Official Journal L 281 , 30/09/1989 P. 0116 - 0124
Finnish special edition: Chapter 13 Volume 19 P. 0109
Swedish special edition: Chapter 13 Volume 19 P. 0109
Id-Direttiva tal-Kunsill tat-18 ta Settembru 1989, li tissupplementa u temenda d-Direttiva 76/116/KEE fir-rigward ta’ l-oligoelementi ta’ boron, cobalt, ramm, ħadid, manganese, molybendum u żingu kontenuti fil-fertilizzanti. (89/530/KEE) IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u partikolarment Artikolu 100a tiegħu; Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1] B’kooperazzjoni mal-Parlament Ewropew [2], Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3], Billi huwa neċessarju li jiġu adottati miżuri bl-iskop li jiġi stabbilit progressivament is-suq intern tul perijodu li jiskadi fil-31 ta Diċembru 1992; billi s-suq intern jinkludi żona mingħajr fruntieri interni li fiha huwa assigurat il-moviment liberu ta’ merkanzija, persuni, servizzi u kapital; Billi d-Direttiva tal-Kunsill 76/116/KEE tat-18 ta Diċembru 1975 dwar l-approzzimazzjoni tal-liġijiet ta l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ fertilizzanti [4], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 89/284/KEE [5], tistabilixxi regoli dwar it-tqegħid fis-suq ta’ fertilizzanti tat-tip tal-KEE; billi niwera li huwa neċessarju li din id-Direttiva tiġi estiża sabiex tkopri s-seba’ oligoelementi (boron, cobalt, ramm, ħadid, manganese, molybendum u żingu) li jinsabu f’ dawn il-fertilizzanti Billi d-Direttiva 76/116/KEE għandha tapplika minn issa ‘l quddiem għal fertilizzanti solubbli jew fluwidi li jkun fihom oligoelement wieħed jew iktar imqiegħda fis-suq individwalment u taħlitiet tagħhom u għal ċerti oligoelementi ċelati Billi d-Direttivi dwar fertilizzanti għandhom ikunu kontinwament żvluppati u aġġornati fir-rigward ta’ l-adattament għal progress xjentifiku u tekniku tal-prodotti elenkati fl-Annessi ma’ dawk id-Direttivi; billi għal dan l-iskop huwa kkunsidrat neċessarju li l-funzjonijiet tal-Kumitat previsti fid-Direttiva 76/116/KEE jiġu estiżi, ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA: Artikolu 1 1. Fertilizzanti solidi jew fluwidi elenkati fil-Kapitolu A ta l-Anness, li jikkontjenu biss wieħed mill-oligoelementi li ġejjin: boron, cobalt, ramm, ħadid, manganese, molybendum jew żingu u li jissodisfaw il-ħtiġiet ta’ l-imsemmi Kapitolu A, jistgħu jiġu mmarkati bħala ‘FERTILIZZANT TAL-KEE’ 2. Taħlitiet ta’ żewġ fertilizzanti jew iktar imsemmija fil-paragrafu 1 li fihom mill-inqas żewġ oligoelementi differenti jistgħu jiġu mmarkati bħala ‘FERTILIZZANT TAL-KEE’ jekk jissodisfaw il-ħtiġiet tal-Kapitolu B ta’ l-Anness. Artikolu 2 Fertilizzanti tal-KEE li jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet ta’ Artikolu 1 għandhom ikunu mballati. Artikolu 3 1. Il-kontenut ta’ wieħed jew iktar mill-oligoelementi li ġejjin: boron, cobalt, ramm, ħadid, manganese, molybendum jew żingu fil-fertilizzanti tal-KEE elenkati f’Anness I tad-Direttiva 76/116/KEE għandu jiġi ddikkjarat kull meta jiġu sodisfatti ż-żewġ kondizzjonijiet li ġejjin: (a) l-oligoelementi huma miżjuda u preżenti mill-inqas fil-kwantitajiet minimi speċifikati fil-Kapitoli Ċ u D ta l-Anness ta’ din id-Direttiva; (b) il-fertilizzanti tal-KEE għandhom jibqgħu jissodisfaw il-ħtiġiet ta’ Anness I tad-Direttiva 76/116/KEE. 2. Meta l-oligoelementi huma l-ingredjenti normali tal-materja prima maħsuba biex tforni elementi primarji u sekondarji, id-dikjarazzjoni tagħhom m’għandhiex tkun obbligatorja, sakemm dawn l-oligoelementi huma preżenti mill-inqas fil-kwantitajiet minimi speċifikati fil-Kapitoli Ċ u D ta’ l-Anness ma’ din id-Direttiva. Artikolu 4 L-immarkar obbligatorju għall-identifikazzjoni tal-fertilizzanti koperti b’din id-Direttiva għandu jkun kif ġej: (a) ‘FERTILIZZANT TAL-KEE’ b’ittri kbar, (b) id-deskrizzjoni tat-tip ta’ fertilizzant: - jew skond il-Kapitolu A ta’ l-Anness, - jew bħala d-deskrizzjoni tat-tip ‘Taħlita ta’ oligoelementi ’, segwita bl-ismijiet ta’ l-oligoelementi preżenti jew is-simboli kimiċi tagħhom, - jew skond Anness I mad-Direttiva 76/116/KEE, billi jiżdied mad-deskrizzjoni tat-tip jew: ‘b’oligoelementi ’, jew ‘bi’ segwit bl-isem jew l-ismijiet ta’ l-oligoelementi preżenti jew bis-simbolu kimiku tagħhom. Huma biss in-numri li jiddikjaraw il-kontenut ta’ l-elementi prinċipali u sekondarji koperti bid-Direttiva 76/116/KEE għandhom isegwu d-deskrizzjoni tat-tip. Meta huma preżenti diversi oligoelementi għandhom ikunu elenkati fl-ordni alfabetika tas-simboli kimiċi tagħhom: B, Co, Cu, Fe, Mn, Mo, Zn; (ċ) il-kontenut garantit fir-rigward ta’ kull nutrijent u l-kontenut garantit espress bħala forom u/jew sulubilitajiet meta dawn huma speċifikati f’Annessi tad-Direttiva 76/116/KEE, u għal kull oligoelement preżenti, kif meħtieġ b’Artikolu 6; (d) meta l-oligoelement kollu jew parti minnu huwa kimikament konness ma’ molekola organika, l-isem ta’ dak l-element huwa mbagħad segwit b’ wieħed mill-kwalifikanti li ġejjin: - ‘ċelat minn…’ (l-isem ta’ l-aġent taċ-ċelar jew l-abbrevjazzjoni tiegħu kif stabbilit fil-Kapitolu E (1) ta’ l-Anness), - ‘komplessat minn…’ (l-isem ta’ l-aġent ta’ komplessar kif stabbilit fil-Kapitolu E (2) ta’ l-Anness), Il-kontenut ta’ l-oligoelement għandu jiġi espress bħala perċentwali skond il-piż, f’numri sħaħ jew meta neċessarju sa post deċimali wieħed għal fertilizzanti li fihom biss oligoelement wieħed (il-Kapitolu A ta’ l-Anness). Meta il-fertilizzanti ikun fihom diversi oligoelementi in-numru ta’ postijiet deċimali jista’, għal element partikolari, ikun kif stabbilit fil-Kapitoli B, Ċ u D ta’ l-Anness. Il-kontenut ta’ oligoelement għandu jkun espress kemm bil-kliem u kemm bis-simboli kimiċi approprjati. Dan li ġej għandu jiġi iskritt fuq it-tabella jew il-karti li jkun hemm magħhom, fir-rigward tal-prodotti li jidhru fil-Kapitoli A u B ta’ l-Anness taħt id-dikjarazzjonijiet obligatorji jew volontarji: "Jintuża biss meta jkun hemm ħtieġa rikonuxxuta. Taqbiżx ir-rati ta’ doża approprjati." Artikolu 5 L-Istati Membri jistgħu jeħtieġu fit-territorju tagħhom mingħajr ma jimpedixxu l-kummerċ u fuq ir-responsabbiltà tal-persuna inkarigata mit-tqegħid fis-suq li tingħata indikazzjoni tar-rati ta’ doża u l-kondizzjonijiet ta’ użu li jkunu tajbin għall- kondizzjonijiet tal-ħamrija u ta’ l-uċuh t li taħthom huwa użat il-fertilizzant. Din l-informazzjoni għandha tkun separata b’mod ċar mid-dikjarazzjonijiet obbligatorji previsti f’Artikolu 4. Artikolu 6 L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li l-kontenut ta’ l-oligoelement ta’ fertilizzanti tal-KEE mqiegħda fis-suq għandu jkun dikjarat fil-forma ta’ elementi (B, Co, Cu, Fe, Mn, Mo, Zn). Il-kontenut ta’ oligoelement ta’ fertilizzant għandu jkun dikjarat b’dan il-mod: (a) għal fertilizzanti msemmija f’Artikolu 1(1): skond il-ħtiġiet stabbiliti fil-Kapitolu A (kolonna 6) ta’ l-Anness; (b) għal fertilizzanti msemmija f’Artikolu 1(2) u l-Artikolu 3 billi jiġi indikat: - il-kontenut totali, espress bħala perċentwali skond il-piż tal-fertilizzant, u - il-kontenut solubbli fl-ilma, espress bħala perċentwali skond il-piż tal-fertilizzant, meta dik is-solubilità hija mill-inqas nofs il-kontenut totali. Meta oligoelement huwa kompletament solubbli fl-ilma, il-kontenut solubbli fl-ilma biss għandu jiġi dikjarat. Il-kontenut ta’ oligoelement ta’ fertilizzant għandu jiġi determinat taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-metodi ta’ analiżi previsti f’Artikolu 8 tad-Direttiva 76/116/KEE. Meta oligoelement huwa kimikament konness ma’ molekola organika il-kontenut preżenti fil-fertilizzant għandu jkun iddikjarat immedjatament wara l-kontenut li jinħall fl-ilma bħala perċentwali skond il-piż tal-prodott, segwit b’wieħed minn dawn it-termini: ‘ċelat minn’ jew ‘komplessat minn’ bl-isem tal-molekola organika kif stabbilit fil-Kapitolu E ta’ l-Anness. L-isem tal-molekola jista’ jiġi sostitwit bl-inizjali tiegħu. Artikolu 7 It-tolleranza permessa fir-rigward tal-kontenut dikjarat ta’ l-oligoelement għandha tkun: - 0,4 % f’termini assoluti għal kontenut ta’ iktar minn 2 %, - wieħed minn ħamsa tal-valur dikjarat għal kontenut li ma jaqbiżx 2 %. Artikolu 8 Artikolu 9(1) tad-Direttiva 76/116/KEE huwa sostitwit b’dan li ġej: "‘Emendi meħtieġa sabiex l-Annessi jiġu adattati għall-progress tekniku għandhom jiġu adottati skond il-proċedura stabbilita f’Artikolu 11. Meta jsiru dawn l-emendi, fertilizzant għandu jkun inkluż