31989L0427

Id-Direttiva tal-kunsill tal-21 ta’ Ġunju 1989 li temenda d-Direttiva 80/779/KEE dwar il-valuri ta’ limitu tal-kwalità ta’ l-arja u l-valuri gwida għad-dijossidu tal-kubrit u partikoli sospiżi fl-arja.

Official Journal L 201 , 14/07/1989 P. 0053 - 0055
Finnish special edition: Chapter 15 Volume 9 P. 0073
Swedish special edition: Chapter 15 Volume 9 P. 0073
CS.ES Chapter 15 Volume 01 P. 355 - 357
ET.ES Chapter 15 Volume 01 P. 355 - 357
HU.ES Chapter 15 Volume 01 P. 355 - 357
LT.ES Chapter 15 Volume 01 P. 355 - 357
LV.ES Chapter 15 Volume 01 P. 355 - 357
MT.ES Chapter 15 Volume 01 P. 355 - 357
PL.ES Chapter 15 Volume 01 P. 355 - 357
SK.ES Chapter 15 Volume 01 P. 355 - 357
SL.ES Chapter 15 Volume 01 P. 355 - 357


Id-Direttiva tal-Kunsill

tal-21 ta’ Ġunju 1989

li temenda d-Direttiva 80/779/KEE dwar il-valuri ta’ limitu tal-kwalità ta’ l-arja u l-valuri gwida għad-dijossidu tal-kubrit u partikoli sospiżi fl-arja.

(89/427/KEE)

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 130s tagħha,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3],

Billi l-programmi ta’ azzjoni tal-Komunitajiet Ewropej dwar l-ambjent tal-1973 [4], 1977 [5], 1983 [6] and 1987 [7] jagħmlu enfasi fuq l-armonizazzjoni ta’ l-azzjoni li titieħed biex jitħares l-ambjent u fuq il-bżonn li jitnaqqsu l-konċentrazzjonijiet fl-arja tas-sustanzi prinċipali li jniġġsu għal livelli li huma kkunsidrati aċċettabbli għall-protezzjoni ta’ ekosistemi sensittivi;

Billi d-Direttiva tal-Kunsill 80/779/KEE [8], kif ġiet l-aħħar emendata bl-Att ta’ Sħubija ta’ l-1985, toffri għażla bejn żewġ metodi ta’ teħid ta’ kampjuni u ta’ analiżi u żewġ settijiet ta’ limiti ta’ valuri assoċjati magħhom;

Billi l-Artikolu 10(4) tad-Direttiva msemmija hawn fuq irid li bejn Lulju 1987 u Lulju 1988, jkunu sottomessi proposti fuq din l-applikazzjoni parallela ta’ żewġ settijiet differenti ta’ metodi ta’ kejl u limiti ta’ valuri;

Billi dawn il-proposti jridu jikkunsidraw ir-riżultati taż-żewġ metodi ta’ kejl paralleli li għalihom jirreferi l-Artikolu 10(3) u l-bżonn li jkunu evitati dispożizzjonijiet diskriminatorji;

Billi r-riżultati taż-żewġ metodi ta’ kejl paralleli urew li l-limiti ta’ valuri li jidhru fl-Anness I u fl-Anness IV ta’ din id-Direttiva m’humiex ta’ l-istess strettezza;

Billi xi Stati Membri japplikaw il-limiti ta’ valuri li jinsabu fl-Anness I u oħrajn dawk f-Anness IV;

Billi dan wassal għall-użu ta’ metodi differenti ta’ teħid ta’ kampjuni li huma diffiċli li jitqabblu ma’ xulxin;

Billi huwa essenzjali li jkunu armonizzati l-metodi ta’ kejl u billi, għalhekk, għandhom jkunu definiti u finalizzati l-metodi ta’ referenza jew l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-analiżi u t-teħid ta’ kampjuni ta’ dijossidu tal-kubritu partikuli sospiżi fl-arja;

Billi l-Istati Membri ħadu miżuri biex josservaw il-limiti ta’ valuri fiż-żoni eżentati mill-aktar fis possibli u qabel l-1 ta’ April 1993;

Billi dawn il-miżuri huma bbażati fuq wieħed jew l-ieħor miż-żewġ metodi ta’ kejl u l-valuri assoċjati magħhom preskritti fid-Direttiva 80/779/KEE;

Billi dan il-mod doppju ta’ kif ikun ttrattat il-kejl ta’ partikuli sospiżi fl-arja jikkawża diskriminazzjoni bejn l-Istati Membri;

