31988R3498



Official Journal L 306 , 11/11/1988 P. 0032 - 0033
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 27 P. 0201
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 27 P. 0201


Ir-egolament tal-Kummissjoni (KEE) NRU 3498/88

Tad-9 ta’ novembru 1988

Li jemenda ir-regolamenti (KEE) nru 391/68 u (KEE) nru 1092/80 skond il-kundizzjonijiet li gĦandhom jiĠu sodisfatti fis-settur tal-laĦam tal-majjal gĦax-xiri bl-intervent u l-gĦoti ta’ gĦajnuna gĦall-ĦaŻna privata

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-trattat li jistabbilixxi l-komunità ekonomika ewropeja,

Wara li kkunsidrat ir-regolament tal-kunsill (kee) nru 2759/75 tad-29 ta’ ottubru 1975 dwar l-organizazzjoni komuni tas-suq tal-laħam tal-majjal [1], kif l-aħħar emendat bir-regolament (kee) nru 3906/87 [2], u b’mod partikolari l-artikolu 5(4) tiegħu,

Billi intervent u ħażna privata huma ppjanati sabiex prodotti jkunu jistgħu jiġu rtirati b’mod temporanju minn suq li qed isofri minn disekwilibriju bil-ħsieb li jerġgħu jinbiegħu meta s-sitwazzjoni fis-suq tmur għall-aħjar; waqt li, bix-xieraq, prodotti offruti għal intervent jew maħżuna għandhom ikunu adattati, skond il-każ, għal konsum tal-bniedem jew tal-annimali;

Billi r-Regolament tal-kunsill (euratom) nru 3954/87 tat-22 ta’ diċembru 1987 jesiġi l-ogħla livelli permessi ta’ kontaminazzjoni radjottiva ta’ affarijiet tal-ikel u ta’ affarijiet li titma’ bihom wara aċċident nuklejari jew kull każ ieħor ta’ emerġenża radjoloġika [3] jispeċifika l-proċedura li għandha tkun użata f’każijiet ta’ emerġenża radjoloġika biex jiġu ddeterminati l-livelli ta’ kontaminazzjoni radjoattiva li magħhom għandhom jikkonformaw affarijiet tal-ikel u ta’ affarijiet li titma’ bihom jekk dawn jiġu poġġuti għall-bejgħ;

Billi l-artikolu 3 tar-regolament tal-kunsill (KEE) nru 1707/86 tat-30 ta’ mejju 1986 fuq il-kundizzjonijiet li jirregolaw importazzjoni ta’ prodotti agrikoli li joriġinaw minn pajjiżi terzi wara l-aċċident tal-impjant tal-enerġija nukleari ta’ ċernobyl [4], kif l-aħħar emendati b’regolament (KEE) nru 624/87 [5], jistabbilixxi l-ogħla livelli ta’ radjoattivita permessa; billi, wara li skada r-regolament (KEE) nru 1707/86, l-istess l-ogħla livelli permessi ġew inklużi fl-artikolu 3 tar-regolament tal-kunsill (KEE) nru 3955/87 [6] li ħadlu postu; waqt li prodotti agrikoli li jaqbżu l-ogħla livelli permessi ma jistgħux ikunu meqjusa bħala ta’ kwalità mhux mimsusa u tajba biżżejjed għall-bejgħ;

Billi ġie aċċertat li minħabba l-aċċident imsemmi fuq, ftit mill-produzzjoni agrikola tal-komunità għaddiet, minn diversi gradi, ta’ kontaminazzjoni radjoattiva; billi għandha tkun magħmula ċara li prodotti agrikoli li joriġinaw mill-kommunità u li jeċċedu l-ammont stabilit fl-artikolu 3 tar-regolament (KEE) nru 3955/87 la jistgħu jiġu mixtrija u lanqas imqegħda skond kuntratt ta’ ħażna;

Billi l-artikolu 5 tar-regolament tal-kummissjoni (KEE) nru 391/68 [7], kif l-aħħar emendat bir-regolament (KEE) nru 4160/87 [8], jistipula l-kundizzjonijiet skond liema laħam tal-majjal jista’ jinxtara; waqt li l-artikolu 2 tar-regolament tal-kummissjoni (KEE) nru 1092/80 [9], kif l-aħħar emendat bir-regolament (KEE) nru 201/85 [10], jiistipula kundizzjonijiet għat-tmiem ta’ kuntratti ta’ ħażna għal dak il-prodott; waqt li dawk il-kundizzjonijiet għandhom jkunu ċċarati; waqt li dawk ir-regolamenti għandhom ikunu emendati kif meħtieġ;

