b’dan li ġej: - "2. iċ-ċertifikat ta’ kontroll ta’ l-Istat fil-mediċina mogħti mill-awtoritajiet kompetenti wara t-30 ta’ Ġunju 1988 u ċ-ċertifikat li jattesta għall-prattika tal-mediċina matul perjodu ta’ taħriġ prattiku ("Arzt im Praktikum",);", - il-punt 2 isir il-punt 3, u "dawk elenkati fil-punt 1 fuq;" jinbidel b’ "dawk elenkati fil-punti 1 u 2;" 2. (f) "fl-Italja" jinbidel bi: "(f) fl-Italja: "diploma di laurea in medicina e chirurgia" (diploma ta' gradwat fil-mediċina u fil-kirurġija) mogħtija minn università, akkumpanjata minn "diploma di abilitazione all'esercizio della medicina e chirurgia" (diploma li tagħti d-dritt li wieħed jipprattika l-mediċina u l-kirurġij) mogħtija mill-Kummissjoni ta’ Kontroll ta’ l-Istat;" 3. (j) "fil-Greċja" tinbidel bi: "(j) fil-Greċja: "Πτυχίο Ιατρικής" (lawrea fil-mediċina) mogħtija minn: - il-fakultà tal-mediċina ta’ università, jew - il-fakultà tax-xjenzi tas-saħħa, id-dipartiment tal-mediċina, ta’ università;" 4. (k) "fi Spanja" tinbidel bi: "(k) fi Spanja: "Título di Licenciado en Medicina y Cirugía". (lawrea universitarja fil-mediċina u l-kirurġija) mogħtija mill-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni u x-Xjenza jew mir-rettur ta’ università;". L-Artikolu 2 L-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 75/362/KEE hija hawnhekk emendata kif ġej: 1. it-test li jikkonċerna l-Belġju jinbidel bi: "fil-Belġju: "Le titre d'agrégation en qualité de médecin spécialisteerkenningstitel van geneesheer specialist;" (prova formali li kkwalifika bħala speċjalista mediku) maħruġa mill-Ministeru responsabbli għas-saħħa pubblika" 2. taħt "fi Franza" , l-inċiż li ġej jiżdied: "— "le diplôme d'études spécialisées de médecine délivré par les universités" (diploma ta’ studji speċjaliżżati fil-mediċina mogħtija minn università);" 3. taħt "fl-Olanda", it-test huwa emendat kif ġej: - it-test eżistenti jsir l-ewwel inċiż; - l-inċiż li ġej jiżdied: - "— "Het door de Sociaal-Geneeskundigen Registratie-Comissie (SGRC) afgegeven getuigschrift van erkenning en inschrijving in het Register von Sociaal-Geneeskundigen" (ċertifikat ta’ approvazzjoni u reġistrazzjoni maħruġ mill-bord tar-reġistrazzjoni tat-tobba tal-mediċina soċjali);" 4. it-test li jikkonċerna l-Greċja jinbidel bi: "fil-Greċja: "Τίτλος Ιατρικής ειδικότητας χορηγούμενος από τις Νομαρχίες". (ċertifikat ta’ speċjalizzazzjoni medika) mogħti mill-prefetturi;". L-Artikolu 3 L-Artikolu 5(3) tad-Direttiva 75/362/KEE huwa hawnhekk emendat kif ġej: 1. taħt "loppji" : - is-subintestatura li tirrelata għal Franza hija sostitwita bi: "Franza: | anesthésiologie-réanimation chirurgicale," | - is-subintestatura li tirrelata għall-Olanda tinbidel bi: "L-Olanda: | anesthesiologie"; | 2. taħt "kirurġija ġenerali" : - is-subintestatura li tirrelata għal Spanja tinbidel bi: "Spanja: | cirurgía general y del aparato digestivo;" | 3. taħt "oftalmoloġija": - is-subintestatura li tirrelata għall-Belġju tinbidel bi: "il-Belġju: | opthalmologieoftalmologie"; | 4. taħt "mediċina respiratorja": - is-subintestatura li tirrelata għal Franza tinbidel bi: "Franza: | pneumologie"; | - is-subintestatura li tirrelata għall-Olanda tinbidel bi: "L-Olanda: | longziekten en tuberculose"; | 5. taħt "uroloġija": - is-subintestatura li tirrelata għal Franza tinbidel bi: "Franza: | chirurgie urologique"; | 6. taħt "ortopedija": - is-subintestatura li tirrelata għal Franza tinbidel bi: "Franza: | chirurgie orthopédique et traumatologie"; | 7. l-intestaturi li ġejjin jiżdiedu: "— anatomija patoloġika Il-Ġermanja: | Pathologie | Il-Belġju: | anatomie pathologiquepathologische anatomie | Id-Danimarka: | patologisk anatomi og histologi eller vaevsundersoegelse | Franza: | anatomie et cythologie pathologique | l-Irlanda: | morbid anatomy and histopathology | l-Italja: | anatomia patologica | Il-Lussemburgu: | anatomie pathologique | L-Olanda: | pathologische anatomie | Ir-Renju Unit: | morbid anatomy and histopathology | Il-Greċja: | παθολογικη ανατομικη | Spanja: | anatomía patológica | Il-Portugall: | anatomia patológica | — newroloġija Il-Ġermanja: | Neurologie | Il-Belġju: | neurologieneurologie | Id-Danimarka: | neuromedicin eller medicinske nervesygdomme | Franza: | neurologie | L-Irlanda: | neurology | L-Italja: | neurologia | Il-Lussemburgu: | neurologie | L-Olanda: | neurologie | Ir-Renju Unit: | neurology | Il-Greċja: | Νενρολογία | Spanja: | neurología | Il-Portugall: | neurologia; | — psikjatrija Il-Ġermanja: | Psychiatrie | Il-Belġju: | psychiatriepsychiatrie | Id-Danimarka: | psykiatri | Franza: | psychiatrie | L-Irlanda: | psychiatry | L-Italja: | psichiatria | Il-Lussemburgu: | psychiatrie | L-Olanda: | psychiatrie | Ir-Renju Unit: | psychiatry | Il-Greċja: | ψυχιατρικη | Spanja: | psiquiatría | Il-Portugall: | psiquiatria." | L-Artikolu 4 L-Artikolu 7(2) tad-Direttiva 75/362/KEE huwa hawnhekk emendat kif ġej: 1. taħt "ematoloġija bijoloġika": - is-subintestatura li ġejja hija inserita: "Franza: | hématologie", | - fil-versjonijiet tal-lingwi kollha barra dak Franċiż u Portuġiż, is-subintestatura li tirrelata għal Spanja hija mħassra; 2. "anatomija patoloġika" hija mħassra; 3. taħt "kirurġija plastika": - is-subintestatura li tirrelata għal Franza tinbidel bi: "Franza: chirurgie plastique, reconstructrice et esthéthique"; 4. taħt "kirurġija toraċika": - is-subintestatura li tirrelata għal Franza tinbidel bi: "Franza: chirurgie thoracique et cardio-vasculaire"; 5. taħt "kirurġija pedjatrika": - is-subintestatura li ġejja li tirrelata għal Franza hija inserita: "Franza: | chirurgie infantile"; | 6. taħt "kirurġija vaskulari": - "fil-versjoni tal-lingwa Olandiża t-titolu ta’ l-intestatura jinbidel b chirurgie van bloedvaten", - is-subintestatura li ġejja hija inserita: "Franza: | chirurgie vasculaire," | - is-subintestatura li tirrelata għall-Italja tinbidel bi: "L-Italja: | chirurgia vascolare;" | 7. taħt "kardjoloġija" , is-subintestatura li tirrelata għal Franza tinbidel bi: "Franza: | pathologie cardio-vasculaire;" | 8. taħt "gastro-enteroloġija": - is-subintestatura li tirrelata għal Franza tinbidel bi: "Franza: | gastro-entérologie et hépatologie," | - is-subintestatura li tirrelata għall-Lussemburgu tinbidel bi: "Il-Lussemburgu: | gastro-entérologie", | - is-subintestatura li tirrelata għall-Olanda tinbidel bi: "L-Olanda: | gastro-enterologie", | - is-subintestatura li tirrelata għall-Greċja tinbidel bi: "Il-Greċja: | γαστρεντεολογία"; | 9. taħt "rewmatoloġija": - is-subintestatura li ġejja hija inserita: "Id-Danimarka: | reumatologi"; | 10. taħt "endokrinoloġija": - is-subintestatura li ġejja hija inserita: "Franza: | endocrinologie — maladies métaboliques," | - is-subintestatura li tirrelata għall-Lussemburgu tinbidel bi: "Il-Lussemburgu: | endocrinologie, maladies du métabolisme et de la nutrition;" | 11. taħt "fisjoterapija": - is-subintestatura li tirrelata għall-Greċja tinbidel bi: "Il-Greċja: | ψυσικη ιατρικη και αποκατασταση;" | 12. "newroloġija" u "psikjatrija" huma mħassra; 13. taħt "newro-psikjatrija" is-subintestatura li tirrelata għall-Greċja hija sostitwita b’ "Il-Greċja: | νευρολoγια-ψυχιατρικη;". | 14. taħt "dermato-venereoloġija": - is-subintestatura li tirrelata għal Franza hija sostitiwta bi: "Franza: | dermatologie et vénéréologie," | - is-subintestatura li tirrelata għall-Olanda tinbidel bi: "L-Olanda: | dermatologie en venerologie"; | 15. taħt "radjoloġija": - is-subintestatura li tirrelata għal Franza tinbidel bi: "Franza: | électro-radiologie"; | 16. taħt "radjoloġija djanjostika": - is-subintestatura li ġejja hija inserita: "Il-Ġermanja: | Radiologische Diagnostik," | - is-subintestatura li tirrelata għal Franza tinbidel bi: "Radiologische Diagnostik, | radiodiagnostic et imagerie médicale;" | 17. taħt "radjoterapija": - is-subintestatura li ġejja hija inserita: "Il-Ġermanja: | Strahlentherapie", | - is-subintestatura li tirrelata għal Franza hija sostitiwta bi: "Franza: | oncologie, option radiothérapie;" | 18. taħt "mediċina tropikali": - is-subintestatura "Il-Belġju: médecine tropicaletropische geneeskunde" hija mħassra; 19. taħt "psikjatrija tat-tfal": - is-subintestatura li ġejja hija inserita: "L-Irlanda: | child and adolescent psychiatry;" | 20. taħt "ġerjatrija": - is-subintestatura li ġejja hija inserita: "L-Olanda: | klinische geriatrie;" | 21. taħt "mard renali": - is-subintestatura li ġejja hija inserita: "Franza: | néphrologie", | - is-subintestatura li ġejja hija inserita: "Il-Lussemburgu: | néphrologie"; | 