31988R4112



Official Journal L 361 , 29/12/1988 P. 0007 - 0008
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 28 P. 0048
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 28 P. 0048


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 4112/88

tal− 21 ta’ Diċembru 1988

li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 315/68 li jistabilixxi l-istandards ta’ kwalita’ għall-basal tal-fjuri, basal tal-qasab u tuberi

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) nru 234/68 tas− 27 ta’ Frar 1968 dwar l-istabbiliment ta’ organizzazzjoni komuni tas-suq ta’ siġar ħajjin u pjanti oħra, basal, għeruq u affarijiet ta’ din ix-xorta, fjuri u weraq tat-tiżjin [1], kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KEE) nru 3991/87 [2], u b’mod partikolari Artikolu 3 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi r-Regolament (KEE) Nru 315/68 [3], kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KEE) Nru 1733/84 [4], jistabbilixxi standards ta’ kwalità għall-basal tal-fjuri, basal tal-qasab u tuberi intenzjonati għall-bejgħ lill-konsumaturi għall-ħtiġiet personali tagħhom fil-Komunita jew għall-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi;

Billi d-deskrizzjoni tat-tariffa tal-prodotti nvoluti għandha tiġi adattata sabiex tiġi meqjusa l-implimentazzjoni tan-nomenklatura tat-tariffi introdotta bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-numenklatura tat-tariffa u tal-istatistika [5], kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KEE) Nru 3468/88 [6];

Billi t-tieni subparagrafu ta’ Artikolu 2(1) tar-Regolament (KEE) Nru 315/68 jistabbilixxi kondizzjonijiet tat-tqegħid fis-suq fil-Komunità għal prodotti maħsuba għal użu jew destinazzjoni minbarra dawk imsemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dak il-paragrafu; billi, fid-dawl tal-esperjenza miksuba, ir-regoli tas-suq li jeżistu fil-każ ta’ esportazzjoni lejn pajjiżi terzi għandhom jiġu applikati għal dawk il-prodotti li m’humiex maħsuba għal bejgħ lill-konsumaturi,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KEE) Nru 315/68 huwa hawnhekk emendat kif ġej:

1. Artikolu 1 huwa mibdul b’dan li ġej:

"Artikolu 1

Standards ta’ kwalità għandhom jiġu stabbiliti għall-basal, tuberi, għeruq bit-tuberi, basal tal-qasab, kuruni u riżomi, reqdin, li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 060110.

Dawk l-i standards ta’ kwalità huma definiti fl-Anness ta’ dan."

2. Artikolu 2(1) huwa mibdul b’dan li ġej:

"1. Jekk il-prodotti elenkati f’Artikolu 1 ma jkunux kompatibbli mal-i standards ta’ kwalità, dawn ma jistgħux:

- Ġewwa l-Komunità:

(i) Jinżammu jew jiġu trasportati bl-iskop ta’ bejgħ, fi kwalunkwe stadju tal-marketing, f’pakketti maħsuba għall-konsumatur jew għall-ħteġiet personali tiegħu;

(ii) Jiġu esposti għall-bejgħ, offruti għall-bejgħ, mibjugħa jew kunsinnati lill-konsumatur, minn kummerċjant jew direttament mill-produttur;

- Jiġu esportati lejn pajjiż terz għall-bejgħ lill-konsumatur għall-ħtiġiet personali tiegħu.

Il-prodotti msemmija f’Artikolu 1 u li huma maħsuba għal skopijiet barra minn dawk imsemmija fl-ewwel subparagrafu ma jistgħux jitqiegħdu fis-suq tal-Komunità jew jiġu esportati lejn pajjiż terz ħlief jekk:

(a) Ikunu konformi mad-dispożizzjonijiet imniżżla fl-1 paragrafu tat-Titolu II ta’ dan l-Anness;

(b) Kull pakkett ikun juri dawn id-dettalji, immarkati b’mod li jinqraw u li ma jistgħux jiġu mħassra:

- Identifikazzjoni tal-bejjiegħ:

Isem u indirizz jew marka tal-kodiċi

- Natura tal-prodott:"Mhux għall-bejgħ lill-konsumatur għall-ħtiġiet personali tiegħu", li magħha jkun magħdud, kif xieraq, "Prtodott għat-tkattir"

(ċ) L-ippakkjar huwa b’mod ċar differenti minn dak użat għall-bejgħ lill-konsumatur għall-ħtiġiet personali tiegħu."

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-publikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fil-21 ta’ Diċembru 1988.

Għall-Kunsill

Il-President

V. Papandreou

[1] ĠU L 55, tat-2.3.1968, p. 1.

[2] ĠU L 377, tal-31.12.1987, p. 19.

[3] ĠU L 71, tal-21.3.1968, p. 1.

[4] ĠU L 164, tat-22.6.1984, p. 1.

[5] ĠU L 256, tas-7.7.1987, p. 1.

[6] ĠU L 296, tad-29.10.1988, p. 50.

--------------------------------------------------