Billi teħtieġ reviżjoni f’żewġ stadji sabiex jinkiteb l-abbozz ta’ proposti biex ikun evitat dan il-mod doppju ta’ trattament mingħajr ma tkun ippreġudikata r-realizzazzjoni tal-miżuri li diġa ittieħdu mill-Istati Membri sabiex jiġu osservati l-limiti ta’ valuri;

Billi dawn l-emendi jridu jiġu kkunsidrati fl-obbligazzjonijiet imposti mill-Artikolu 3 tad-Direttiva msemmija meta l-Istati Membri japplikaw l-Anness IV tagħha,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Id-Direttiva 80/779/KEE hija b’dan emendata kif ġej:

1. L-Artikolu 10(1), (3) u (4) hu sostitwit b’dan li ġej:

"1. Għall-iskop ta’ l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jużaw jew il-metodi ta’ referenza ta’ teħid ta’ kampjuni u ta’ analiżi li jirreferi għalihom l-Anness III għad-dijossidu tal-kubrit u l-partikuli sospiżi fl-arja mkejla bil-metodu tad-duħħan iswed jew l-Anness IV għall-partikuli sospiżi fl-arja mkejla bil-metodu gravimetriku, jew kull metodu ieħor ta’ teħid ta’ kampjuni u ta’ analiżi li huma għandhom juru bil-provi lill-Kumissjoni f’intervalli regolari:

- jew li jassigura korrelazzjoni sodisfaċenti ta’ riżultati ma’ dawk miksuba permezz tal- metodu ta’ referenza,

- jew li kejl meħud b’mod parallel mal-metodu ta’ referenza f’serje ta’ stazzjonijiet rappresentattivi magħżula skond il-kondizzjonijiet preskritti fl-Artikolu 6 juri li hemm relazzjoni raġonevolment stabbli bejn ir-riżultati miksuba permezz ta’ dak il-metodu u dawk miksuba permezz tal-metodu ta’ referenza."

"3. B’deroga mill-Artikolu 3, l-Istati Membri li jiddeċiedu li japprofittaw ruħhom mid- dispożizzjonijiet ta’ paragrafu 2 għandhom:

- jgħarrfu lill-Kummissjoni, qabel l-1 ta’ Jannar 1991, b’kull żona fejn huma jikkunsidraw li hemm il-possibiltà li l-konċentrazzjonijiet ta’ dijossidu tal-kubrit u partikuli sospiżi fl-arja jistgħu jaqbżu, wara l-1 ta’ Jannar 1991, il-limiti ta’ valuri li jidhru fl-Anness IV,

- jibagħtu lill-Kummissjoni, mill-1 ta’ April 1991, il-pjanijiet għat-titjib progressiv fil-kwalità ta’ l-arja f’dawk iż-żoni. Dawn il-pjanijiet, imfassla fuq il-bażi ta’ informazzjoni relevanti dwar in-natura, l-oriġini u l-iżvilupp tat-tniġġis, għandhom jiddiskrivu b’mod parikolari l-miżuri meħuda jew li għandhom jittieħdu u l-proċeduri implimentati jew għandhom ikunu implimentati mill-Istati Membri konċernati. Dawn il-miżuri u proċeduri għandhom iġibu l-konċentrazzjonijiet tad-dijossidu tal-kubrit u l-partikuli sospiżi fl-arja f’dawn iż-żoni għal valuri taħt jew daqs il-limiti ta’ valuri li jidhru fl-Anness IV mill-aktar fis possibli u sa mhux aktar tard mill-1 ta’ April 1993.

4. Sabiex tegħleb l-iżvantaġġi tal-mod doppju ta’ trattament li bħalissa huwa preskritt fl-Annessi I u IV, li mhumiex ekwivalenti kompletament, il-Kummissjoni għandha, sal-31 ta’ Diċembru 1992, tissottometti lill-Kunsill proposta għal reviżjoni ġenerali ta’ din id-Direttiva. Il-proposta għandha tikkunsidra l-esperjenza miksuba mill-istudji li għalihom jirreferi l-paragrafu 5 u r-riżultati tal-kejl meħuda wara permezz ta’ speċifikazzjonijiet tekniċi jew minn metodi ta’ referenza sabiex ikunu magħrufa l-partikuli sospiżi fl-arja u d-dijossidu tal-kubrit. Dawn l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi jew metodi ta’ referenza għandhom jiġu ffinalizzati mill-Kummissjoni, bi ftehim ma’ l-Istati Membri, sal-31 ta’ Diċembru 1990.

