31988L0664



Official Journal L 382 , 31/12/1988 P. 0041 - 0041
Finnish special edition: Chapter 9 Volume 2 P. 0007
Swedish special edition: Chapter 9 Volume 2 P. 0007


Id-Direttiva tal-Kunsill

tal-21 ta' Diċembru 1988

li temenda għad-disa’ darba d-Direttiva 69/169/KEE dwar l-armonizzazzjoni tad-disposizzjonijiet preskritti b'liġi, b'Regolament jew b'azzjoni amministrattiva u li għandhom x'jaqsmu ma’ l-eżenzjoni mit-taxxa fuq id-dħul mill-bejgħ u mid-dazju tas-SISA fuq l-importazzjonijiet fil-livell internazzjonali

(88/664/KEE)

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 99 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3],

Billi l-Artikoli 2(6) u 7b (4) tad-Direttiva tal-Kunsill 69/169/KEE [4], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 87/198/KEE [5], jipprovdu illi kull sentejn, u għall-ewwel darba mhux iktar tard mill-31 ta' Ottubru 1987, il-Kunsill, huwa u jaġixxi skond il-proċeduri stabbiliti fit-Trattat fuq dan il-punt, irid jaġġusta l-ammonti ta' l-eżenzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 ta' dawn l-Artikoli biex iżomm il-valur ġenwin tagħhom;

Billi, skond l-istħarriġ imwettaq mill-Kummissjoni, iż-żieda medja mwieżna fl-indiċi tal-prezzijiet ta' l-Istati Membri hija ta' 11,3 % għall-perjodu taż-żmien mill-1 ta' Ottubru 1985 sal-31 ta' Diċembru 1988;

Billi l-ammonti li jirriżultaw għandhom ikunu mnaqqsa jew miżjuda sa l-eqreb numru sħiħ;

Billi, fil-każ ta' aġġustament ta' l-eżenzjoni Komunitarja li tirriżulta f'bidla ta' inqas minn 5 % fl-eżenzjoni, espressa fil-munita nazzjonali jew fi tnaqqis f'din l-eżenzjoni, l-Istat Membru konċernat għandu jitħalla jżomm l-ammont, fil-munita nazzjonali, kif kien qabel din il-bidla,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA

Artikolu 1

Id-Direttiva 69/169/KEE hija hawnhekk emendata kif ġej:

1. fl-Artikolu 2:

(a) fil-paragrafu 1, iċ-ċifra "350 ECU" hija mibdula biċ-ċifra "390 ECU":

(b) fil-paragrafu 2, iċ-ċifra "90 ECU" hija mibdula biċ-ċifra "100 ECU":

2. Fl-Artikolu 7, huwa miżjud il-paragrafu li ġej:

"5. L-Istati Membri jistgħu jżommu l-ammont eżistenti ta' l-eżenzjoni jekk il-konverżjoni ta' l-ammonti ta' l-eżenzjonijiet, espressi f'ecus, liema eżenzjonijiet kienu adottati matul l-aġġustament imsemmi fl-Artikoli 2(6) u 7b(4), tirriżulta f'bidla ta' inqas minn 5 % fl-eżenzjoni espressa fil-munita nazzjonali jew fi tnaqqis f'din l-eżenzjoni";

3. Fl-Artikolu 7b:

(a) fil-paragrafu 1 (a), iċ-ċifra "280 ECU" hija mibdula b’"310 ECU":

(b) fil-paragrafu 1 (b), iċ-ċifra "77 ECU" hija mibdula biċ-ċifra "85 ECU":

(ċ) fil-paragrafu 2, iċ-ċifra "77 ECU" hija mibdula biċ-ċifra "85 ECU".

Artikolu 2

1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-miżuri meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sa l-1 ta' Lulju 1989.

2. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bid-disposizzjonijiet li huma jadottaw fil-liġijiet nazzjonali tagħhom sabiex jimplimentaw din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fil-21 ta' Diċembru 1988.

Għall-Kunsill

Il-President

V. Papandreou

[1] ĠU C 102, tas-16.4.1988, pġ. 4 uĠU C 272, tal-21.10.1988, pġ. 6.

[2] ĠU C 235, tat-12.9.1988, pġ. 138.

[3] ĠU C 95, tal-11.4.1988, pġ. 11.

[4] ĠU L 133, ta' l-4.6.1969, pġ. 6.

[5] ĠU L 78, ta' l-20.3.1987, pġ. 53.

--------------------------------------------------