31988R3417



Official Journal L 301 , 04/11/1988 P. 0008 - 0009
Finnish special edition: Chapter 2 Volume 6 P. 0240
Swedish special edition: Chapter 2 Volume 6 P. 0240


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3417/88

tal-31 ta' Ottubru 1988

dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti oġġetti fin-nomenklatura magħquda

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 [1] dwar in-nomenklatura ta' tariffi u statistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni, kif emendati l-aħħar bir-Regolament (KEE) Nru 1858/88 [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 9,

Billi biex tkun żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-nomenklatura magħquda annessa mar-Regolament imsemmi, hu meħtieġ li jiġu adottati miżuri dwar il-klassifika ta' l-oġġetti msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament;

Billi r-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa dawn ir-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda u dawn ir-regoli japplikaw ukoll għal kull nomenklatura oħra li tkun kollha kemm hi jew parti minnha bażata fuqha jew li żżid xi subdiviżjonijiet addizzjonali magħha u li tkun stabbilita permezz ta' disposizzjonijiet speċifiċi Komunitarji, bil-ħsieb li jiġu applikati miżuri dwar it-tariffa jew xi oħrajn li għandhom x'jaqsmu ma' negozju f'dawn l-oġġetti;

Billi, skond ir-regoli ġenerali msemmija, l-oġġetti deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella annessa mar-Regolament preżenti għandhom jiġu klassifikati taħt il-kodiċijiet xierqa tan-NM indikati fil-kolonna 2, permezz tar-raġunijiet preskritti fil-kolonna 3;

Billi l-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tan-nomenklatura

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-oġġetti deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella mehmuża issa huma klassifikati fin-nomenklatura magħquda taħt il-kodiċijiet rispettivi tan-NM indikati fil-kolonna 2 ta' l-imsemmija tabella.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-21 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha..

Magħmul fi Brussel, fil-31 ta' Ottubru 1988.

Għall-Kummissjoni

Cockfield

Vice-President

[1] ĠU L 256, tas-7.9.1987, p. 1.

[2] ĠU L 166, ta' l-1.7.1988, p. 10.

--------------------------------------------------

ANNESS

Deskrizzjoni ta' l-oġġetti | Kodiċi tal-klassifikazzjoni fin-NM | Raġunijiet |

(1) | (2) | (3) |

1.Proċessur elettromekkaniku ta' l-ikel li jiżen total ta' 9 kg, bi dħul ta' kurrent ta 1 KW u bi skutella li tesa' 3,5 | 84388099 | Il-klassifikazzjoni hi determinata mid-disposizzjonijiet tar-regola ġenerali 1 u t-testi tal-kodiċijiet tan-NM 8438 u 84388099. Minħabba l-potenza u l-kapaċità tagħha din il-magna mhijiex tat-tip normalment użati fid-djar u ma' tikkonformax mat-test tal-kodiċi 8509 tan-NM. |

2.Sistema elettronika għal stampar minn data diġitali | 84729090 | Il-klassifikazzjoni hi determinata mid-disposizzjonijiet tar-regola ġenerali 1 u t-testi tal-kodiċijiet 8472 u 84729090 tan-NM. Raġġ tal-lejżer joħroġ b'mod selettiv wiċċ elettro-sensittiv iċċarġjat minn qabel li jikkorrispondi għax-xbiha meħtieġa. Farkiet żgħar ta' linka niexfa iċċarġjati negattivament imbagħad jiġu applikati għal mal-fotoriċevitur fejn jeħlu mal-parti posittiva biex jifurmaw ix-xbiha mixtieqa. Din ix-xbiha imbagħad tiġi trasferita għal fuq folja tal-karta iċċarġjata posittivament, imbagħad teħel bis-sħana. L-intestatura 9009 ma tapplikax għax l-istampa tiġi prodotta direttament minn data diġitali u mhux permezz ta' dokument oriġinali. |

--------------------------------------------------