22. taħt "mediċina Komunitarja": - is-subintestatura li ġejja hija inserita: "Franza: | santé publique et médecine sociale;" | 23. "mediċina tax-xogħol" hija emendata kif ġej: (a) it-titolu, ħlief fil-versjoni tal-lingwa Ingliża, huwa emendat kif ġej: —versjoni tal-lingwa Daniża | "arbejdsmedicin" | —versjoni tal-lingwa Ġermaniża | "Arbeitsmedizin" | —versjoni tal-lingwa Griega: | "ιατρικη της εργασιας" | —versjoni tal-lingwa Spanjola: | "medicina del trabajo" | —versjoni tal-lingwa Franċiża: | "médecine du travail" | —versjoni tal-lingwa Taljana: | "medicina del lavoro" | —versjoni tal-lingwa Olandiża: | "arbeidsgeneeskunde" | —versjoni tal-lingwa Portuġiża: | "medicina do trabalho"; | (b) is-subintestaturi li ġejjin jiddaħħlu: "Il-Ġermanja: | Arbeitsmedizin" | "Id-Danimarka: | samfundsmedicin/arbejdsmedecin" | "Franza: | médecine du travail" | "L-Italja: | medicina del lavoro;" | "L-Olanda: | arbeids- en bedrijfsgeneeskunde" | "Il-Greċja: | ιατρικη της εργασιας" | "Il-Portugall: | medicina do trabalho" | 24. taħt "allergoloġija": - is-subintestatura li tirrelata għall-Greċja tinbidel bi: "Il-Greċja: | αλλεργολογια". | 25. taħt "kirurġija gastro-enteroloġika": - is-subintestatura li ġejja hija inserita: "Franza: | chirurgie viscérale;" | 26. l-intestaturi li ġejjin jiżdiedu: "mediċina nukleari: Il-Ġermanja: | Nuklearmedizin | Il-Belġju: | médecine nucléairenucleaire geneeskunde | Franza: | médecine nucléaire | L-Italja: | medicina nucleare | L-Olanda: | nucleaire geneeskunde | Ir-Renju Unit: | nuclear medicine | Il-Greċja: | πυρηνική ιατρική | Spanja: | medicina nuclear | Il-Portugall: | medicina nuclear; | kurirġija maxillo tal-wiċċ(taħriġ mediku bażiku): Franza: | chirurgie maxillo-faciale et stomatologie | l-Italja: | chirurgia maxillo-facciale | Spanja: | cirugía oral y maxilofacial; | kirurġija dentali, orali u maxillo tal-wiċċ(taħriġ mediku u dentali bażiku): Il-Ġermanja: | Zahn-, Mund-, Kiefer- und Gesichtschirurgie | Il-Belġju: | stomatologie/chirurgie orale et maxillo-faciale, stomatologie/orale en maxillo-faciale chirurgie | L-Irlanda: | oral and maxillo-facial surgery | Ir-Renju Unit: | oral and maxillo-facial surgery." | L-Artikolu 5 "3. Fil-każ ta’ ċittadini ta’ l-Istati Membri li d-diplomi, iċ-ċertifikati u provi oħrajn tagħhom ta’ kwalifiki formali fil-mediċina jew fil-mediċina speċjalizzata li mhumiex konformi mal-kwalifiki jew id-deskrizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 3, 5 u 7, kull Stat Membru għandu jirrikonoxxi bħala prova suffiċjenti d-diplomi, iċ-ċertifikati u provi oħrajn ta’ kwalifiki formali mogħtija minn dawk l-Istati Membri, akkumpanjati minn ċertifikat maħruġ mill-awtoritajiet jew korpi kompetenti. Iċ-ċertifikat għandu jiddikjara li dawn id-diplomi, iċ-ċertifikati u provi oħrajn ta’ kwalifiki formali fil-mediċina u fil-mediċina speċjalizzata ngħataw wara taħriġ skond id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 75/363/KEE, imsemmija, kif approprjat, fl-Artikolu 2, 4 jew 6 tad-Direttiva preżenti, u huma trattati mill-Istat Membru li tahom bħala l-kwalifiki jew id-deskrizzjonijiet stabbiliti, kif approprjat, fl-Artikolu 3, 5 jew 7 tad-Direttiva preżenti." L-Artikolu 6 L-Artikolu 2 tad-Direttiva 75/363/KEE huwa hawnhekk emendat kif ġej: - id-dispożizzjoni li ġejja hija miżjuda mal-paragrafu 1(a): "it-taħriġ li jwassal għall-għoti ta’ diploma, ċertifikat jew prova oħra ta’ speċjalizzazzjoni fil-kirurġija dentali, orali jew maxillo tal-wiċċ (taħriġ mediku u dentali bażiku) tinkludi wkoll il-kompletazzjoni b’suċċess tal-kors ta’ taħriġ bħala prattikant dentist imsemmi fl-Artikolu 1 tad-Direttiva 78/687/KEE(1);", - in-nota tal-qiegħ tal-paġna li ġejja hija miżjuda:, "1 ĠU L 233, ta’ l-24.8.1978, p. 10.", - id-dispożizzjoni li ġejja hija miżjuda mal-paragrafu 2: "Il-ħruġ tad-diploma, iċ-ċertifikat jew prova oħra ta’ speċjalizzazzjoni fil-kirurġija dentali, orali jew maxillo tal-wiċċ (taħriġ mediku udentali bażiku) huwa wkoll suġġett għall-pussess ta’waħda mid-diplomi, iċ-ċertifikati jew provi oħrajn ta’ kwalifiki bħala prattikant dentist imsemmija fl-Artikolu 1 tad-Direttiva 78/687/KEE.", - il-paragrafu 3 jinbidel bi: "3. Fil-limitu taż-żmien stabbilit fl-Artikolu 9, l-Istati Membri għandhom jinnominaw