31989L0002



Official Journal L 005 , 07/01/1989 P. 0031 - 0031
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 28 P. 0099
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 28 P. 0099


Id-Direttiva tal-Kummissjoni

tal-15 ta' Diċembru 1988

li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 66/402/KEE dwar il-marketing taż-żerriegħa taċ-ċereali

(89/2/KEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 66/402/KEE ta' l-14 ta Ġunju 1966 dwar il-marketing taż-żerriegħa taċ-ċereali [1], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 88/506/KEE [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 2 (1b) tagħha,

Billi d-Direttiva tal-Kunsill 88/380/KEE [3] tagħmel disposizzjoni sabiex jiġu inklużi l-ibridi tas-segala fl-iskop tad-Direttiva 66/402/KEE u tagħti l-poter lill-Kummissjoni li tadotta l-emendi meħtieġa għad-definizzjonijiet fl-Artikolu 2 (1) ta' din id-Direttiva; billi d-Direttiva 88/380/KEE tagħti wkoll il-poter lill-Kummissjoni li temenda l-Anness mad-Direttiva 66/402/KEE sabiex tistabbilixxi l-kondizzjonijiet li jridu jiġu sodisfatti mill-wiċċ tar-raba' u miż-żerriegħa ta' l-ibridi tas-segala;

Billi, minħabba l-importanza dejjem tikber fil-Komunità tal-varjetajiet ibridi tas-segala, l-emendi għad-definizzjonijiet għandhom jiġu adottati issa;

Billi l-emendi għall-Anness jiddependu fuq ir-riżultati ta' esperiment temporanju organizzat skond l-Artikolu 13a tad-Direttiva 66/402/KEE u għadhom ma jistgħux isiru;

Billi l-miżuri pprovduti f'din id-Direttiva huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti taż-Żrieragħ u l-Materjal tal-Propagazzjoni għall-Agrikoltura, l-Ortikultura u l-Forestrija,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Id-Direttiva 66/402/KEE hija hawnhekk emendata kif ġej:

1. Fl-Artikolu 2 (1) (Ċa), fil-kliem tad-daħla, 'is-segala', tiġi mdaħħla wara l-kelma 'ir-ross,

2. Fl-Artikolu 2 (1) (E), fil-kliem tad-daħla, 'il-ħaxix kanarju u s-segala, għajr l-ibridi f'kull każ, is-sorgu,' għandu jiġi mibdul bil-kliem 'il-ħaxix kanarju, għajr l-ibridi l-oħra, is-segala, is-sorgu,

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva mhux iktar tard mill-1 ta' Lulju 1969.

Għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni b'dan minnufih.

Artikolu 3

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fil-15 ta Diċembru 1988.

Għall-Kummissjoni

Frans Andriessen

Viċi-President

[1] ĠU 125, tal- 11.7.1966, pġ. 2309/66.

[2] ĠU L 274, tas-6.10.1988, pġ. 44.

[3] ĠU L 187, tas-16.7.1988, pġ. 31.

--------------------------------------------------