31988R1677



Official Journal L 150 , 16/06/1988 P. 0021 - 0025
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 26 P. 0207
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 26 P. 0207


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) nru 1677/88

tal-15 ta' Ġunju 1988

li jistabbilixxi l-livelli ta’ kwalita tal-ħjar

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1035/72 tat-18 ta' Mejju 1972 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-frott u l-ħaxix [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 1117/88 [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 2(3) tiegħu,

Billi r-Regolament tal-Kunsill Nru 183/64/KEE [3] jistabbilixxi standards ta' kwalità għall-ħjar;

Billi sar tibdil fil-produzzjoni u l-bejgħ ta' dawk il-prodotti, partikolarment fir-rigward tal-ħtiġiet tal-konsumatur u s-swieq ta' l-imnut; billi l-istandards komuni ta' kwalità għall-ħjar għandhom għalhekk jinbidlu biex jieħdu kont tal-ħtiġiet ġodda;

Billi dawn it-tibdiliet jitolbu alterazzjoni fid-definizzjoni tal-klassi ta' kwalità supplimentarja mfassla bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru1194/69 [4] kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 79/88 [5]; billi jrid jittieħed kont, fid-definizzjoni ta' dik il-klassi, ta' l-importanza ekonomika għall-produtturi tal-prodott konċernat u tal-bżonn biex jintlaħqu l-ħtiġiet tal-konsumatur;

Billi l-istandards huma applikabbli għall-istadji kollha ta' bejgħ; billi l-ġarr fuq distanza twila, ħażna għal ċertu tul ta' żmien jew id-diversi operazzjonijiet ta' tqandil jistgħu iġibu t-tħassir minħabba l-iżvilupp bijoloġiku tal-prodotti jew it-tendenza tagħhom li jiskadu; billi, għalhekk, għandu jittieħed kont ta' dan id-deterjorament meta jkunu applikati l-istandards ta' l-istadji ta' bejgħ wara li jintbagħtu;

Billi fl-interess tal-kjarezza u ċ-ċertezza fil-ħtiġiet legali u għall-faċilità ta' l-użu, l-istandards hekk mibdula għandhom jiġu konsolidati f'test singolu;

Billi l-miżuri maħsuba f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Frott u l-Ħaxix,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

L-Artikolu 1

L-istandards ta' kwalità għall-ħjar, li huma taħt is-sottointestatura 07070011 u 07070019 tan-nomenklatura magħquda, għandhom jiġu stabbiliti fl-Anness ta' dan.

Dawk l-istandards għandhom japplikaw għall-istadji kollha ta' bejgħ, skond il-kundizzjonijiet imfassla fir-Regolament (KEE) Nru1035/72.

Madanakollu, fl-istadji wara li jintbagħtu, l-prodotti jistgħu juru, b'relazzjoni ma’ l-istandards stabbiliti, ftit nuqqas ta' friskezza u nefħa u bidla żgħira minħabba l-iżvilupp bijoloġiku tagħhom u t-tendenza tagħhom li jmorru.

L-Artikolu 2

Ir-Regolament Nru 183/64/KEE huwa hawnhekk emendat kif ġej:

- it-tieni inċiż ta' l-Artikolu 1(2) huwa mħassar,

- l-Anness I/2 huwa mħassar.

L-Artikolu 3

Ir-Regolament (KEE) Nru 1194/69 huwa hawnhekk emendat kif ġej:

- fl-Artikolu 1, il-kliem "u ħjar" huma mħassra,

- l-Anness VII huwa mħassar.

L-Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fil-15 ta' Ġunju 1988.

Għall-Kummissjoni

Frans Andriessen

Viċi-President

[1] ĠU L 118, ta' l-20.5.1972, p. 1.

[2] ĠU L 107, tat-28.4.1988, p. 1.

[3] ĠU C 192, tal-25.11.1964, p. 3217/64.

[4] ĠU L 157, tat-28.6.1969, p. 1.

