Official Journal L 400 , 30/12/1989 P. 0011 - 0011
Finnish special edition: Chapter 16 Volume 1 P. 0095
Swedish special edition: Chapter 16 Volume 1 P. 0095
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Diċembru 1989 li tikkonċerna l-konklużjoni ta' Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika ta' l-Islanda fuq is-sistemi ta' l-iskambju ta' data elettronika dwar il-kummerċ (89/691/KEE) IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 235 mi fih, Wara li kunsidra l-proposta mressqa mill-Kummissjoni [1], Wara li kunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2]; Wara li kunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3], Billi bid-Deċiżjoni 87/499/KEE [4] il-Kunsill adotta programm Komunitarju dwar in-network tal-komunikazzjonijiet fuq is-sistemi ta' l-iskambju ta' data elettronika dwar il-kummerċ (Tedis); Billi bid-Deċiżjoni 89/241/KEE [5] il-Kunsill emenda l-imsemmija Deċiżjoni biex jawtorizza ditti f'pajjiżi li m‘humiex membri li magħhom il-Komunità ikkonkludiet ftehim li jassoċjaw dawn il-pajjiżi mal-programm Tedis biex jieħdu sehem f'dak il-programm; Billi, b'dik id-Deċiżjoni 89/241/KEE, il-Kunsill awtorizza wkoll lill-Kummissjoni biex jinnegozjaw dawn il-ftehim mal-membri ta' l-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles; Billi l-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika ta' l-Islanda fuq is-sistemi ta' l-iskambju ta' data elettronika dwar il-kummerċ ghandu jkun hawnhekk approvat, IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ: Artikolu 1 Il-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika ta' l-Islanda fuq is-sistemi ta' l-iskambju ta' data elettronika dwar il-kummerċ hi hawnhekk approvata f'isem il-Komunità. It-test tal-Ftehim hu mehmuż ma' din id-Deċiżjoni. Artikolu 2 Il-President tal-Kunsill għandu jagħti, f'isem il-Komunità, in-notifika msemmija fl-Artikolu 8 ta' dan il-Ftehim. Magħmula fi Brussel, fil-21 ta' Diċembru 1989. Għall-Kunsill Il-President E. Cresson [1] ĠU C 285, tal-11.11.1989, p. 6. [2] Opinjoni mogħtija fil-15 ta' Diċembru 1989 (għadha m‘hiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali). [3] Opinjoni mogħtija fid-19 ta' Diċembru 1989 (għadha m‘hiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali). [4] ĠU L 285, tat-8.8.1987, p. 35. [5] ĠU L 97, tal-11.11.1989, p. 46. --------------------------------------------------