biss jekk: (a) ma jeffettwax ħażin is-saħħa tal-bniedem jew ta’ l-annimali jew lill-ambjent; (b) jipprovdi nutrijenti b’mod effettiv skond il-ħtiġiet ta’ wiċċ partikolari jew skond il-kondizzjonijiet ta’ tkabbir ta’ uċuh partikolari.’" Artikolu 9 1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonfromaw ma’ din id-Direttiva fi żmien tmintax-il xahar min- notifika tagħha. Huma għandhom minnufih jinfurmaw lill-Kummissjoni b’dan. 2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni id-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam irregolat b’din id-Direttiva. Artikolu 10 Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, it-18 ta Settembru 1989. Għall-Kunsill Il-President E. Cresson [1] ĠU L 304, tad-29.11.1988, p. 8. [2] ĠU C 47, ta’ l-20.2.1989, p. 75 u d-Deċiżjoni tal-15 ta’ Settembru 1989 (għadha mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali). [3] ĠU L 102, ta’ l-24.4.1989, p. 9. [4] ĠU L 24, tat-30.1.1976, p. 21. [5] ĠU L 111, tat-22.4.1989, p. 34. -------------------------------------------------- ANNESS Il-KAPITOLU A FERTILIZZANTI LI FIHOM BISS OLIGOELEMENT WIEĦED Nota 1: Aġent taċ-ċelar jista’ jiġi deskritt permezz ta’ l-inizjali kif stabbilit fil-Kapitolu E. Nota 2: Jekk il-prodott ma jħalli l-ebda residwu solidu wara li jiddewweb fl-ilma, jista jiġi deskritt bħala ‘għat-tidwib’. Nota 3: Meta oligoelement huwa preżenti f’forma ċelata, il-medda ta’ pH li tiggarantixxi stabilità aċċettabbli tal-frazzjon ċelat għandha tiġi dikjarata. Nru | Deskrizzjoni tat-tip | Data dwar il-metodu ta’ produzzjoni u ingredjenti essenzjali | Kontenut minimu ta’ oligoelementi (perċentwali skond il-piż). Data dwar l-espressjoni ta’ nutrijenti. Ħtiġiet oħra | Data oħra jew deskrizzjoni tat-tip | Kontenut ta’ oligoelement li għandu jiġi dikjarat. Solubilitajiet Kriterji oħra. | 1 | 2 | 3 | 4 | 5 | 6 | BORON 1a | Aċidu Boriku | Prodott ottenut mill-azzjoni ta aċidu fuq borate | 14 % solubbli fl-ilma B | Jistgħu jintużaw ismijiet tal-kummerċ tas-soltu | Boron B solubbli fl-ilma | 1b | Borate tas-sodju | Prodott ottenut kimikament u li għandu bħala l-element essenzjali tiegħu il-borate tas-sodju | 10 % solubbli fl-ilma B | Jistgħu jintużaw ismijiet tal-kummerċ tas-soltu | Boron B solubbli fl-ilma | 1ċ | Borate tal-kalċju | Prodott ottenut parzjalment minn colemanite jew pandermite, u li għandu bħala l-element essenzjali tiegħu il-borate tal-kalċju | 7 % B totali Daqs tal-Partiċella: mill-inqas 98 % li jgħaddi minn passatur ta’ 0,063 mm | Jistgħu jintużaw ismijiet tal-kummerċ tas-soltu | Boron (B) totali | 1d | Boron ethanol amine | Prodott ottenut mir-reazzjoni ta’ aċidu boriku ma’ ethanol amine | 8 % solubbli fl-ilma B | | Boron B solubbli fl-ilma | 1e | Fertilizzant borated f’soluzzjoni jew sospensjoni | Prodott ottenut b’ dissoluzzjoni jew sospensjoni f’ ilma tat-tipi 1a, 1b, 1d | 2 % solubbli fl-ilma B | | Boron B solubbli fl-ilma | COBALT 2a | Melħ tal-cobalt | Prodott ottenut kimikament u li għandu bħala l-ingredjent essenzjali tiegħu melħ minerali tal-cobalt | 19 % solubbli fl-ilma Co | Id-deskrizzjoni għandha tinkludi l-isem ta ’ l-anion tal- mineral ikkumbinat | Cobalt (Co) solubbli fl-ilma | 2b | Ċelat tal-Cobalt | Prodott ottenut billi jiġu kkumbinati kimikament cobalt ma’ aġent taċ-ċelar | 2 % solubbli fl-ilma Co, li mill-inqas 8/10 minnu ġie ċelat | Natura ta’ l-aġent taċ-ċelar | Cobalt (Co) solubbli fl-ilma Cobalt ċelat (Co) | 2ċ | Soluzzjoni ta’ fertilazzant tal-cobalt | Prodott ottenut bid-dissoluzzjoni tat-tipi 2a u/jew 2b fl-ilma | 2 % solubbli fl-ilma Co | Id-deskrizzjoni għandha tinkludi l-isem tal-mineral ta’ l-anion u/jew in-natura ta’ l-aġent taċ-ċelar | Cobalt (Co) solubbli fl-ilma Cobalt ċelat (Co) | RAMM 3a | Melħ tar-ramm | Prodott ottenut kimikament u li għandu bħala l-ingredjent essenzjali melħ minerali tar-ramm | 20 % solubbli fl-ilma Cu | Id-deskrizzjoni għandha tinkludi l-isem ta’ l-anion ikkumbinat | Ramm (Cu) solubbli fl-ilma | 3b | Ossidu tar-ramm | Prodott ottenut kimikament u li għandu bħala l-ingredjent essenzjali tiegħu l-ossidu tar-ramm | 70 % Cu totali Daqs tal-Partiċella: mill-inqas 98 % li jgħaddi minn passatur 0,063 mm | | Ramm (Cu) totali | 3ċ | Idrossidu tar-ramm | Prodott ottenut kimikament u li għandu bħala l-ingredjent essenzjali tiegħu l-idorssidu tar-ramm | 45 % Cu totali Daqs tal-Partiċella: mill-inqas 98 % li jgħaddi minn passatur ta’ 0,063 mm | | Ramm (Cu) totali | 3d | Ċelat tar-ramm | Prodott ottenut bil-kombinazzjoni tar-ramm kimikament ma’ aġent taċ-ċelar | 9 % Cu solubbli fl-ilma li minnu mill-inqas 8/10 ġie ċelat | Natura ta’ l-aġent taċ-ċelar | Ramm (Cu) solubbli fl-ilma Ramm (Cu) ċelat | 3e | Fertilizzant ibbażat fuq ir-ramm | Prodott ottenut billi jitħalltu t-tipi 3a, 3b, 3ċ, jew 3d u jekk meħtieġ filler li mhuwiex nutrijent | 5 % Cu totali Daqs tal-Partiċella: mill-inqas 98 % li jgħaddi minn passatur ta’ 0,063 mm | Natura ta l-aġent taċ-ċelar | Ramm (Cu) totali Ramm (Cu) solubbli fl-ilma jekk dan jammonta għal mill-inqas kwart tar-ramm totali. Ramm (Cu) ċelat | 3f | Soluzzjoni ta’ fertilizzant tar-ramm | Prodott ottenut bid-dissoluzzjoni tat-tipi 3a u/jew 3d fl-ilma | 3 % Cu solubbli fl-ilma | Natura ta’ l-aġent taċ-ċelar | Ramm (Cu) solubbli fl-ilma, li proporzjon tiegħu huwa ramm (Cu) ċelat | ĦADID 4a | Melħ tal-ħadid | Prodott ottenut kimikament u li għandu bħala l-ingredjent essenzjali tiegħu melħ tal-ħadid (Fe II) | 12 % Fe solubbli fl-ilma | Id-deskrizzjoni għandha tinkludi l-isem ta’ l-anion kkumbinat | Ħadid (Fe) solubbli fl-ilma | 4b | Ċelat tal-ħadid | Prodott ottenut bil-kombinazzjoni tal-ħadid