31988L0661



Official Journal L 382 , 31/12/1988 P. 0036 - 0038
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 28 P. 0096
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 28 P. 0096


Id-Direttiva tal-Kunsill

tad-19 ta’ Diċembru 1988

dwar l-istandards żootekniċi applikabbli għal tnissil ta’ annimali ta’ l-ispeċi tal-majjal

(88/661/KEE)

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b’mod partikulari l-Artikolu 43 tieghu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3],

Billi t-tnissil u l-produzzjoni ta’ annimali ta’ l-ispeċi tal-majjal jokkupaw post importanti fl-agrikultura tal-Komunità; billi huma jistgħu jkunu għajn ta’ dħul għal parti mill-populazzjoni agrikola;

Billi produzzjoni ta’ annimali ta’ l-ispeċi tal-majjal għandha tkun inkuraġġita; billi riżultati sodisfaċenti f’dan il-qasam jiddependu ħafna fuq l-użu ta’ annimali ta’ razza pura jew ibridi għal tnissil;

Billi l-biċċa l-kbira ta’ l-Istati Membri sissa għamlu ħilithom, bħala parti mill-policies tat-tnissil nazzjonali tagħhom, biex jippromwovu l-produzzjoni ta’ bhejjem li jissodisfaw standards żootekniċi speċifiċi; billi l-esżistenza ta’ differenzi fl-implimentazzjoni ta’ dawn il-policies tista xxekkel kummerċ intra-komunitarju;

Billi, jekk dawn id-differenzi għandhom jitneħħew, u b’hekk tiżdied il-produttività agrikola f’dan is-settur, kummerċ intra-komunitarju fil-majjal tat-tnissil għandu jkun bil-mod il-mod liberalizzat; billi l-liberalizzazzjoni totali tal-kummerċ tippreżumi iktar armonizzazzjoni sussegwenti, b’mod partikolari fir-rigward ta’ approvazzjoni għal tnissil u kriterji li jirregolaw ir-reġistrazzjoni fil-kotba tal-merħliet jew reġistri;

Billi għandu jkun possibbli għall-Istati Membri li jirrikjedu li ċertifikati magħmulin skond proċedura tal-Komunità jkunu ppreżentati;

Billi għandhom jittieħdu miżuri ta’ implimentazzjoni; billi, għall-applikazzjoni ta’ miżuri bħal dawn, proċedura għandha tkun stabbilita li tistabbilixxi koperazzjoni mill-qrib bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni fi ħdan il-Kumitat Permanenti dwar Zooteknika stabbilit mill-Kunsill bid-Deċiżjoni Nru 77/505/KEE [4];

Billi, sakemm ikun hemm iktar deċiżjonijiet mill-Kummissjoni, l-Istati Membri jistgħu jissoktaw japplikaw id-dispożizzjonijiet nazzjonali tagħhom skond ir-regoli ġenerali preskritti fit-Trattat;

Billi għandu jkun żgurat li majjali għat-tnissil ma jistgħux ikunu importati minn pajjiżi mhux membri soġġetti għal kondizzjonijiet li huma iktar favorevoli minn dawk applikati ġewwa l-Komunità;

Billi, filwaqt li għandu jinżamm fil-moħħ il-kondizzjonijiet speċjali li jeżistu fi Spanja u l-Portugall, dispożizzjonijiet għandhom isiru għal limitu ta’ żmien itwal għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

KAPITOLU I

Definizzjonijiet

Artikolu 1

Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw:

(a) majjal ta’ razza pura għat-tnissil: kull animal ta’ l-ispeċi tal-majjal, li l-ġenituri u n-nanniet tiegħu jkunu ddaħħlu jew ġew irreġistrati fi ktieb tal-merħliet ta’ l-istess tnissil u li hu nnifsu ddaħħal jew ġie rreġistrat u eliġibbli għad-dħul fi ktieb tal-merħliet bħal dan:

(b) majjal ibridu għat-tnissil: kull animal ta’ l-ispeċi tal-majjal li jissodisfa l-kriterji li ġejjin:

1. huwa prodott bi tnissil imħallat:

- bejn majjal ta’ razza pura għat-tnissil ta’ nisel jew linji ta’ razza differenti,

- bejn annimali li huma nfushom huma r-riżultat ta’ taħlit ta’ nisel jew linji ta’ razza differenti,

- jew bejn annimali ta’ razza pura u annimali li jappartienu lill-waħda jew oħra tal-kategoriji ta’ kif hemm iktar il fuq;

2. għandu jiddaħħal f’reġistru;

(ċ) ktieb-tal-merħliet: kull ktieb, file jew medium ta’ data:

- li jinżamm jew minn assoċjazzjoni ta’ min irabbi uffiċjalment approvata mill-Istat Membru li fih dik l-assoċjazzjoni hija mwaqqfa jew b’servizz uffiċjali ta’ l-Istat Membru kkonċernat,

Madankollu, l-Istati Membri jistgħu wkoll jipprovdu li jinżamm minn organizzazzjoni tat-tnissil uffiċjalment approvata mill-Istat Membru li fih dik l-organizzazzjoni hija stabbilita,

- li fih majjali ta’ razza pura għat-tnissil ta’ nisel speċifikat għandhom jiddaħħlu jew ikunu rreġistrati billi jissemmew l-antenati tagħhom;

(d) reġistru: kull ktieb, file jew medium ta’ data:

- li jinżamm jew minn assoċjazzjoni ta’ min irabbi, organizzazzjoni tat-tnissil jew impriża privata uffiċjalment approvati mill-Istat Membru li fih dik l-assoċjazzjoni, organizzazzjoni jew impriża hija stabbilita, jew b’servizz uffiċjali ta’ l-Istat Membru inkwestjoni,

- li fih majjali ibridi għat-tnissil jiddaħħlu u jissemmew l-antenati tagħhom.

KAPITOLU II

Regoli li jirregolaw kummerċ intra-komunitarju f’majjali ta’ razza pura għat-tnissil

Artikolu 2

1. L-Istati Membri jistgħu ma jipprojbixxux, ma jirrestrinġux jew jimpedixxu fuq bażi żooteknika:

- kummerċ intra-komunitarju f’majjali ta’ razza pura għat-tnissil jew fl-isperma, ova u embrijuni tagħhom,

- it-twaqqif ta’ kotba tal-merħliet, sakemm jissodisfaw il-kondizzjonijiet preskritti skond l-Artikolu 6,

- l-approvazzjoni uffiċjali ta’ l-assoċjazzjonijiet ta’ min irabbi jew organizzazzjonijiet għat-tnissil kif hemm riferenza għalihom fl-Artikolu 1(ċ), li jwaqqfu u jżommu kotba tal-merħliet skond l-Artikolu 6.

2. Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jissoktaw japplikaw id-dispożizzjonijiet nazzjonali tagħhom li jikkonformaw mar-regoli ġenerali tat-Trattat sad-dħul fis-seħħ tad-deċiżjonijiet rilevanti tal-Komunità li jirreferu għalihom l-Artikoli 3, 5u 6.

Artikolu 3

Il-Kunsill, jaġixxi b’maġġoranza kkwalifikata fuq proposta tal-Kummissjoni, għandu jadotta mhux iktar tard mill-31 ta’ Diċembru 1990 dispożizzjonijiet tal-Komunità għall-approvazzjoni ta’ majjali ta’ razza pura għar-refgħa.

Artikolu 4

1. Assoċjazzjonijiet ta’ min irabbi u/jew organizzazzjonijiet għat-tnissil li jirreferi għalihom l-Artikolu 1(ċ) li huma uffiċjalment approvati minn Stat Membru u/jew is-servizz uffiċjali ta’ Stat Membru jista’ ma jopponix id-dħul fil-kotba tal-merħliet tagħhom ta’ majjali ta’ razza pura għat-tnissil minn l-Istati Membri oħra, sakemm jissodisfaw ir-rikjesti preskritti skond l-Artikolu 6.

2. Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jirrikjedu jew jippermettu ċerti majjali ta’ razza pura għat-tnissil mibgħuta minn Stat Membru ieħor u li għandhom karatteristiċi speċifiċi li jiddistingwuhom minn popolazzjoni ta’ l-istess nisel fl-Istat Membru destinatur jiddaħħlu f’sezzjoni separata tal-ktieb tal-merħliet għan-nisel li jappartjienu għalihom.

Artikolu 5

L-Istati Membri jistgħu jirrikjedu majjali ta’ razza pura għat-tnissil u l-isperma, ova u embrijuni ta’ annimali bħal dawn li jkunu akkompanjati fil-ħin tal-marketing tagħhom b’ċertifikati magħmula skond l-Artikolu 6.

Artikolu 6

I. Dan li ġej għandu jkun iddeterminat skond il-proċedura preskritta fl-Artikolu 11:

- metodi għall-immonitorjar ta’ l-abbiltà u stima tal-valur ġenetiku ta’ majjali ta’ razza pura għat-tnissil,

- il-kriterji li jirregolaw it-twaqqif ta’ kotba tal-merħliet,

- il-kriterji li jirregolaw dħul fil-kotba tal-merħliet,

- il-kriterji għal approvazzjoni u sorveljanza ta’ assoċjazzjonijiet ta’ dawk li jrabbu u/jew organizzazzjonijiet ta’ tnissil kif jirreferi għalihom l-Artikolu 1(ċ) li jwaqqfu jew iżommu kotba tal-merħliet,

- iċ-ċertifikat imsemmi fl-Artikolu 5.

2. Sad-dħul fis-seħħ tad-dispożizzjonijiet li jipprovdi għalihom il-paragrafu 1, l-immonitorjar li jirriferi għalih l-ewwel inċiż tal-paragrafu 1 uffiċjalment eżegwit f’kull Stat Membru u l-kotba tal-merħliet għandhom ikunu rikonoxxuti minn l-Istati Membri oħra.

KAPITOLU III

Regoli li jirregolaw kummerċ intra-komunitarju f’majjali ibridi għat-tnissil

Artikolu 7

1. L-Istati Membri jistgħu ma jipprojbixxux, ma jirrestrinġux jew jimpedixxu għal raġunijiet żootekniċi:

- kummerċ intra-komunitarju f’majjali ibridi għat-tnissil jew l-isperma, l-ova u l-embrijuni ta’ annimali bħal dawn,

- it-twaqqif ta’ reġistri, sakemm jissodisfaw il-kondizzjonijiet preskritti skond l-Artikolu 10,

- l-approvazzjoni uffiċjali ta’ l-assoċjazzjonijiet ta’ min irabbi u/jew organizzazzjonijiet għat-tnissil u/jew impriżi privati kif jirreferi għalihom l-Artikolu 1(d) li jistabbilixxu jew iżommu reġistri skond l-Artikolu 10.

2. Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jissoktaw japplikaw id-dispożizzjonijiet nazzjonali tagħhom li jikkonformaw mar-regoli ġenerali ta’— Trattat sad-dħul fis-seħħ tad-deċiżjonijiet rile vanti tal-Komunità li jirriferu għalihom l-Artikoli 8, 9 u 10.

Artikolu 8

Il-Kunsill li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata fuq proposta tal-Kummissjoni għandu, mhux iktar tard mill-31 ta’ Diċembru 1990, jadotta dispożizzjonijiet tal-Komunità għall-approvazzjoni ta’ majjali ibridi għar-refgħa biex inisslu.

Artikolu 9

L-Istati Membri jistgħu jirrikjedu majjali ibridi għat-tnissil u l-isperma, l-ova u l-embrijuni ta’ annimali bħal dawn li jkunu akkompanjati f’ħin il-marketing b’ċertifikati magħmula skond l-Artikolu 10.