Billi l-grad ta’ kontaminazzjoni radjoattiva ta’ affarijiet tal-ikel wara sitwazzjoni ta’ emerġenza radjoloġika tvarja skond il-karatteristiċi tal-inċident u t-tip ta’ prodotti; billi d-deċiżjoni fuq il-ħtieġa li jsiru kontrolli u fuq il-kontrolli nfushom għandha tkun adattata kif meħtieġ skond kull sitwazzjoni u għandha tagħti każ, per eżempju, tal-karatteristiċi tar-reġjuni, tal-prodotti u tar-radjunuklejidi konċernati;

Billi l-kumitat ta’ ġestjoni għall-laħam tal-majjal ma tax opinjoni fil-limitu ta’ żmien stabbilit mill-president tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

L-Artikolu 1

1. Il-punt (d) li jmiss hu bil-preżenti magħdud ma’ l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KEE) Nru 391/68:

"(d) Jeċċedi l-ogħla livelli ta’ radjoattivita permessi skond ir- regolamenti tal-komunità. il-livelli applikabbli għal prodotti li joriġinaw mill-komunità kontaminati bl-aċċident tal-impjant ta’ enerġija nuklejari ta’ ċernobyl għandhom ikunu dawk stabbiliti fl-artikolu 3 tar-regolament tal-kunsill (KEE) Nru 3955/87 [11]. Il- livell ta’ kontaminazzjoni radjoattiva tal-prodott għandha tkun ikkontrollata jekk is-sitwazzjoni tkun tinħtieġ hekk u matul il-perijodu neċessarju biss. fejn hu neċessarju, d-dewmien u l-għan tal-kontrolli għandhom ikunu stabbiliti bi qbil mal- proċedura stipulata fl-artikolu 24 tar-regolament (KEE) Nru 2759/75."

2. Is-segwenti hu bil-preżent magħdud bħala t-tieni subparagrafu għal l-artikolu 2(2) tar-regolament (KEE) Nru 1092/80:

"Kif ukoll, l-ebda prodott li l-kontenut radjoattiv tiegħu jeċċedi l-ogħla livelli permessi skond ir-regolamenti tal-komunità ma jista jkun soġġett għal kuntratt ta’ ħażna.. Il-livelli applikabbli għal prodotti li joriġinaw mill-komunità kontaminati bl-aċċident tal-impjant ta’ enerġija nuklejari ta’ ċernobyl għandhom ikunu dawk stabbiliti fl-artikolu 3 tar-regolament tal-kunsill (KEE) Nru 3955/87 [*] ĠU L 371, tat-30.12.1987, p. 14. il-livell ta’ kontaminazzjoni radjoattiva tal-prodott għandha tkun kkontrollata jekk is-sitwazzjoni tkun tinħtieġ hekk u matul il-perijodu neċessarju biss.. Fejn hu neċessarju, d-dewmien u l-għan tal-kontrolli għandhom ikunu stabbiliti bi qbil mal-proċedura ddettata fl-artikolu 24 tar-regolament (KEE) Nru 2759/75."

L-Artikolu 2

Dan ir-regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar li jiġi ppubblikat fil-Ġurnal uffiċjali tal-komunitajiet ewropej.

Dan ir-regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkunapplikabbli direttament fl-istati membri kollha.

Magħmul fi Brussel, id-9 ta’ novembru 1988.

Għall-kummissjoni

Frans Andriessen

Viċi-president

[1] ĠU L 282, ta’ l-1.11.1975, p. 1.

[2] ĠU L 370, ta’ l-30.12.1987, p. 11.

[3] ĠU L 371, tat-30.12.1987, p. 11.

[4] ĠU L 146, tal-31.5.1986, p. 88.

[5] ĠU L 58, tat-28.2.1987, p. 101.

[6] ĠU L 371, tat-30.12.1987, p. 14.

[7] ĠU L 80, tat-2.4.1968, p. 5.

[8] ĠU L 392, tal-31.12.1987, p. 46.

[9] ĠU L 114, tat-3.5.1980, p. 22.

[10] ĠU L 23, tas-26.1.1985, p. 19.

[11] ĠU L 371, tat-30.12.1987, p. 14.

--------------------------------------------------