l-awtoritajiet jew il-korpi kompetenti biex joħorġu d-diplomi, iċ-ċertifikati u provi oħrajn ta’ kwalifiki formali msemmija fil-paragrafu 1." L-Artikolu 7 "— anatomija patoloġika — newroloġija — psikjatrija" . L-Artikolu 8 L-Artikolu 5 tad-Direttiva 75/363/KEE huwa hawnhekk emendat kif ġej: 1. taħt "L-ewwel grupp": - fil-versjoni tal-lingwa Olandiża "chirurgie van harten bloedvaten" hija sostitwita b’ "chirurgie van bloedvaten," - l-iskrizzjoni li ġejja hija miżjuda: - "— kirurġija maxillo tal-wiċċ (taħriġ mediku bażiku)"; 2. taħt "It-tieni grupp": - "newroloġija", "psikjatrija" u "anatomija patoloġika" huma mħassra, - ħlief fil-versjoni tal-lingwa Ingliża "mediċina tax-xogħol" tinbidel bi: —versjoni tal-lingwa Daniża: | "arbejdsmedicin" | —versjoni tal-lingwa Ġermaniża: | "Arbeitsmedizin" | —versjoni tal-lingwa Griega: | "ιατρική της εργασιας" | —versjoni tal-lingwa Spanjola: | "medicina del trabajo" | —versjoni tal-lingwa Franċiża: | "médecine du travail" | —versjoni tal-lingwa Taljana: | "medecina del lavoro" | —versjoni tal-lingwa Olandiża: | "arbeidsgeneeskunde" | —versjoni tal-lingwa Portugiża: | "medicina do trabalho", | - l-inċiżi li ġejjin jiżdiedu: - "— mediċina nuklejari, - — kirurġija dentali, orali u maxillo tal-wiċċ (taħriġ mediku u dentali bażiku)". L-Artikolu 9 1. Dawk l-Istati Membri li ħassru d-dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva li jirrelataw għall-għoti ta’ diplomi, ċertifikati u provi oħrajn ta’ kwalifiki formali fin-newro-psikjatrija, radjoloġija, kirurġija toraċika, kirurġija vaskulari, kirurġija gastro-enteroloġika, ematoloġija bijoloġika, fisjoterapija jew mediċina tropikali u ħadu l-miżuri li jirrelataw għad-drittijiet akkwistati f’isem iċ-ċittadini tagħhom, għandhom jirrikonoxxu d-dritt taċ-ċittadini ta’ l-Istati Membri li jibbenefikaw minn dawk l-istess miżuri, sakemm id-diplomi, iċ-ċertifikati u provi oħrajn tal-kwalifiki formali tagħhom fin-newropsikjatrija, fir-radjoloġija, fil-kirurġija toraċika, fil-kirurġija vaskulari, fil-kirurġija gastro-enteroloġika, fl-ematoloġija bijoloġika, fil-fisjoterapija jew fil-mediċina tropikali jissodisfaw il-kondizzjonijiet rilevanti stabbiliti jew fl-Artikolu 9(2) tad-Direttiva 75/362/KEE jew fl-Artikoli 2, 3 u 5 tad-Direttiva 75/363/KEE u sakemm id-diplomi, iċ-ċertifikati u provi oħrajn ta’ kwalifiki formali msemmija kienu ngħataw qabel id-data li fiha l-Istat Membru li jospita waqaf jagħti dawn id-diplomi, iċ-ċertifikati u provi oħrajn ta’ kwalifiki formali fl-ispeċjalizzazzjoni kkonċernata. 2. Id-dati li fihom l-Istati Membri kkonċernati ħassru d-dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva fir-rigward tad-diplomi, iċ-ċertifikati u provi oħrajn ta’ kwalifiki formali msemmija fil-paragrafu 1 huma stabbiliti fl-Anness. 3. L-Artikolu 9(4) tad-Direttiva 75/362/KEE u l-Artikolu 15 tad-Direttiva 82/76/KEE huma hawnhekk imħassra. IL-KAPITOLU 2 Emendi li jirrelataw għad-Direttiva 77/452/KEE (ir-rikonoxximent reċiproku ta’ diplomi, ċertifikati u provi oħrajn ta’ kwalifiki formali bħala infermiera responsabbli għall-kura ġenerali) L-Artikolu 10 L-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 77/452/KEE huwa hawnhekk emendat kif ġej: 1. taħt "fir-Renju Unit" it-test jinbidel bi:State Registered Nurse or Registered General Nurse; 2. taħt "fil-Greċja" it-test jinbidel bi: "Διπλωματούχος ή πτυχιούχος νοσοκόμος, νοσηλευτής ή νοσηλεύτρια" L-Artikolu 11 L-Artikolu 3 tad-Direttiva 77/452/KEE huwa hawnhekk emendat kif ġej: 1. (f) "fl-Italja" tinbidel bi: "(f) fl-Italja: - id- "diploma di infermiere professionale" mogħtija mill-iskejjel rikonoxxuti mill-Istat;" 2. (i) "fir-Renju Unit" tinbidel bi: "(i) fir-Renju Unit: - a statement of registration as a Registered General Nurse in Part I of the register maintained by the United Kingdom Central Council for Nursing, Midwifery and Health Visiting;" 3. (j) "fil-Greċja" tinbidel bi: "(j) fil-Greċja: - Għal "Το δίπλωμα Αδελφής Νοσοκόμας της Ανωτέρας Σχολής Αδελφών Νοσοκόμων" (diploma ta’ infermiera ġenerali mill-iskola avvanzata ta’ l-infermerija ġenerali), ivverifikata mill-Ministeru tas-Servizzi Soċjali jew mill-Ministeru tas-Saħħa u l-Assistenza Soċjali, jew - Għal "Το πτυχίο Νοσοκόμον του Τμήματος Αδελφών Νοσοκόμων των