Official Journal L 092 , 05/04/1989 P. 0015 - 0015
Finnish special edition: Chapter 9 Volume 2 P. 0013
Swedish special edition: Chapter 9 Volume 2 P. 0013
Id-Direttiva tal-Kummissjoni tas-7 ta' Marzu 1989 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 69/169/KEE dwar l-armonizzazzjoni tad-disposizzjonijiet preskritti b'liġi, b'regolament jew b'azzjoni amministrattiva li għandhom x’jaqsmu ma’ l-eżenzjoni mit-taxxa fuq it-turnover u mid-dazju tas-SISA fuq importazzjonijiet fi vjaġġi internazzjonali, biex tirrifletti d-dħul tan-nomenklatura magħquda (89/220/KEE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u ta' l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 20/89 [2], u partikolarment l-Artikolu 15 tiegħu, Billi l-klassifika ta' l-oġġetti mniżżla fil-lista ta' l-Artikolu 5(6) tad-Direttiva tal-Kunsill 69/169/KEE [3], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 88/664/KEE [4], hija bażata fuq l-użu tan-nomenklatura tal-Kunsill ta' Koperazzjoni tad-Dwana; Billi l-Kunsill ta' Koperazzjoni tad-Dwana approva l-Konvenzjoni Internazzjonali dwar is-Sistema Armonizzata tad-Deskrizzjoni u tal-Kodifikazzjoni tal-Merkanzija (minn issa ‘l quddiem imsejħa s-"SA"); billi din il-Konvenzjoni kienet approvata mill-Kunsill bid-Deċiżjoni 87/369/KEE [5] u ġiet applikata sa mill-1 ta' Jannar 1988; billi ġiet stabbilita kif jixraq nomenklatura magħquda sabiex tagħti effett lis-SA ġewwa l-Komunità Ekonomika Ewropea; billi r-refereza fl-Artikolu 5(6) tad-Direttiva 69/169/KEE għandha għalhekk tkun għan-nomenklatura magħquda msemmija; Billi l-addattament tad-Direttiva 69/169/KEE għan-nomenklatura magħquda tinvolvi emenda purament teknika li bl-ebda mod ma tibdel l-iskop tad-Direttiva msemmija, ADOTTAT DIN D-DIRETTIVA: Artikolu 1 Fl-Artikolu 5(6) tad-Direttiva 69/169/KEE ir-referenza għall-intestatura bin-Nri 71.07 u 71.08 tat-Tariffa Doganali Komuni hija hawnhekk mibdula b'referenza għall-kodiċijiet tan-NK 7108 u 7109. Artikolu 2 L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-miżuri meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva mhux iktar tard mill-1 ta' Lulju 1989. Huma għandhom, minnufih, jgħarrfu b'dan lill-Kummissjoni. Artikolu 3 Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fis-7 ta' Marzu 1989. Għall-Kummissjoni Christiane Scrivener Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 256, tas-7.9.1987, pġ. 1. [2] ĠU L 4, tas-6.1.1989, pġ. 19. [3] ĠU L 133, ta' l-4.6.1969, pġ. 6. [4] ĠU L 382, tal-31.12.1988, pġ. 41. [5] ĠU L 198, tal-20.7.1987, pġ. 1. --------------------------------------------------