31989L0219



Official Journal L 092 , 05/04/1989 P. 0013 - 0014
Finnish special edition: Chapter 9 Volume 2 P. 0011
Swedish special edition: Chapter 9 Volume 2 P. 0011


Id-Direttiva tal-Kummissjoni

tas-7 ta' Marzu 1989

li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 83/181/KEE li tistabbilixxi l-iskop ta' l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 14 (1) (d) tad-Direttiva 77/388/KEE rigward l-eżenzjoni mit-taxxa fuq il-valur miżjud fuq l-importazzjoni finali ta' ċerta merkanzija, sabiex tirrifletti l-introduzzjoni tan-nomenklatura magħquda

(89/219/KEE)

IL-KUMMISJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u ta' l-istatistika u dwar ir-Tariffa Komuni tad-Dwana [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 20/89 [2], u partikolarment l-Artikolu 15 tiegħu,

Billi l-klassifikazzjoni tal-merkanzija mniżżla fil-lista fl-Anness tad-Direttiva tal-Kunsill 83/181/KEE [3], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 88/331/KEE [4], hija bażata fuq l-użu tan-nomenklatura tal-Kunsill tal-Koperazzjoni tad-Dwana;

Billi l-Kunsill tal-Koperazzjoni tad-Dwana approva l-Konvenzjoni Internazzjonali dwar is-Sistema Armonizzata tad-Deskrizzjoni u tal-Kodifikazzjoni tal-Merkanzija (minn issa ’l quddiem imsejħa s-"SA"); billi din il-Konvenzjoni kienet approvata mill-Kunsill bid-Deċiżjoni Nru 87/369/KEE [5] u ġiet applikata sa mill-1 ta' Jannar 1988; billi ġiet stabbilita kif xieraq nomenklatura magħquda biex tagħti effett lis-SA ġewwa l-Komunità Ekonomika Ewropea; billi r-referenzi fl-Artikolu 1(2)(d) u fl-Anness mad-Direttiva 83/181/KEE għandhom għalhekk ikunu bażati fuq in-nomenklatura magħquda msemmija;

Billi l-addattament tad-Direttiva 83/181/KEE għan-nomenklatura magħquda jinvolvi emenda purament teknika li bl-ebda mod ma tibdel l-iskop ta' l-għajnuniet ipprovduti fid-Direttiva msemmija,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Id-Direttiva 83/181/KEE hija hawnhekk emendata kif ġej:

1. Fl-Artikolu 1(2)(d) ir-referenza għall-intestatura bin-Nri 22.01 sa 22.09 tat-Tariffa Komuni tad-Dwana hija mibdula b'referenza għall-kodiċijiet tan-NK 2203 sa 2208.

2. L-Anness huwa mibdul bl-Anness ta' din id-Direttiva.

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-miżuri meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva mhux iktar tard mill-1 ta' Lulju 1989. Huma għandhom jgħarrfu fil-pront lill-Kummissjoni b'dan.

Artikolu 3

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fis-7 ta' Marzu 1989.

Għall-Kummissjoni

Christiane Scrivener

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 256, tas-7.9.1987, pġ. 1.

[2] ĠU L 4, tas-6.1.1989, pġ. 19.

[3] ĠU L 105, tat-23.4.1983, pġ. 38.

[4] ĠU L 151, tas-17.6.1988, pġ. 79.

[5] ĠU L 198, ta' l-20.7.1987, pġ. 1.

--------------------------------------------------

ANNESS

"

ANNESS

Materjali viżwali u awditorji ta' natura edukattiva, xjentifika jew kulturali

Kodiċi tan-NK | Deskrizzjoni |

370400 | Folji fotografiċi, films, karti, kartun u tessuti, kollha tal-fotografija, esposti iżda mhux żviluppati: |

ex37040010 | —Folji fotografiċi u films:Pellikoli ċinematografiċi, pożittivi, ta' natura edukattiva, xjentifika jew Kulturali |

ex3705 | Folji fotografiċi u films, esposti u żviluppati, għajr pellikoli ċinematografiċi: Ta' natura edukattiva, xjentifika jew kulturali |