[5] ĠU L 10, ta' l-14.1.1988, p. 8.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

LIVELI TA' KWALITÀ GĦALL-ĦJAR

I. DEFINIZZJONI TAL-PRODOTT

Dan il-livell japplika għall-ħjar imkabbar minn varjetajiet (kultivari) ta' Cucumis sativus L. li għandu jkun fornut frisk lill-konsumatur, ħjar għall-proċessar u gherkins ikunu esklużi.

II. DISPOSIZZJONIJIET LI JIKKONĊERNAW IL-KWALITÀ

L-iskop l-livell hu li jiddefinixxi l-ħtiġiet ta' kwalità għall-ħjar wara l-preparazzjonijiet u l-ippakkjar.

A. Ħtiġiet minimi

Fil-klassijiet kollha, soġġetti għad-dispożizzjonijiet speċjali għal kull klassi u t-tolleranzi aċċettati, il-ħjar iridu jkunu:

- intatti,

- tajbin; prodott affetwat bl-immoffar jew deterjorament b'mod li jagħmlu mhux tajjeb għall-konsum huwa eskluż,

- frisk fid-dehra,

- sodi,

- nodfa, prattikament ħieles minn kull materjal barrani viżibbli,

- prattikament ħielsa minn mikrobi,

- prattikament ħielsa minn ħsara kaġunata minn mikrobi,

- ħielsa minn togħma morra (soġġetti għad-dispożizzjonijiet speċjali għall-klassijiet II u III taħt it-titolu "Tolleranzi"),

- ħielsa minn nida esterna mhux normali,

- ħielsa minn rieħa barranija u/jew togħma.

Il-ħjar jeħtieġ li jkunu żviluppati biżżejjed iżda ż-żerriegħa tagħhom iridu jkunu rotob.

Il-kundizzjoni tal-prodott trid tkun tali li tagħmlu kapaċi:

- jiflaħ għat-trasport u l-ġarr, u

- jasal f'kundizzjoni sodisfaċenti fil-post destinat.

B. Klassifikar

Il-ħjar huma klassifikati f’erba’ klassijiet definiti taħt:

(i) Klassi "Superjuri"

Ħjar f'din il-klassi jridu jkunu ta' kwalità superjuri. Huma jrid ikollhom il-karatteristiċi kollha tal-varjetà.

Huma jridu:

- jkunu żviluppati tajjeb

- jkunu furmati tajjeb u prattikament dritti (għoli massimu ta' l-arka: 10 mm għal kull 10 ċm ta' tul tal-ħjara)

- jkollhom il-kulur tipiku tal-varjetà

- jkunu ħielsa minn difetti, inkluż id-deformazzjonijiet kollha u partikolarment dawk ikkawżati fil-formazzjoni taż-żerriegħa.

(ii) Klassi I

Ħjar f'din il-klassi jeħtieġu li jkunu ta' kwalità tajba. Huma jridu:

- jkunu raġonevolment żviluppati

- jkunu raġonevolment iffurmati tajjeb u prattikament dritti (tul massimu ta' l-arka: 10 mm għal kull 10 ċm ta' tul tal-ħjara).

Id-difetti li ġejjin huma permessi:

- deformazzjoni żgħira, iżda eskluża dik kawżata mill-formazzjoni taż-żerriegħa

- difett żgħir fil-kulur, speċjalment il-parti kulurita ċara tal-ħjara fejn tmiss l-art matul it-tkabbir

- ftit brix tal-qoxra minħabba l-ħakk u l-ġarr jew it-temperaturi baxxi, kemm-il darba dawn il-brix ikunu fiequ u ma jaffettwax il-kwalità taż-żamm.

(ii) Klassi II:

Din il-klassi tinkludi ħjar li ma jikkwalifikax biex ikun inkluż fil-klassijiet iktar għolja imma jissodisfa l-ħtiġiet minimi speċifikati fuq. Madanakollu, huma jista’ jkollhom id-difetti li ġejjin:

- deformazzjonijiet ħlief għal żvilupp serju taż-żerriegħa,

- difetti fil-kulur sa terz tal-wiċċ; fil-każ ta' ħjar imkabbar taħt protezzjoni,

difetti konsiderevoli fil-kulur fil-parti affetwata mhux permess,

- xquq imfejqa,

- ħsara żgħira kawżata mill-ħakk u l-ġarr li ma jeffetwax serjament il-kwalità taż-żamma u d-dehra.