Παραϊατρικών Σχολών των Κέντρων Ανωτέρας Τεχνικής και Επαγγελματικής Εκπαίδευσης" (lawrea fl-infermerija mis-sezzjonijiet ta’ l-infermerija ta’ l-iskejjel paramediċi fiċ-ċentri avvanzati tat-taħriġ tekniku u professjonali) mogħtija mill-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni u l-Affarijiet Reliġjużi, jew - Għal "Το πτυχίο νοσηλευτή ή νοσηλεύτριας των Τεχνολογικών Εκπαιδευτικών Ιδρυμάτων (ΤΕΙ)" (lawrea fl-infermerija mill-istabbilimenti tat-taħriġ teknoloġiku) immexxi mill-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni u l-Affarijiet Reliġjużi, jew - Għal "Το πτυχίο της Ανωτάτης Νοσηλευτικής της Σχολής Επαγγελμάτων Υγείας, Τμήμα Νοσηλευτικής του Πανεπτιστημίου Αθηνών" lawrea fl-infermerija mill-fakultà tax-xjenzi tas-saħħa, is-sezzjoni ta’ l-infermerija, l-Università ta’ Ateni);" 4. (k) "fi Spanja" tinbidel bi: "(k) fi Spanja: "Título de Diplomado en Enfermería". (diploma ta’ l-università fl-infermerija) mogħtija mill-Ministeru għall-Edukazzjoni u għax-Xjenza jew mir-rettur ta’ università". L-Artikolu 12 L-Artikolu 4 tad-Direttiva 77/452/KEE huwa hawnhekk emendat kif ġej: - iż-żewġ paragrafi eżistenti jsiru l-paragrafu 1 u jkun preċedut b’ "1." - il-paragrafu li ġej jiżdied: "2. Fil-każ ta’ ċittadini ta’ l-Istati Membri li d-diplomi, iċ-ċertifikati u provi oħrajn tagħhom tal-kwalifiki formali bħala infermiera responsabbli għall-kura ġenerali mhumiex konformi mal-kwalifiki jew id-deskrizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3, kull Stat Membru għandu jirrikonoxxi bħala prova suffiċjenti d-diplomi, iċ-ċertifikati u provi oħrajn ta’ kwalifiki formali mogħtija minn dawk l-Istati Membri, akkumpanjati b’ċertifikat maħruġ mill-awtoritajiet il-korpi kompetenti. Iċ-ċertifikat għandu jiddikjara li d-diplomi, iċ-ċertifikati u provi oħrajn ta’ kwalifiki formali bħala infermiera responsabbli għall-kura ġenerali ngħataw wara taħriġ skond id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 77/453/KEE, imsemmija fl-Artikolu 2 tad-Direttiva preżenti, u huma trattati mill-Istat Membru li tahom bħala kwalifiki jew deskrizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3 tad-Direttiva preżenti." IL-KAPITOLU 3 Emendi li jirrelataw għad-Direttiva 78/686/KEE (ir-rikonoxximent reċiproku ta’ diplomi, ċertifikati u provi formali oħrajn ta’ kwalifiki bħala prattikant dentist) L-Artikolu 13 "— fl-Italja: odontoiatra" . L-Artikolu 14 "— fil-Greċja: "Τίτλος της Οδοωτιατρικής ειδικότητας της Ορθοδοντικής" (titolu li jiċċertifika l-kompletazzjoni ta’ taħriġ speċifiku ortodontiku) mogħti mill-awtorità kompetenti rikonoxxuta għal dak l-iskop." L-Artikolu 15 "3. Fil-każ ta’ ċittadini ta’ l-Istati Membri li d-diplomi, iċ-ċertifikati u provi oħrajn tagħhomtal-kwalifiki formali fid-dentistrija jew fid-dentistrija speċjalista (orthodontrija jew kirurġija orali) mhumiex konformi mal-kwalifiki jew id-deskrizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 3 u 5, kull Stat Membru għandu jirrikonoxxi bħala prova suffiċjenti d-diplomi, iċ-ċertifikati u provi oħrajn tal-kwalifiki formali mogħtija minn dawk l-Istati Membri, akkumpanjati b’ċertifikat maħruġ mill-awtoritajiet jew mill-korpi kompetenti. Iċ-ċertifikat għandu jiddikjara li d-diplomi, iċ-ċertifikati u provi oħrajn ta’ kwalifiki formali bħala prattikant dentist jew prattikant dentist speċjalista (orthodontrija u kirurġija orali) ingħataw wara taħriġ skond id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 78/687/KEE, imsemmija, kif approprjat, fl-Artikolu 2 jew 4 ta’ din id-Direttiva, u huma trattati mill-Istat Membru li tahom bħala l-kwalifiki jew id-deskrizzjonijiet stabbiliti, kif approprjat, fl-Artikolu 3 jew 5 ta’ din id-Direttiva." IL-KAPITOLU 4 Emendi li jirrelataw għad-Direttivi 78/1026/KEE u 78/1027/KEE (ir-rikonoxximent reċiproku ta’ diplomi, ċertifikati u provi oħrajn ta’ kwalifiki formali bħala kirurgu veterinarju u l-koordinazzjoni tad-dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva fir-rigward ta’ l-attivitajiet ta’ kirurgi veterinarji) L-Artikolu 16 "Meta diploma, ċertifikat jew prova oħra tal-kwalifiki formali kif stabbilita fl-Artikolu 3 ingħataw qabel l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, jew ingħataw wara dik id-data iżda wara taħriġ li beda