3706 | Pellikola ċinematografika, esposta u żviluppata, kemm jekk tinkorpora kolonna sonora jew li tikkonsisti f'kolonna sonora biss, u kemm jekk le: |

370610 | —B'wisa’ ta' 35 mm jew iktar: |

| — —Oħrajn: |

ex37061099 | — — —Pożittivi oħra:Irkiekel tal-pellikola bl-aħbarijiet (b'kolonna sonora jew mingħajrha) bi ġrajjiet ta' aħbarijiet kurrenti li jkunu ta' valur fiż-żmien li jkunu importati, u li jkunu importati f'mhux aktar minn żewġ kopji bil-għan li jsiru kopji tagħhomMaterjal ta' arkivju fuq film (kemm jekk b'kolonna sonora u kemm jekk le) maħsub biex jintuża b'konnessjoni ma’ films fuq l-irkiekel tal-pellikola ta' l-aħbarijietFilms ta' rikreazzjoni, xierqa, b'mod partikolari, għat-tfal u persuni ta' età żgħiraFilms oħra ta' natura edukattiva, xjentifika jew kulturali |

370690 | — —Oħrajn: |

| — —Oħrajn: |

| — — —Pożittivi oħra: |

ex37069051ex37069091ex37069099 | Irkiekel tal-pellikola ta' l-aħbarijiet (b'kolonna sonora jew mingħajrha) bi ġrajjiet ta' aħbarijiet kurrenti li jkollhom valur fiż-żmien ta' l-importazzjoni, u li jkunu importati f'mhux aktar minn żewġ kopji ta' kull suġġett bil-għan li jsiru aktar kopji tagħhomMaterjal ta' arkivju fuq film (b'kolonna sonora jew mingħajrha) maħsub biex jintuża b'konnessjoni ma’ films ta' l-irkiekel tal-pellikola ta' l-aħbarijietFilms ta' rikreazzjoni, xierqa, b'mod partikolari għat-tfal u għal persuni ta' età żgħiraFilms oħra ta' natura edukattiva, xjentifika jew kulturali: |

4911 | Materjal ieħor stampat, inklużi stampi u ritratti: |

| —Oħrajn: |

491199 | — —Oħrajn: |

ex49119990 | — — —Oħrajn:Microcards jew mezzi oħra użati għaż-żamma ta' l-informazzjoni meħtieġa f'servizzi ta' informazzjoni jew ta' dokumentazzjoni kompjuterizzati ta' natura edukattiva, xjentifika jew kulturaliĊarts li jitwaħħlu mal-ħajt u li huma maħsuba biss għad-dimostrazzjonijiet u għall-edukazzjoni |

ex8524 | Diski, tejps u mezzi oħra li jintużaw għar-reġistrazzjoni tal-ħoss u fenomeni simili inklużi l-matriċi u l-oriġinali li jsiru l-kopji minnha użati fil-produzzjoni ta' diski, imma jeskludu prodotti msemmija fil-Kapitolu 37: Ta' natura edukattiva, xjentifika jew kulturali |

ex902300 | Strumenti, apparat u mudelli, disinjati bil-ħsieb li jintużaw bħala dimostrazzjoni (per eżempju, fl-edukazzjoni jew f'wirjiet), u li ma jkunux tajbin għal użi oħra: Disinji, mudelli u ċarts li jitwaħħlu mal-ħajt ta' natura edukattiva, xjentifika jew kulturali, disinjati sabiex jintużaw biss f'wirjiet u għall-edukazzjoniMudelli sperimentali fuq skala sħiħa jew replika jew mudelli viżwali ta' kunċetti astratti bħalma huma strutturi molekulari jew formoli matematiċi |

Varji | Ologrammi għall-proġettazzjoni bil-lejżer Tagħmir multi-medjarju Materjali dwar istruzzjonijiet programmati, inklużi materjali fil-għamla ta' kit bil-materjali stampati li jikkorrespondu magħhom |

"

--------------------------------------------------