Official Journal L 038 , 10/02/1989 P. 0036 - 0036
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 28 P. 0139
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 28 P. 0139
Id-Direttiva tal-Kummissjoni ta’ l-20 ta’ Jannar 1989 li temenda l-Anness II tad-Direttiva tal-Kunsill 66/401/KEE dwar il-kummerċ taż-żerrigħa tal-pjanti għall-għalf (89/100/KEE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 66/401/KEE ta’ l-14 ta’ Ġunju 1966 dwar il-kummerċ taż-żerriegħa tal-pjanti għall-għalf [1], kif l-aħħar emendata permezz tad-Direttiva 88/380/KEE [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 21a tagħha, Billi, minħabba l-kondizzjonijiet tal-kultivazzjoni u l-karatteristiċi morfoloġiċi tagħha, iż-żerriegħa tal-meadow foxtail (Alopecurus pratensis) fiha proporzjon relattivament għoli ta’ żerriegħa ta’ l-ispeċi poa; Billi, għaż-żerriegħa tad-denb il-ġurdien, huwa konsegwentement diffiċli li jinkiseb, fir-rigward taż-żerriegħa ta’ l-ispeċi poa, il-kontenut massimu skond il-piż ta’ 1 % ta’ żerriegħa jew ta’ l-ispeċi ta’ pjanta unika ta’ pjanta oħra elenkata fl-Anness II tad-Direttiva 66/401/KEE; Billi għaż-żerriegħa tal-pjanta tal-ħafur (twil) (Arrhenatherum elatius) u l-pjanta tal-ħafur (tad-deheb) (Trisetum flavescens), li juru karatteristiċi morfoloġiċi simili, dan il-massimu ta’ 1 % ma japplikax għaż-żerriegħa ta’ l-ispeċi tal-poa; Billi, fid-dawl ta’ l-iżvilupp fl-għarfien tekniku, huwa għalhekk xieraq li jiġi emendat l-Anness II tad-Direttiva 66/401/KEE sabiex isiru l-istess disposizzjonijiet għaż-żerriegħa tad-denb il-ġurdien; Billi l-miżuri li hemm provvediment dwarhom f’din id-Direttiva huma konformi ma’ l-opinjoni ta’ l-Kumitat Permanenti dwar iż-Żerriegħa u l-Materjali tal-Propagazzjoni għall-Agrikoltura, l-Ortikultura u l-Forestrija, ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA: Artikolu 1 Fl-Anness II tad-Direttiva 66/401/KEE, il-parti I, is-sezzjoni 2 (A) ("Tabella"), il-kolonna 6 ("Il-purezza analitika - kontenut massimu ta’ żerriegħa ta’ pjanti ta’ speċi oħra (% skond il-piż) - speċi unika"), wara "1,0" mogħtija għall-Alopecurus pratensis,"(f)" hija miżjuda. Artikolu 2 L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 1990. Huma għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni minnufih b’dan. Artikolu 3 Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, l-20 ta’ Jannar 1989. Għall-Kummissjoni Ray Mac Sharry Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU tal-125, 11.7.1966, p. 2298/66. [2] ĠU L 187, tas-16.7.1988, p. 31. --------------------------------------------------