Official Journal L 311 , 17/11/1988 P. 0025 - 0026
Finnish special edition: Chapter 2 Volume 6 P. 0244
Swedish special edition: Chapter 2 Volume 6 P. 0244
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3565/88 tas-16 ta' novembru 1988 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti oġġetti fin-nomenklatura magħduda IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-trattat li jistabbilixxi l-komunità ekonomika ewropea, Wara li kkunsidrat ir-regolament tal-kunsill (KEE) Nru 2658/87 [1] dwar it-tariffi u nomenklatura dwar statistika u dwar it-tariffa doganali komuni, skond kif l-aħħar emendat permezz tar-regolament (KEE) Nru 1315/88 [2], u b'mod partikolari l-artikolu 9 miġjub fih, Billi sabiex tiġi assigurata l-applikazzjoni uniformi tan-nomenklatura magħduda l-annessa ma' l-imsemmi regolament, hu meħtieġ li jiġu adottati miżuri dwar il-klassifikazzjoni ta' l-oġġetti msemmija fl-anness li jinsab ma' dan ir-regolament; Billi r-regolament (KEE) Nru 2658/87 stabilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħduda u dawn ir-regoli japplikaw ukoll għal kull nomenklatura oħra li tkun kollha kemm hi jew parzjalment bażata fuqha jew li żżid xi suddiviżjonijiet addizzjonali għaliha u li hi stabbilita permezz ta' disposizzjonijiet speċifiċi tal-komunita', bil-għan li jiġu applikati tariffi u miżuri oħra dwar kummerċ tal-merkanzija; Billi, bis-saħħa ta' l-imsemmija regoli ġenerali, l-oġġetti deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella l-annessa mar-regolament presenti għandhom ikunu klassifikati taħt il-kodiċi nm xierqa indikati fil-kolonna 2, skond ir-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna 3; Billi l-kumitat tan-nomenklatura ma tax opinjoni fil-limitu tal-żmien stabbilit mill-president tiegħu, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 L-oġġetti deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella l-annessa huma issa klassifikati fin-nomenklatura magħduda taħt il-kodiċi nm xieraq indikati fil-kolonna 2 ta' l-imsemmija tabella. Artikolu 2 Dan ir-regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-21 jum mill-pubblikazzjoni tiegħu fil-ġurnal uffiċjali tal-komunitajiet ewropej. Dan ir-regolament għandu ikun jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-istati membri kollha. Magħmul fi Brussell, 16 ta' novembru 1988. għall-kummissjoni Cockfield Viċi-president [1] ĠU L 256, tas-7.9.1987, pġ. 1. [2] ĠU L 123, tas-17.5.1988, pġ. 2. -------------------------------------------------- L-ANNESS Deskrizzjoni tal-prodotti | Kodi‘i ta’ klassifikazzjoni NM | Ra[unijiet | | | (1) | (2) | (3) | 1. | Chewing gum li jikkonsisti f'nikotina marbuta ma' resina li tibdel l-ions (2mg og ta' nikotina kull pillola). Ta' gli‘ernian, ta' polymer sintetiku, ta' sodium carbonate, sodium hydrogencarbonate, D-glucitol (sorbitol) u tog]miet li jistimulaw, b'mod partikolari, t-tog]ma tad-du]]an tat-tabakkular, li l-u\u tieg]u huwa su[[erit lill-persuni li jixtiequ li jieqfu mit-tipjip | 21069091 | Il-klassifikazzjoni hija stabbilita permess tad-dispożizzjonijiet tar-regoli 1 u 6 g]all-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Maqg]uda u l-kliem tal-kodi‘i NM 2106, 210690 u 21069091. Dan il-prodott ma fihx zokkor mhux kopert bil-kodi‘i NM 170410 (ara wkoll in-Nota ta' Spegazzjoni HS g]all-intestatura 2106 partita B (9)). | 2. | Mometazone furoate (DCIM) | 29372990 | Il-klassifikazzjoni hija stabbilita permess tad-dispożizzjonijiet tar-regoli 1 u 6 g]all-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Maqg]uda u l-kliem tal-kodi‘i NM 2937, 293729 and 37372990. Mhux derivattiv aloġenizzat ta' adrenal cortical hormone tal-kodi‘i 29372200 i\da derivattiv ta' dak il-prodott. | 3. | Film tal-plastic li je]el wa]da, miksi fuq na]a wa]da bi glycerol trinitrate im]allat ma' kolla akrilika, li fiha 4mg/cm2 jew aktar ta' glycerol trinitrate, protett b'folja ta' rilaxx | 30051000 | Il-klassifikazzjoni hija stabbilita permess tad-dispożizzjonijiet tar-regoli 1 u 6 g]all-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Maqg]uda u l-kliem tal-kodi‘i 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Maqg]uga u l-kliem tal-kodi‘i 3005 u 30051000. | --------------------------------------------------