Id-difetti kollha msemmija fuq huma permessi għall-ħjar dritt jew ftit mgħawweġ.

Min naħa l-oħra, ħjar mgħawweġ huma permessi biss jekk huma m'għandhomx iżjed minn ftit difetti fil-kulur u m'għandhomx difetti jew deformazzjonijiet ħlief għat-tgħawwiġ tagħhom.

Ħjar li huma ftit mgħawwġa jista’ jkollhom tul massimu ta' l-arka ta'20 mm għal kull 10 ċm ta' tul tal-ħjara.

Ħjar mgħawweġ jista’ jkollhom arka ikbar u jeħtieġu li jkun ippakkjat separatament.

(iv) Klassi III [1]:

Din il-klassi tinkludi ħjar li ma jikkwalifikawx għal inklużjoni fil-klassijiet iktar għolja imma jissodisfaw il-ħtiġiet speċifikati fi Klassi II. Madanakollu, ħjar mgħawweġ jista’ jkollu d-difetti kollha permessi fil-Klassi II għall-ħjar dritt jew ftit mgħawweġ u jridu jkunu ippakkjati separatament.

III. DISPOSIZZJONIJIET DWAR ID-DAQS

Id-daqs huwa determinat mill-piż tal-ħjara.

(i) Ħjar imkabbra fil-miftuħ jeħtieġu li jiżnu 180 g jew iżjed. Ħjar imkabbra taħt protezzjoni jridu jiżnu 250 g jew iżjed.

(ii) Iżjed, ħjar tal-Klassi "Superjuri" u Klassi I, imkabbar taħt protezzjoni li jiżen:

- 500 g jew iżjed irid ikun inqas minn 30 ċm twil,

- bejn 250 u 500 g irid ikun mhux inqas minn 25 ċm twil.

(iii) Id-daqs hu obbligatorju għall-klassijiet "Superjuri" u I.

Id-differenza fil-piż bejn il-ħjar l-iktar tqil u l-eħfef fl-istess pakkett ma jridx ikun iktar minn:

- 100 gramma fejn l-eħfef biċċa tiżen bejn 180 u 400 gramma,

- 150 gramma fejn l-eħfef biċċa tiżen 400 gramma jew iżjed.

(iv) Id-dispożizzjonijiet dwar daqs m'humiex applikabbli għal "ħjar qasir".

IV. DISPOSIZZJONIJIET DWAR TOLLERANZI

Tolleranzi dwar kwalità u daqs huma permessi f'kull pakkett għal prodott li ma jissodisfax il-ħtiġiet tal-klassi indikata.

A. Tolleranzi fil-kwalità:

(i) Klassi "Superjuri":

5 % bin-numru tal-ħjar li ma jissodisfax il-ħtiġiet tal-klassi iżda li jilħaq il-ħtiġiet għall-Klassi I, jew eċċezzjonalment ġej mit-tolleranzi għal dik il-klassi.

(ii) Klassi I:

10 % tan-numru tal-ħjar li ma jissodisfax il-ħtiġiet tal-klassi iżda jilħaq il-ħtiġiet tal-Klassi II, jew eċċezzjonalment jiġi fil-limiti tat-tolleranza għal dik il-klassi.

(iii) Klassi II:

10 % tan-numru tal-ħjar li la jissodisfaw klassi u lanqas il-ħtiġiet minimi, għall-esklużjoni tal-prodott effetwat bl-immuffar jew id-deterjorament, tali li jagħmlu mhux tajjeb għall-konsum. Fil-limiti ta' din it-tolleranza, massimu ta'2 % tan-numru ta' ħjar jista’ jkollu sinjali ta' togħma qarsa.