kimikament ma’ aġent taċ-ċelar | 5 % Fe solubbli fl-ilma, li minnu mill-inqas 8/10 ġie ċelat | Natura ta’ l-aġent taċ-ċelar | Ħadid (Fe) solubbli fl-ilma Ħadid (Fe) ċelat | 4ċ | Soluzzjoni ta’ fertilizzant tal-ħadid | Prodott ottenut bid-dissoluzzjoni tat-tipi 4a u/jew 4b fl-ilma | 2 % Fe solubbli fl-ilma | Natura ta’ l-aġent taċ-ċelar | Ħadid (Fe) solubbli fl-ilma Ħadid (Fe) ċelat | MANGANESE 5a | Melħ manganese | Prodott ottenut kimikament u li għandu bħala l-ingredjent essenzjali tiegħu melħ minerali ta manganese (II) | 17 % Mn solubbli fl-ilma | Id-deskrizzjoni għandha tinkludi l-isem ta’ l-anion ikkombinat | Manganese (Mn) solubbli fl-ilma | 5b | Ċelat tal-manganese | Prodott ottenut bil-kombinazzjoni ta’ manganese kimikament ma’ aġent taċ-ċelar | 5 % Mn solubbli fl-ilma, li minnu mill-inqas 8/10 ġie ċelat | Natura ta’ l-aġent taċ-ċelar | Manganese (Mn) solubbli fl-ilma Manganese (Mn) ċelat | 5ċ | Ossidu tal-manganese | Prodott ottenut kimikament u li għandu bħala ingredjenti essenzjali tiegħu ossidi tal-manganese | 40 % Mn totali Daqs tal-Partiċella: mill-inqas 80 % li jgħaddi minn passatur 0,063 mm | | Manganese (Mn) totali | 5d | Fertilizzant ibbażat fuq il-manganese | Prodott ottenut billi jitħalltu t-tipi 5a u 5ċ | 17 % Mn totali | | Manganese (Mn) totali Manganese (Mn) solubbli fl-ilma, jekk dan jammonta għal mill-inqas kwart tal-manganese totali | 5e | Fertilizzant f’ soluzzjoni bbażata fuq il-manganese | Prodott ottenut bid-dissoluzzjoni tat-tipi 5a u/jew 5b fl-ilma | 3 % Mn solubbli fl-ilma | Natura ta l-aġent taċ-ċelar | Manganese (Mn) solubbli fl-ilma. Manganese (Mn) ċelat | MOLYBDENUM 6a | Molybdate tas-sodju | Prodott ottenut kimikament u li għandu bħala l-ingredjent essenzjali tiegħu il-molybdate tas-sodju | | 35 % Mo solubbli fl-ilma | Molybendum (Mo) solubbli fl-ilma | 6b | Molybdate ta’ l-ammonju | Prodott ottenut kimikament u li għandu bħala l-ingredjent essenzjali tiegħu il-molybdate ta’ l-ammonju | 50 % Mo solubbli fl-ilma | | Molybendum (Mo) solubbli fl-ilma | 6ċ | Fertilizzant ibbażat fuq il-molybendum | Prodott ottenut billi jitħalltu t-tipi 6a u 6b | 35 % Mo solubbli fl-ilma | | Molybendum (Mo) solubbli fl-ilma | 6d | Fertilizzant tal-molybendum fis-soluzzjoni | Prodott ottenut billi jiġu dissoluti t-tipi 6a u/jew 6b fl-ilma | 3 % Mo solubbli fl-ilma | | Molybendum (Mo) solubbli fl-ilma | ŻINGU 7a | Melħ taż-żingu | Prodott ottenut kimikament u li għandu bħala l-ingredjent essenzjali tiegħu il-melħ minerali taż-żingu | 15 % Zn solubbli fl-ilma | Id-deskrizzjoni għandha tinkludi l-isem ta’ l-anion ikkumbinat | Żingu (Zn) solubbli fl-ilma | 7b | Ċelat taż-żingu | Prodott ottenut bil-kombinazzjoni taż-żingu kimikament ma’ aġent taċ-ċelar | 5 % Zn solubbli fl-ilma | Natura ta’ l-aġent taċ-ċelar | Żingu (Zn) solubbli fl-ilma