Artikolu 10

1. Dan li ġej għandu jkun iddeterminat skond il-proċedura preskritta fl-Artikolu 11:

- metodi ta’ mmonitorjar ta’ abbiltà u stima tal-valur ġenetiku ta’ majjali ibridi għat-tnissil,

- il-kriterji li jirregolaw it-twaqqif ta’ reġistri,

- il-kriterji li jirregolaw id-dħul f’reġistri,

- il-kriterji li jirregolaw l-approvazzjoni u l-immonitorjar ta’ assoċjazzjonijiet u organizzazzjonijiet għat-tnissil u/jew impriża privati kif jirriferi għalihom l-Artikolu 1(d), li jwaqqfu jew iżommu reġistri,

- iċ-ċertifikat imsemmi fl-Artikolu 9.

2. Sad-dħul fis-seħħ tad-dispożizzjonijiet li jipprovdi għalihom il-paragrafu I, l-immonitorjar li jirriferi għalih l-ewwel inċiż tal-paragrafu 1 uffiċjalment eżegwit f’kull Stat Membru u r-reġistri għandhom ikunu rrikonoxxuti mill-Istati Membri l-oħra.

KAPITOLU IV

Dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 11

1. Meta l-proċedura preskritta f’dan l-Artikolu għandha tkun użata, materji għandhom ikunu riferuti mill-president, jew binizjattiva proprja jew wara talba ta’ Stat Membru, lill-Kumitat Permanenti dwar Zooteknika (minn hawn il quddiem imsemmi bħala "il-kumitat") imwaqqaf mid-Deċiżjoni 77/505/KEE.

2. Ġewwa l-Kumitat il-voti ta’ l-Istati Membri għandhom ikunu mwieżna kif jipprovdi l-Artikolu 148(2) tat-Trattat. Il-president m’għandux jivvota.

3. Ir-rapprezentant tal-Kummissjoni għandu jissottometti abbozz tal-miżuri li għandhom ikunu adottati. Il-Kumitat għandu jagħti l-opinjoni tiegħu dwar materji bħal dawn fi żmien limitu stabbilit mill-president skond l-urġenza tal-materji kkonċernati. Opinjonijiet għandhom jingħataw b’maġġoranza ta’ 54 vot.

4. Il-Kummissjoni għandha tadotta l-miżuri u tapplikahom immedjatament fejn huma skond l-opinjoni tal-Kumitat.

Jekk il-miżuri proposti mhumiex skond l-opinjoni tal-Kumitat, jew jekk l-ebda opinjoni ma tkun ingħatat, il-Kummissjoni għandha bla dewmien tipproponi lill-Kunsill il-miżuri li għandhom ikunu adottati.

Il-Kunsill għandu jadotta l-miżuri b’maġġoranza kwalifikata. Jekk, fi żmien tliet xhur mid-data li fiha l-proposta tkun sottomessa lilu, il-Kunsill ma jkunx adotta miżuri, il-Kummissjoni għandha tadotta l-miżuri proposti u tapplikahom immedjatament.

Artikolu 12

Sa l-implimentazzjoni tar-regolamenti tal-Komunità dwar is-suġġett, il-kondizzjonijiet żootekniċi applikabbli għal importazzjonijiet ta’ majjali ta’ razza pura u ibridi għat-tnissil minn pajjiżi terzi m’għandhomx ikunu iktar favorevoli minn dawk li jirregolaw kummerċ intra-komunitarju.

Artikolu 13

L-Istati Membri għandhom iġibu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’din id-Direttiva mhux iktar tard mill-1 ta’ Jannar 1991. Huma għandhom mill-ewwel jinformaw lill-Kummissjoni b’dan.

Madankollu r-Renju ta’ Spanja u r-Repubblika Portugiża għandhom jiddisponu minn sentejn oħra biex fihom jikkonformaw ma’din id-Direttiva, ħlief f’każijiet fejn il-Kunsill, li jaġixxi b’maġġoranza kkwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni, jiddeċiedi li jestendi d-deroga.

Artikolu 14

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fid-19 ta’ Diċembru 1988.

Għall Kunsill

Il-President

Y. Pottakis

[1] ĠU C 44, tal-21.2.1980, p. 12.

[2] ĠU C 147, tas-16.6.1980, p. 3.

[3] ĠU C 182, tal-21.7.1980, p. 5.

[4] ĠU L 206, tat-12.8.1977, p. 11.

--------------------------------------------------