Din il-proposta għandha tkopri kull aspett ieħor li jkollu bżonn ikun rivedut fid-dawl ta’ tagħrif xjentifiku u ta’ l-esperjenza miksuba tul iż-żmien ta’ l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva. Hija għandha tikkunsidra, fost ħwejjeġ oħra, aspetti li għandhom x’jaqsmu ma’ l-ippjanar tan-networks għall-kejl tat-tniġġis ta’ l-arja u ma’ l-istallazzjoni t’apparat għall-kejl kif ukoll il-kwalità u l-komparabiltà tal-kejl li jittieħed."

2. L-Anness IV għandu jiġi emendat skond l-Anness ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 2

1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva mhux iktar tard minn 18-il xahar min-notifika tagħhom [9]. Huma għandhom minnufih jgħarrfu b’dan lill-Kummissjoni.

2. L-Istati Membri għandhom jaraw li jgħaddu lill-Komunità t-testi tad-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fil-Lussemburgu, fil-21 ta’ Ġunju 1989.

Għall-Kunsill

Il-President

C. Aranzadi

[1] ĠU C 254, tat-30.9.1988, p. 6.

[2] ĠU C 96, tas-17.4.1989, p. 189.

[3] ĠU C 56, tas-6.3.1989, p. 6.

[4] ĠU C 112, ta' l-20.12.1973, p. 1.

[5] ĠU C 139, tat-13.6.1977, p. 1.

[6] ĠU C 46, tas-17.2.1983, p. 1.

[7] ĠU C 328, tas-7.12.1987, p. 1.

[8] ĠU L 229, tat-30.8.1980, p. 30.

[9] Din id-Direttiva ġiet mnotifikata lill-Istati Membri fil-11 ta’ Lulju 1989.

--------------------------------------------------

ANNESS

L-Anness IV tad-Direttiva 80/779/KEE:

1. It-tabella A hija b’dan sostitwita kif ġej:

"TABELLA A

Limiti ta’ valuri għad – dijossidu tal-kubrit expressi f’mg/m3, u valuri assoċjati għall-partikuli sospiżi fl-arja (imkejla bil-metodu gravimetriku) expressi f’mg/m3

Perjodu ta’ Referenza | Limiti tal-valuri għad-dijossidu tal-kubrit | Valur assoċjat għall–partikuli sospiżi fl-arja |

Sena | 80 (il-punt medjan tal-valuri medji ta’ kuljum meħuda matul is-sena) | > 150 (il-punt medjan tal-valuri medji ta’ kuljum meħuda matul is-sena) |

120 (il-punt medjan tal-valuri medji ta’ kuljum meħuda matul is-sena) | ≤ 150 il-punt medjan tal-valuri medji ta’ kuljum meħuda matul is-sena) |

Ix-Xitwa 1.10-31.3 | 130 (il-punt medjan tal-valuri medji ta’ kuljum meħuda matul ix- xitwa) | > 200 (il-punt medjan tal-valuri medji ta’ kuljum meħuda matul ix-xitwa) |

180 (il-punt medjan tal-valuri medji ta’ kuljum meħuda matul ix-xitwa) | ≤ 200 (il-punt medjan tal-valuri medji ta’ kuljum meħuda matul ix- xitwa) |

Sena (magħmula minn unitajiet ta’ perjodi ta’kejl ta’ 24 siegħa) | 250 [1] (98 perċentwali tal-valuri medji kollha ta’ kuljum meħuda matul is-sena) | > 350 (98 perċentwali tal-valuri medji kollha ta’ kuljum meħuda matul is-sena) |

350 [1] (98 perċentwali tal-valuri medji kollha ta’ kuljum meħuda matul is-sena) | ≤ 350 (98 perċentwali tal-valuri medji kollha ta’ kuljum meħuda matul is-sena) |

2. It-test kollu ta’ l-ewwel subinċiż ta’ paragrafu (i) huwa b’dan sostitwit kif ġej:

"— Metodu ta’ teħid ta’ kampjuni:

Il-metodu ta’ referenza fl-Anness III A."

[1] "L-Istati Membri jridu jieħdu l-passi kollha meħtieġa sabiex jiżguraw li dan il-valur ma jinqabiżx għal aktar minn tlett ijiem konsekuttivi. Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jagħmlu ħilthom sabiex ma jħallux li jkun hemm u jnaqqsu sitwazzjonijiet bħal dawn meta dan il-valur jinqabeż."

--------------------------------------------------