qabel dik d-data, għandhom ikunu akkumpanjati b’ċertifikat mill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru li ħariġhom li jiddikjara li huma jikkonformaw ma l-Artikolu 1 tad-Direttiva 78/1027/KEE." L-Artikolu 17 L-Artikolu 3 tad-Direttiva 78/1026/KEE huwa hawnhekk emendat kif ġej: 1. (j) "fil-Greċja" tinbidel bi: "(j) fil-Greċja: "Πτυχίο κτηνιατρικής" (diploma ta’ kirurgu veterinarju) mill-fakultà tax-xjenzi ġeotekniċi ta’ l-Università ta’ Aristotlu ta’ Saloniki jew l-Iskola tal-mediċina veterinarja ta’ l-Università ta’ Aristotlu ta’ Saloniki;" 2. (k) "fi Spanja" tinbidel bi: "(k) fi Spanja: "Título de Diplomado en Enfermería". (lawrea universitarja fil-mediċina veterinarja) mogħtija mill-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni u x-Xjenza jew mir-rettur ta’ università;". L-Artikolu 18 "L-Artikolu 4 1. Fil-każ ta’ ċittadini ta’ l-Istati Membri li d-diplomi, iċ-ċertifikati u provi oħrajn tagħhom tal-kwalifiki formali ma jissodisfawx il-ħtiġiet minimi kollha ta’ taħriġ stabbiliti fl-Artikolu 1 tad-Direttiva 78/1027/KEE, kull Stat Membru għandu jirrikonoxxi bħala prova suffiċjenti d-diplomi, iċ-ċertifikati u provi oħrajn tal-kwalifiki formali fil-mediċina veterinarja mogħtija minn dawk l-Istati Membri qabel l-implimentazzjoni tad-Direttiva 78/1027/KEE jew mogħtija wara dik id-data iżda wara taħriġ li beda qabel dik id-data, akkumpanjati b’ċertifikat li jiddikjara li dawk iċ-ċittadini kienu ingaġġati effettivament u bil-liġi fl-attivitajiet inkwistjoni għal mill-anqas tliet snin konsekuttivi matul il-ħames snin qabel id-data tal-ħruġ taċ-ċertifikat. 2. Fil-każ ta’ ċittadini ta’ l-Istati Membri li d-diplomi, iċ-ċertifikati u provi oħrajn tagħhom tal-kwalifiki formali bħala kirurgu veterinarju mhumiex konformi mal-kwalifiki jew id-deskrizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3, kull Stat Membru għandu jirrikonoxxi bħala prova suffiċjenti d-diplomi, iċ-ċertifikati u provi oħrajn tal-kwalifiki formali mogħtija minn dawk l-Istati Membri, akkumpanjati b’ċertifikat maħruġ mill-awtoritajiet jew il-korpi kompetenti. Iċ-ċertifikat għandu jiċċertifika li d-diplomi, iċ-ċertifikati u provi oħrajn ta’ kwalifiki formali bħala kirurgu veterinarju kienu ngħataw wara taħriġ skond id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 78/1027/KEE, imsemmi fl-Artikolu 2 ta’ din id-Direttiva, u huma trattati mill-Istat Membru li tahom bħala kwalifiki jew deskrizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3 ta’ din id-Direttiva." L-Artikolu 19 "5. Bħala miżura transitorja u minkejja l-paragrafu 2, l-Italja, li d-dispożizzjonijiet tagħha stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva pprovdew għal programm ta’ taħriġ li ma kkonformawx kompletament ma’ dawk preskritti fl-Anness meta d-Direttiva 78/1026/KEE u din id-Direttiva daħlu fis-seħħ, tista’ tkompli tapplika dawk id-dispożizzjonijiet għall-persuni li bdew it-taħriġ veterinarju tagħhom mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 1984. Kull Stat Membru li jospita għandu jkun awtorizzat li jeħtieġ mid-detenturi tad-diplomi, iċ-ċertifikati jew provi oħrajn ta’ kwalifiki formali bħala kirurgu veterinarju mogħtijn mill-Italja wara taħriġ li beda qabel l-1 ta’ Jannar 1985 li d-diplomi, iċ-ċertifikati u l-provi l-oħrajn tagħhom ta’ kwalifiki formali jkunu akkumpanjati b’ċertifikat li jiddikjara li kienu ingaġġati effettivament u bil-liġi fl-attivitajiet ta’ kirurgu veterinarju għal mill-inqas tliet snin konsekuttivi matul il-ħamessnin qabelid-data tal-ħruġ taċ-ċertifikat, sakemm l-imsemmija diploma, ċertifikat jew prova oħra ta’ kwalifiki formali tkun akkumpanjata b’ċertifikat maħruġ mill-awtoritajiet kompetenti Taljani li jiċċertifika li t-taħriġ ikun in konformità kompluta ma’ dan l-Artikolu u ma’ l-Anness." L-Artikolu 20 Fl-Anness mad-Direttiva 78/1027/KEE fil-versjoni tal-lingwa Griega taħt "B. Suġġetti speċifiċi" l-ewwel inċiż tal-"Grupp 2: Xjenzi kliniċi""Χειρουργκή" hija hawnhekk sostitwita b’ "Μαιευτική". IL-KAPITOLU 5 Emendi li jirrelataw għad-Direttivi 80/154/KEE u 80/155/KEE (ir-rikonoxximent reċiproku ta’ diplomi, ċertifikati u provi oħrajn ta’ kwalifiki formali bħala qabla u l-koordinazzjoni tad-dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva fir-rigward ta’ l-attivitajiet u l-eżerċizzju tal-professjoni ta’ qabla) L-Artikolu 21 L-Artikolu 1 tad-Direttiva 80/154/KEE huwa hawnhekk emendat kif ġej: 1. taħt "fir-Repubblika Federali tal-Ġermanja" it-test jinbidel bi: "Hebamme" jew "Entbindungspfleger"; 2. taħt "fil-Greċja" it-test jinbidel bi: "Μαία" jew "Μαιευτής". L-Artikolu 22 L-Artikolu 3 tad-Direttiva 80/154/KEE huwa hawnhekk emendat kif ġej: 1. taħt (a) "fir-Repubblika Federali tal-Ġermanja" l-ewwel inċiż jinbidel bi: "— il-"Zeugnis über die staatliche Prüfung für Hebammen und Entbindungspfleger";, mogħti mill-bord ta’ kontroll ta’ l-Istat"; 2. taħt (h) "fl-Olanda" fil-versjonijiet kollha tal-lingwi barra l-versjoni tal-lingwa Olandiża, "vroedvrouwdiploma" hija sostitwita b’ "diploma van verloskundige"; 3. (i) "fir-Renju Unit" jinbidel bi: "(i) fir-Renju Unit: - a statement of registration as a midwife in Part 10 of the Register maintained by the United Kingdom Central Council for Nursing, Midwifery and Health Visiting" 4. (j) "fil-Greċja" tinbidel bi: "(j) fil-Greċja: - il-"Πτυχίο Μαίας ή Μαιευτή", awtentikata mill-Ministeru tas-Saħħa u l-Welfare, - il- "Πτυχίο Ανωτέρας Σχολής Στελεχών Υγείας και Κοινωνικής Πρόνοιας, Τμήματος Μαιευτικής", mogħti mill-fakultà tas-saħħa u ħaddiema ta’ l-assistenza soċjali, is-sezzjoni ta’ l-ostetriċja, taċ-ċentri tat-teknika u tal-professjoni avvanzati jew mill-istabbilimenti tat-taħriġ teknoloġiku mmexxija mill-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni u l-Affarijiet Reliġjużi;" 5. (k) "fi Spanja" tinbidel bi: "(k) fi Spanja: id-diploma ta’ "matrona". jew "asistente obstétrico (matrona)". jew "enfermería obstétrica-ginecológica"., mogħtija mill-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni u x-Xjenza;". L-Artikolu 23 "3. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4, fil-każ ta’ ċittadini ta’ l-Istati Membri li d-diplomi, iċ-ċertifikati u provi oħrajn ta’ kwalifiki formali tagħhom bħala qabla ma jikkonformawx mal-kwalifiki jew id-deskrizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3, kull Stat Membru għandu jirrikonoxxi bħala prova suffiċjenti d-diplomi, iċ-ċertifikati u provi oħrajn ta’ kwalifiki formali mogħtija minn dawk l-Istati Membri, akkumpanjati b’ċertifikat maħruġ mill-awtoritajiet jew mill-korpi kompetenti. Iċ-ċertifikat għandu jiddikjara li d-diplomi, iċ-ċertifikati u provi oħrajn ta’ kwalifiki formali bħala qabla ngħataw wara taħriġ skond id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 80/155/KEE, imsemmija fl-Artikolu 2 ta’ din id-Direttiva, u huma trattati mill-Istat Membru li tahom bħala l-kwalifiki jew id-deskrizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3 ta’ din id-Direttiva." L-Artikolu 24 "5. Xejn f’din id-Direttiva m’għandu jippreġudika xi faċilità li tista’ tingħata skond ir-regoli proprji tagħhom mill-Istati Membri fir-rigward tat-territorju proprju tagħhom biex detenturi tad-diplomi, ċertifikati jew provi oħrajn ta’ kwalifiki formali li ma kienux akkwistati fi Stat Membru jkunu awtorizzati jibdew u jwettqu l-attivitajiet ta’ qabla. 6. Bħala miżura transitorja u minkejja l-paragrafi 1 u 4, Spanja, li d-dispożizzjonijiet tagħha stabbiliti b’liġi, b’regolamenti jew b’azzjoni amministrattivi provduta għal taħriġ li ma kkonformax ma’ din id-Direttiva meta d-Direttiva 80/154/KEE u din id-Direttiva daħlu fis-seħħ, tista’ tkompli tapplika dawk id-dispożizzjonijiet lil persuni li bdew it-taħriġ speċifiku tal-qwiebel tagħhom mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 1985. Kull Stat Membru li jospita għandu jkun awtoriżżat jeħtieġ li d-detenturi tad-diplomi, ċertifikati jew provi oħrajn tal-kwalifiki formali bħala qabla mogħtija minn Spanja wara taħriġ speċifiku li beda qabel l-1 ta’ Jannar 1986 li d-diplomi, iċ-ċertifikati u l-provi l-oħrajna tagħhom tal-kwalifiki formali jkunu akkumpanjati minn ċertifikat li jiddikjara li kienu ingaġġati effettivament u skond il-liġi fl-attivitajiet ta’ qabla għal mill-inqas tliet snin konsekuttivi matul il-ħames snin qabel id-data tal-ħruġ taċ-ċertifikat, sakemm l-imsemmija diploma, ċertifikat jew prova oħra tal-kwalifiki formali ma tkunx akkumpanjata b’ċertifikat maħruġ mill-awtoritajiet kompetenti Spanjoli li jiddikjara li jiċċertifika taħriġ f’konformità kompleta ma’ dan l-Artikolu u ma’ l-Anness." L-Artikolu 25 "6. llevar a cabo el parto normal cuando se trate de una presentación de vértice, incluyendo, si es necesario, la episiotomía, y, en caso de urgencia, realizar el parto en presentación de nalgas." L-Artikolu 26 "L-Artikolu 8 Spaetestens sechs Jahre nach Bekanntgabe diesel Richtlinie beschlieβt der Rat auf Vorschlag der Kommission und nach Stellungnahme des Beratenden Ausschusses, ob die Ausnahme nach Teil B Nummer 3 des Anhangs geaendert oder aufgehoben werden soll." L-Artikolu 27 "B. TAĦRIĠ PRATTIKU U KLINIKU Dan it-taħriġ għandu jingħata taħt sorveljanza approprjata: 1. Pariri lin-nisa tqal, li jinvolvu mill-inqas 100 eżami ta’ qabel it-twelid. 2. Is-sorveljanza u l-kura ta’ mill-inqas 40 mara waqt il-ħlas. 3. L-istudent għandu personalment iwettaq mill-inqas 40 ħlas; fejn dan in-numru ma jistax jintlaħaq minħabba n-nuqqas ta’ nisa disponibbli fil-ħlas, jista’ jitnaqqas għal minimu ta’ 30, sakemm l-istudent jieħu sehem attivament f’20 ħlas ieħor. 4. Il-parteċipazzjoni attiva fi ħlasijiet breech. Meta dan mhux possibbli minħabba nuqqas ta’ ħlasijiet breech il-prattika tista’ tkun f’sitwazzjoni simulata. 5. It-twettiq ta’ episiotomija u inizzjazzjoni f’sutura. L-inizzjazzjoni tinkludi l-istruzzjoni teoretika u l-prattika klinika. Il-prattika tas-sutura tinkludi s-sutura ta’ ferita wara episjotomija u tiċrita perineali sempliċi. Din tista’ tkun f’sitwazzjoni simulata jekk assolutament neċessarju. 6. Is-Sorveljanza u l-kura ta’ 40 mara f’riskju waqt it-tqala, jew il-ħlas jew fil-perjodu wara t-twelid. 7. Is-sorveljanza u kura (inkluż l-eżami) ta’ mill-inqas 100 mara wara t-twelid u trabi tat-twelid f’saħħithom. 8. L-osservazzjoni u l-kura ta’ trabi tat-twelid li jeħtieġu kura speċjali inklużi dawk li twieldu qabel iż-żmien, wara ż-żmien, b’piż inqas milli suppost jew morda. 9. Il-kura ta’ nisa b’kondizzjonijiet patoloġiċi fil-qasam tal-ġinekoloġija u l-ostetriċja. 10. L-inizzjazzjoni fil-kura tal-qasam tal-mediċina u l-kirurġija. L-inizzjazzjoni għandha tinkludi l-istruzzjoni teoretika u l-prattika klinika." IL-KAPITOLU 6 Dispożizzjonijiet finali L-Artikolu 28 L-Istati Membri għandhom jieħdu il-miżuri neċessarji biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sat-8 ta’ Mejju 1991. Għandhom minnufih javżaw lill-Kummissjoni bihom. L-Artikolu 29 Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fit-30 ta’ Ottubru 1989. Għall-Kunsill Il-President J.-P. Soisson [1] ĠU C 353, tat-30.12.1987, p. 17, u ĠU C 322, tal-15.12.1988, p. 22. [2] ĠU C 235, tat-12.9.1988, p. 67, u ĠU C 256, tal-9.10.1989. [3] ĠU C 134, ta’ l-24.5.1988, p. 29. [4] ĠU L 167, tat-30.6.1975, p. 1. [5] ĠU L 176, tal-15.7.1977, p. 1. [6] ĠU L 233, ta’ l-24.8.1978, p. 1. [7] ĠU L 362, tat-23.12.1978, p. 1. [8] ĠU L 33, tal-11.2.1980, p. 1 [9] ĠU L 167, tat-30.6.1975, p. 14. [10] ĠU L 43, tal-15.2.1982, p. 21. [11] ĠU L 362, tat-23.12.1978, p. 7. [12] ĠU L 33, tal-11.2.1982, p. 8. -------------------------------------------------- L-ANNESS Dati ta’ l-Anness li minnhom xi Stati Membri ħassru d-dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva li jikkonċernaw l-għoti tad-diplomi, iċ-ċertifikati u provi oħrajn ta’ kwalifiki formali msemmija fl-Artikolu 9 tad-Direttiva IL-BELĠJU Il-Kirurġija toraċika | 1 ta’ Jannar 1983 | | Il-Kirurġija vaskulari | 1 ta’ Jannar 1983 | | In-Newro-psikjatrija | 1 ta’ Awwissu 1987, | ħlief għall-persuni li bdew it-taħriġ qabel dik id-data | Il-Kirurġija gastro-enteroloġika | 1 ta’ Jannar 1983 | | ID-DANIMARKA L-Ematoloġija bijoloġika Il-Fisjoterapija | 1 ta’ Jannar 1983, | ħlief għall-persuni li bdew it-taħriġ qabel dik id-data u kkompletawh sa l-aħħar ta’ l-1988 | Il-Mediċina tropikali | 1 ta’ Awwissu 1987, | ħlief għall-persuni li bdew it-taħriġ qabel dik id-data | FRANZA Ir-Radjoloġija | 3 ta’ Diċembru 1971 | | In-Newropsikjatrija | 31 ta’ Diċembru 1971 | | IL-LUSSEMBURGU Ir-Radjoloġija In-Newropsikjatrija | | Id-diplomi, iċ-ċertifikati u provi oħrajn ta’ kwalifiki formali m’għadhomx jingħataw fir-rigward ta’ taħriġ li beda wara l-5 ta’ Marzu 1982 | L-OLANDA Ir-Radjoloġija | 8 ta’ Lulju 1984 | | In-Newropsikjatrija | 9 ta’ Lulju 1984 | | --------------------------------------------------