Official Journal L 202 , 27/07/1988 P. 0041 - 0042
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 27 P. 0073
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 27 P. 0073
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2325/88 tas-26 ta' Lulju 1987 li jemenda ċerti Regolamenti li japplikaw l-organizzazzjoni komuni tas-suq fir-ross IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidraw it-Trattat li jwaqqaf Komunità Ekonomika Ewropea, Wara li kkunsidraw ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1418/76 ta' l-21 ta' Ġunju 1976 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fir-ross [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 2229/88 [2], u b'mod partikolari Artikolu 16(5) u 19 tiegħu, Billi taħt ir-Regolament (KEE) Nru 1418/76 mill-1 ta' Settembru 1988 ir-ross mhux ser jibqa’ jiġi klassifikat aktar f'żewġ kategoriji iżda fi tliet kategoriji, tal-qamħa tonda, tal-qamħa medja u tal-qamħa tawwalija; billi dawn iż-żewġ kategoriji ta' l-aħħar jikkorrispondu mal-kategorija l-qdima tal-qamħa t-tawwalija; Billi huwa għalhekk meħtieġ li jiġi emendat ir-Regolament tal-Kummissjoni Nru 467/67/KEE tal-21 ta' Awissu 1967 li jiffissa r-rati ta' konverżjoni, l-ispejjeż ta' l-ipproċessar u l-valur tal-prodotti derivati għall-istadji varji ta' l-ipproċessar tar-ross [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 2249/85 [4], u r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1613/71 tas-26 ta' Lulju 1971 li jipprovdi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-prezzijiet cif u mposti fuq ross u ross imkisser u l-ammonti korrettivi dwarhom [5], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 2117/80 [6]; Billi l-miżuri li għalihom jipprovdi dan ir-Regolament hija skond l-opinjoni tal-Kumitat Amministrattiv taċ-Ċereali, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Fir-Regolament Nru 467/67/KEE fl-Artikolu 1(2) u (3) u f’Artikolu 3(2)(b) u (3) (b) "ross tal-qamħa tawwalija" qegħda tiġi mibdula b’ "ross tal-qamħa medja u tal-qamħa tawwalija". Artikolu 2 Ir-Regolament (KEE) Nru 1613/71 qiegħed b'dan jiġi emendat kif ġej: 1. Artikolu 4(2) qiegħed jiġi mibdul b'dan li ġej:’ "2. Għal ross bil-qoxra tal-qamħa tawwalija jew tal-qamħa medja: (a) għal ross bil-qoxra tal-qamħa medja jew tal-qamħa tawwalija, aġġustat għal xi differenzi fil-kwalità meta mqabbla mal-kwalità normali; (b) fejn xieraq, għal ross li għadu fil-fodqsa tal-qamħa medja u tal-qamħa tawwalija, aġġustati għar-rati ta' konverżjoni, spejjeż tad-dħin u l-valur tal-prodotti derivati u xi differenzi fil-kwalità mqabbla mal-kwalità normali.". 2. L-Artikolu 4(4) qiegħed jiġi mibdul b'dan li ġej:’ "4. Għal ross mithun tal-qamħa medja jew tal-qamħa tawwalija: (a) għal ross mithun tal-qamħa medja jew tal-qamħa tawwalija, aġġustat għal xi differenzi fil-kwalità mqabbla mal-kwalità normali li għaliha il-limitu tal-prezz għar-ross bil-qoxra huwa ffissat, b'dawk id-differenzi jiġu huma stess aġġustati skond ir-rata applikabbli fuq il-konverżjoni ta' ross bil-qoxra tal-qamħa tawwalija f'ross tal-qamħa tawwalija mitħun; (b) fejn xieraq, għal ross nofsu mithun tal-qamħa medja jew tal-qamħa tawwalija, aġġustat għar-rata ta' konverżjoni, l-ispejjeż tad-dħin u l-valur tal-prodotti derivati għall-għan li jiġi miksub ross mithun tal-qamħa medja jew tal-qamħa tawwalija, b'dak il-prezz innifsu jiġi aġġustat skond id-dispożizzjonijiet ta' (a) hawn fuq." Artikolu 3 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum li jiġi wara dak li fih jiġi ppublikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Għandu jkun japplika mill-1 ta' Settembru 1988. Dan ir-Regolament għandu jkun jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-iStati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fis-26 ta' Lulju 1988. Għall-Kummissjoni Frans Andriessen Viċi-President [1] ĠU L 166, tal-25.6.1976, p. 1 [2] ĠU L 197, tas-26.7.1988, p. 30. [3] ĠU C 204, ta' l-24.8.1967, p. 1. [4] ĠU L 210, tas-7.8.1985, p. 13. [5] ĠU L 168, tas-27.7.1971, p. 28. [6] ĠU L 206, tat-8.8.1980, p. 15. --------------------------------------------------