Official Journal L 133 , 17/05/1989 P. 0033 - 0035
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 29 P. 0078
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 29 P. 0078
Id-Direttiva tal-Kummissjoni tas-27 ta’ April 1989 li temenda għat-tieni darba l-Annessi tad-Direttiva tal-Kunsill 77/96/KEE dwar l-eżami għat-Trichinae (Trichinelle spiralis) ma’ l-importazzjoni minn terzi pajjiżi ta’ laħam frisk li ġej minn majjal domestiku (89/321/KEE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 77/96/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1976 dwar l-eżami għat-trichinae (trichinella spiralis) ma’ l-importazzjoni minn terzi pajjiżi ta’ laħam frisk li ġej minn majjal domestiku [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 3768/85 [2], u partikolarment l-Artikolu 8 tiegħu, Billi studji riċenti ppermettew li jsiru ċerti metodi biex tinstab it-trichinae fil-laħam tal-majjal; billi kemm ta’ min joqgħod fuq dawn il-metodi fil-fehma tal-protezzjoni tas-saħħa hija ekwivalenti għal dik tal-metodi li jeżistu; billi addizzjonijiet xierqa għandhom, għalhekk, isiru għall-Anness I tad-Direttiva 77/96/KEE; Billi, sabiex ikun faċilitat ix-xogħol ta’ l-eżami għat-trichinae, pajjiżi li mhumiex membri u l-Istati Membri għandhom jitħallew jagħżlu bejn il-metodi provduti ta’ l-eżami; Billi l-miżuri stipulati b’din id-Deċizjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti tal-Veterinarji; ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA: Artikolu 1 Id-Direttiva 77/96/KEE hija hawnhekk emendata kif preżentata fl-Anness. Artikolu 2 L-Istati Membri jġibu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jimxu ma’ din id-Direttiva mhux aktar tard mill-1 ta’ Settembru 1989. Huma minnufih javżaw lill-Kummissjoni dwar dan. Artikolu 3 Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmul fi Brussel, fis-27 t’April 1989. Għall-Kummissjoni Ray Mac Sharry Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 26, tal-31.1.1977, p. 67. [2] ĠU L 362, tal-31.12.1985, p. 8. -------------------------------------------------- L-ANNESS Il-punt VII li ġej huwa miżjud ma’ l-Anness I tad-Direttiva 77/96/KEE: "VII IL-METODU AWTOMATIKU TA’ DIĠESTJONI GĦALL-KAMPJUNI MĦALLTA SA 35 g (a) Apparat u reaġenti - Sikkina jew imqass biex jaqtgħu l-kampjuni, - tilari mmarkati b’50 kaxxa kull wieħed li jistgħu jżommu kampjuni ta’ bejn wieħed u ieħor 2 g ta’ laħam, - Blender Trikomatiku 35 bl-addizzjoni ta’ filtrazzjoni, - soluzzjoni ta’ aċidu idrokloriku 8,5 % ± 0,5 toqol, - filtri tal-membrani polikarbonati trasparenti b’dijametru ta’ 50mm u qies tal-pori ta’ 14-il micron, - saħħa tal-pepsina 1: 10000 NF (US National Formulary) li tikkorrospondi għal 1: 12500 BP (British Pharmacopoea) li tikkorrospondi għal 2000 FIP (Fédération Internationale de Pharmacie), - miżinn, eżatt sa 0,1 g, - pinzetti bil-ponta ċatta, - numru ta’ slides mikroskopiċi b’tul fil-ġenb ta’ mill-inqas 5ċm jew numru ta’ mill-inqas 6ċm twaġen Petri mmarkati minn taħt mgħammra f’meded kbar ta’ 10 × 10mm bl-użu ta’ strument bil-ponta, - mikroskopju (stereo) b’dawl trasmess (li jkabbar 15 sa 60 darba) jew trikinoskopju b’mejda oriżżontali, - tank biex jiġbor fih il-likwidi żejda, - numru ta’ tankijiet ta’ 10 litri biex jintużaw meta tkun applikata d-dekontaminazzjoni, bħal trattament tal-formol, għall-apparat u għall-likwidu li jibqa’ ta’ diġestjoni fil-każ ta’ riżultati pożittivi. (b) Ġbir tal-kampjuni 1. Fil-każ ta’ karkassi sħaħ kampjun ta’ madwar 2g għandu jittieħed mill-kolonna tad-dijaframma fit-transizzjoni tal-parti tal-muskoli. Fin-nuqqas tal-kolonni tad-dijaframma, kampjun ta’ l-istess daqs għandu jittieħed mill-parti tal-kustilji ta’ l-għadma tas-sider, parti mid-dijaframma, mill-muskolu tax-xedaq jew il-muskolu abdominali. 