Official Journal L 080 , 25/03/1988 P. 0031 - 0031
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 26 P. 0119
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 26 P. 0119
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) NRU 775/88 tal-24 ta’ Marzu 1988 li jikkoreġi r-Regolament (KEE) Nru 3143/85 dwar il-bejgħ bi prezzijiet imnaqqsa ta’ ntervent ta’ butir maħsub għall-konsum dirett fil-forma ta’ butir konċentrat IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, Wara li kunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 804/68 tas-27 ta’ Ġunju 1968 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-ħalib u prodotti tal-ħalib [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 744/88 [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 6(7) tiegħu, Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3143/85 [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 1807/87 [4], jintroduċi arranġamenti għall-bejgħ bi prezzijiet ta’ ntervent imnaqqsa ta’ butir maħsub għall-konsum dirett fil-forma ta’ butir konċentrat; billi, bħala riżultat ta’ l-aħħar emenda, t-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 2(4) ġie sostitwit; billi, kuntrarju għall-intenzjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni, r-riżultat kien test mingħajr id-deroga ntrodotta bir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1325/86 [5]; billi huwa għalhekk meħtieġ li jiġi kkoreġut l-imsemmi Artikolu u li jiġu nseriti mill-ġdid ġo fih id-dispożizzjonijiet in kwistjoni b’effett retroattiv mid-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KEE) Nru 1807/87; Billi l-miżuri li hemm provdut dwarhom f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni tal-Ħalib u Prodotti tal-Ħalib, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: L-Artikolu 1 Is-segwenti tielet subparagrafu qiegħed b’dan jiġi nserit fl-Artikolu 2(4) tar-Regolament (KEE) Nru 3143/85: "Madankollu, wara qbil mill-aġenzija responsabbli, l-butir konċentrat kollu jista’ jiġi ppakkjat għall-bejgħ fi stabbiliment li ma hux dak imsemmi fil-kuntratt tal-bejgħ." L-Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Għandu japplika b’effett mit-30 ta’ Ġunju 1987. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fl-24 ta’ Marzu 1988. Għall-Kummissjoni Frans Andriessen Viċi-President [1] ĠU L 148, tat-28.6.1968, p. 13. [2] ĠU L 78, tat-23.3.1988, p. 1. [3] ĠU L 298, tat-12.11.1985, p. 9. [4] ĠU L 170, tat-30.6.1987, p. 20. [5] ĠU L 117, tas-6.5.1986, p. 14. --------------------------------------------------