Żingu (Zn) ċelat | 7ċ | Ossidu taż-żingu | Prodott ottenut kimikament u li għandu bħala ingredjent essenzjali l-ossidu taż-żingu | 70 % Zn totali | | Żingu (Zn) totali | 7d | Fertilizzant ibbażat fuq iż-żingu | Prodott derivat mit-tipi 7a u 7b | 30 % Zn totali | | Żingu (Zn) totali Żingu (Zn) solubbli fl-ilma jekk dan jammonta għal mill-inqas kwart taż-żingu (Zn) totali | 7e | Soluzzjoni bbażata fuq iż-żingu | Prodott ottenut billi jiġu dissoluti t-tipi 7a u 7b fl-ilma | 3 % Zn solubbli fl-ilma | Natura ta l-aġent taċ-ċelar | Żingu (Zn) solubbli fl-ilma Żingu (Zn) ċelat | KONTENUT MINIMU TA’ OLIGOELEMENTI, PIŻ PERĊENTWALI TAL-FERTILIZZANT Il-KAPITOLU B TAĦLITIET SOLIDI JEW FLUWIDI TA’ OLIGOELEMENTI | Meta l-oligoelement huwa preżenti fil-forma li hi: | esklussivament minerali | ċelata jew komplessata | Għal oligoelement: | | | Boron (B) | 0,2 | 0,2 | Cobalt (Co) | 0,02 | 0,02 | Ramm (Cu) | 0,5 | 0,1 | Ħadid (Fe) | 2,0 | 0,3 | Manganese (Mn) | 0,5 | 0,1 | Molybendum (Mo) | 0,02 | — | Żingu (Zn) | 0,5 | 0,1 | Total minimu ta’ oligoelementi f’taħlita solida: 5 % skond il-massa tal-fertilizzant. Total minimu ta’ oligoelementi f’taħlita fluwida: 2 % skond il-massa tal-fertilizzant. Il-KAPITOLU Ċ FERTILIZZANTI TAL-KEE LI FIHOM ELEMENTI PRINĊIPALI U/JEW SEKONDARJI B’ OLIGOELEMENTI APPLIKATI LILL-ĦAMRIJA | Għal uċuh jew art tal-ħaxix | Għal użu ortokulturali | Boron (B) | 0,01 | 0,01 | Cobalt (Co) | 0,002 | — | Ramm (Cu) | 0,01 | 0,002 | Ħadid (Fe) | 0,5 | 0,02 | Manganese (Mn) | 0,1 | 0,01 | Molybendum (Mo) | 0,001 | 0,001 | Żingu (Zn) | 0,01 | 0,002 | Il-KAPITOLU D FERTILIZZANTI TAL-KEE LI FIHOM ELEMENTI PRINĊIPALI U/JEW SEKONDARJI B’OLIGOELEMENTI GĦAL FRIEGĦI TAL-WERAQ Boron (B) | 0,01 | Cobalt (Co) | 0,002 | Ramm (Cu) | 0,002 | Ħadid (Fe) | 0,02 | Manganese (Mn) | 0,01 | Molybdenum (Mo) | 0,001 | Żingu (Zn) | 0,002 | Il-KAPITOLU E LISTA TA AĠENTI AWTORIZZATI TA’ KOMPLESSAR ORGANIKU GĦAL OLIGOELEMENTI Definizzjoni ta’ oligoelementi komplessati Fis-sens ta’ din id-Direttiva oligoelementi komplessati huma definiti bħala kombinazzjonijiet fejn il-metall huwa preżenti fil-forma ta: - prodott ċelat - prodott komplessat Prodotti awtorizzati 1. Aġenti taċ-ċelar Is-Sodju, il-potassju jew aċidu ammoniaku jew melħ ta’: aċidu ethylene diamine tetraacetic: | EDTA | C10H16O8N2 | aċidu diethylene triamine pentaacetic: | DPTA | C14H23O10N3 | aċidu ethylene diamine — aċidu di (O-hydroxyphenyl acetic): | EDDHA | C18H20O6N2 | aċidu hydroxy-2 ethylene diamine triacetic: | HEEDTA | C10H18O7N2 | aċidu ethyldiamine-di (O-hydroxy P-methyl phenyl) acetic: | EDDHMA | C20H24N2O6 | aċidu ethylene diamine di (5-carboxy-2-hydroxyphenyl) acetic: | EDDCHA | C20H20O10N2 | 2. Aġenti ta’ komplessar [1] [1] Lista li għandha titfassal. --------------------------------------------------