2. Għall-qtugh tal-laħam, kampjun ta’ madwar 2g għandu jittieħed tal-muskolu ta’ l-iskeletru, li fih ftit xaħam u, fejn possibbli, viċin l-għadam jew l-għerq tal-ġisem. (ċ) Metodu 1. Proċedura tad-Diġestjoni - Poġġi l-blender bl-addizzjonii tal-filtrazzjoni, qabbad it-tubu li jarmi u wassal it-tubu għat-tank taż-żibel. - Meta l-blender jinxtgħel, tibda tabba s-sħana. - Qabel jinxtgħel, il-valvola ta’ taħt, li tinstab taħt il-kompartiment tar-reazzjoni, għandha tinfetaħ u tingħalaq. - Sa 35 kampjun ta’ madwar 1g kull wieħed (f’25 sa 30 °C) meħuda minn kull wieħed mill-kampjun individwali, skond punt b, huma mbagħad miżjuda. Kun żgur li l-ikbar biċċiet ta’ l-għerq tal-ġisem jitneħħew għax dawn jistgħu jsoddu l-filtru tal-membrana. - Ferra l-ilma sax-xifer tal-kompartiment tal-likwidu konness mal-blender (madwar 400 ml). - Ferra madwar 30ml aċidu idrokloriku (8,5 %) sax-xifer tal-kompartiment iżgħar, konness tal-likwidu. - Poġġi l-filtru tal-membrana taħt il-filtru ħarex fil-post tal-filtru fejn jidħol il-filtru. - 5g ta’ pepsin huma miżjuda fl-aħħar. L-ordni ta’ l-addizzjonijiet għandu tkun segwita strettament biex tkun evitata d-dekompożizzjoni tal-pepsin. - Agħlaq l-għotjien tal-kompartimenti tar-reazzjoni u tal-likwidu. - Agħżel il-perjodu tad-diġestjoni. Perjodu qasir ta’ diġestjoni (5 minuti) għall-ħnieżer ta’ żmien normali tal-qatla u ħin estiż ta’ diġestjoni (8 minuti) għal kampjuni oħra. - It-tħallit awtomatiku jibda meta l-buttuna li tixgħel il-blender tingħafas u d-diġestjoni bil-filtrazzjoni wara xulxin ikompli awtomatikament. - Wara 10 sa 13-il minuta l-proċess jitlesta u jieqaf awtomatikament. - L-għatu tal-kompartiment tar-reazzjoni jinfetaħ meta jkun iċċekkjat li l-kompartiment tbattal. Jekk hemm ir-rawwa jew il-fdalijiet ta’ likwidu tad-diġestjoni fil-kompartiment erġa’ rrepeti l-proċedura skond il-punt 4. 2. Ġbir tal-larva - Żarma fejn jinżamm il-filtru u ttrasferixxi l-filtru tal-membrana għal fuq slide jew taġen Petri. - Il-filtru tal-membrana huwa eżaminat permess ta’ mikroskopju jew trikinoskopju. 3. Tindif tat-tagħmir - Fil-każ ta’ riżultat pożittiv, imla l-kompartiment tar-reazzjoni fil-blender 2/3 b’ilma jgħali. Ilma normali tal-vit jitferra fil-kompartiment konness tal-likwidu sakemm jitgħatta s-sensorju tal-livell baxx. Il-programm awtomatiku ta’ tindif imbagħad isir. Iddekontamina fejn jinżamm il-filtru flimkien mal-bqija tat-tagħmir, per eżempju permess ta’ trattament formali. - Wara x-xogħol tal-ġurnata imla l-kompartiment tal-likwidu fil-blender bl-ilma u wettaq programm normali. 4. Il-metodu li għandu jintuża meta d-diġestjoni mhux kompluta u l-filtrazzjoni għalhekk ma tistax issir. Meta l-proċess awtomatiku fil-blender jitwettaq skond il-punt 1, iftaħ l-għatu tal-kompartiment tar-reazzjoni u ċċekkja jekk fadalx rawwa jew likwidu fil-kompartiment. Jekk dan ikun il-każ, wettaq il-proċedura li ġejja: - Agħlaq il-valvola tal-qiegħ taħt il-kompartiment tar-reazzjoni. - Żarma fejn jinżamm il-filtru u ttrasferixxi l-filtru tal-membrana għal fuq slide jew taġen Petri. - Poġġi filtru ġdid tal-membrana fejn jinżamm il-filtru u arma fejn jinżamm il-filtru. - Imla l-ilma fil-kompartiment tal-likwidu fil-blender sakemm is-sensorju tal-livell il-baxx jitgħatta. - Wettaq il-programm awtomatiku ta’ tindif. - Wara li jitlesta l-programm ta’ tindif iftaħ l-għatu tal-kompartiment tar-reazzjoni u ċċekkja għall-fdalijiet tal-likwidi. - Jekk il-kompartiment vojt, żarma fejn jinżamm il-filtru u ttrasferixxi l-filtru tal-membrana b’pinzetta għal fuq slide jew taġen Petri. - Iż-żewġ filtri tal-membrana huma eżaminati skond il-punt 2. Jekk il-filtri ma jistgħux ikunu eżaminati rrepeti l-proċess kollu tad-diġestjoni bil-ħin tad-diġestjoni estiż skond il-punt 1. 5. Fil-każ ta’ riżultat pożittiv jew dubbjuż, wara r-riżultat tal-kampjun kollettiv, kampjun ieħor ta’ 20g għandu jittieħed minn kull majjal skond il-punt b ta’ hawn fuq. Dawn l-kampjuni għandhom ikunu investigati individwalment skond il-metodu fuq imsemmi." --------------------------------------------------