(iv) Klassi III:

15 % tan-numru tal-ħjar li la jissodisfa l-ħtiġiet tal-klassi u lanqas il-ħtiġiet minimi, għall-esklużjoni tal-prodott effetwat bl-immuffar jew id-deterjorament tali li jagħmlu mhux tajjeb għall-konsum. Fil-limiti ta' din it-tolleranza, massimu ta'4 % tan-numru ta' ħjar jista’ jkollhom sinjali ta' togħma qarsa.

B. Tolleranzi tad-daqs:

Għall-klassijiet kollha: 10 % tan-numru tal-ħjar li ma jissodisfawx l-ħtiġiet tad-daqs. Madanakollu, din it-tolleranza hi applikabbli għall-prodott li ma jvarjax b'mhux iktar minn 10 % tad-daqs u tal-limiti tal-piż speċifikati.

V. DISPOSIZZJONIJIET DWAR IL-PREŻENTAZZJONI

A. Uniformità:

Il-kontenut ta' kull pakkett jeħtieġ li jkun uniformi u jkollu biss ħjar ta' l-istess oriġini, varjetà jew tip, kwalità jew daqs (fejn meħtieġ). Għall-ħjar fi Klassi III, l-uniformità tista’ tkun limitata għall-oriġini u l-varjetà jew it-tip.

Il-parti viżibbli ta' kull pakkkett trid tkun rappreżentattiva tal-kontenut kollu.

B. Ippakkjar:

Il-ħjar jeħtieġ li jkun ippakkjat b'mod li jipproteġihom tajjeb.

Il-ħjar jeħtieġ li jkun ippakkjat marsus tajjeb biex ikun evitat li ssirlu l-ħsara matul il-ġarr.

Il-materjal użat ġewwa l-pakkett irid ikun ġdid, nadif u ta' kwalità li jevita li jikkawża xi ħsara esterna jew interna lill-prodott. L-użu ta' materjali u partikolarment ta' karti u timbri li jkollhom l-ispeċifikazzjonijiet tal-kummerċ huwa permess, kemm-il darba l-istampar jew it-tiketti jkun sar b'inka jew glu li m'humiex tossiċi.

Il-pakketti jridu jkunu ħielsa minn xi materjal barrani.

VI. DISPOSIZZJONIJIET DWAR IL-BEJGĦ

Kull pakket irid ikollu l-partikolaritajiet li ġejjin f'ittri miġbura fuq l-istess naħa, li jinqraw u immarkati b'mod li ma jitħassrux u viżibbli minn barra:

A. Identifikazzjoni:

Minn jippakkja u/jew Jibgħat | Isem u indirizz jew marka maħruġa uffiċjalment jew marka ta' kodiċi aċċettata. |

B. Natura tal-prodott:

- "Ħjar" jekk il-kontenut mhux viżibbli minn barra,

- "taħt protezzjoni", fejn xieraq, jew espressjoni ekwivalenti,

- "ħjar qsar" jew "ħjar żgħir", kif xieraq.

Ċ. Oriġini tal-prodott:

Pajjiż ta' l-oriġini u, b'għażla, id-distrett fejn tkabbru, jew isem tad-ditta nazzjonali, reġjonali jew lokali.

D. Speċifikazzjonijiet kummerċjali:

- Klassi u, kif xieraq, għall-Klassijiet II u III, "ħjar mgħawweġ",

- Daqs (jekk ik-prodott huwa bid-daqs) espress f'piż minimu u massimu tal-ħjar,

- Numru ta' unitajiet (b'għażla).

E. Marki tal-kaxxa uffiċjali (b'għażla)

[1] Klassi addizzjonali fit-tifsira ta' l-Artikolu 2(1) tar-Regolament (KEE) Nru 1035/72. L-użu ta' din il-klassi ta' kwalità jew ta' uħud mill-ispeċifikazzjonijiet tagħha huma soġġetti għad-deċiżjoni li għandha tittieħed fuq il-bażi ta' l-Artikolu 4(1) ta' l-istess Regolament.

--------------------------------------------------