31989D1031



Official Journal L 317 , 31/10/1989 P. 0048 - 0048


Il-Qorti tal-Ġustizzja

Deċiżjoni tal-president tal-qorti

IL-PRESIDENT TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA,

Wara li kkunsidra l-Artikolu 32d tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar,

Wara li kkunsidra l-Artikolu 168a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidra l-Artikolu 140a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika,

Wara li kkunsidra d-Deciżjoni tal-Kunsill ta' L-24 Ottubru 1988 li tistabbilixxi l-Qorti tal- Prim’ Istanza tal-Komunitajiet Ewropej, u partikolarment l-Artikolu 13 tagħha,

Billi l-Membri tal-Qorti tal-Prim’ Istanża, maħtura bi qbil komuni tal-Gvernijiet ta' l-Istati Membri, ħadu l-ġurament quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja;

Billi l-Qorti tal- Prim’ Istanza qiegħda f'posizzjoni li teżerċita l-funzjonijiet ġudizzjarji fdati lilha,

HAWNHEKK JIDDIKJARA:

Il-Qorti tal-Prim’ Istanza tal-Komunitajiet Ewropej hija kostitwita skond il-ligi.

L-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill ta' l-24 ta' Ottubru 1988 li tistabbilixxi l-Qorti tal-Prim’ Istanza tal-Komunitajiet Ewropej għandu jidhol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Il-Lussemburgu, il-11 ta' Ottubru 1989.

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja

--------------------------------------------------