31988L0414



Official Journal L 200 , 26/07/1988 P. 0034 - 0036
Finnish special edition: Chapter 13 Volume 17 P. 0108
Swedish special edition: Chapter 13 Volume 17 P. 0108


Id-Direttiva tal-Kummissjoni

tat-22 ta’ Ġunju 1988

li tadatta għall-progress tekniku d-Direttiva tal-Kunsill 80/720/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li jirrigwardjaw l-ispazju għall-manuvrar, l-aċċess għall-posizzjoni tas-sewqan u l-bibien u t-twieqi ta’ tratturi bir-roti għall-agrikoltura u għall-foresterija

(88/414/KEE)

IL-KUMMISJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 74/150/KEE ta’ l-4 ta’ Marzu 1974 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mal-approvazzjoni tat-tip ta’ tratturi bir-roti [1], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 88/297/KEE [2] u partikolarment Artikolu 11 tagħha,

Billi, in vista ta’ l-esperjenza miksuba, huwa issa possibbli li ċerti disposizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 80/720/KEE [3], kif emendata bid-Direttiva 82/890/KEE [4] jsiru aktar preċiżi u kompleti;

Billi, l-miżuri li hemm provvediment dwarhom f’din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat dwar l-Adattazzjoni għal Progress Tekniku tad-direttivi li għandhom bħala għan li jitneħħew il-barrieri għall-kummerċ fis-settur tat-tratturi għall-agrikoltura jew għall-foresterija,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Anness I tad-Direttiva 80/720/KEE huwa hawnhekk emendat skond l-Anness ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 2

1. Mill-1 ta’ Ottubru 1988 l-ebda Stat Membru ma jista’:

- jiċħad, li fir-rigward ta’ tip ta’ trattur, li jagħti l-approvazzjoni tat-tip KEE, li joħroġ id-dokument li hemm referenza dwaru f’Artikolu 10 (1), l-aħħar inċiż tad-Direttiva 74/150/KEE, jew jagħti l-approvazzjoni tat-tip nazzjonali; jew

- jibrojbixxi d-dħul fis-servizz ta’ tip ta’ trattur jew tratturi, li l-ispazju għall-manuvrar, l-aċċess għall-pożizzjoni tas-sewqan, il-bibien u t-twieqi tagħhom ikunu konformi mad-disposizzjonijiet ta' din id-Direttiva.

2. Mill-1 ta’ Ottubru 1989, l-Istati Membri:

- m’għandhomx joħorġu d-dokument li hemm referenza dwaru f’Artikolu 10 (1), l-aħħar inċiż, tad-Direttiva 74/150/KEE fir-rigward ta’ tip ta’ trattur, li l-ispazju għall-manuvrar, l-aċċess għall-pożizzjoni tas-sewqan, il-bibien u t-twieqi tiegħu li ma jkunux konformi mad-disposizzjonijiet ta' din id-Direttiva;

- jista’ jirrifjuta li joħroġ approvazzjoni tat-tip nazzjonali fir-rigward ta' tip ta' trattur, li l-ispazju għall-manuvrar, l-aċċess għall-pożizzjoni tas-sewqan, il-bibien u t-twieqi tiegħu li ma jkunux konformi mad-disposizzjonijiet ta' din id-Direttiva.

Artikolu 3

L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ id-disposizzjonijiet meħtieġa biex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Settembru 1988. Huma għandhom jinfurmaw b’dan lill-Kummissjoni minnufih.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, it-22 ta’ Ġunju 1988.

Għall-Kummissjoni

Cockfield

Viċi-President

[1] ĠU Nru L 84, 28. 3. 1974, p. 10.

[2] ĠU Nru L 126, 20. 5. 1988, p. 52.

[3] ĠU Nru L 194, 28. 7. 1980, p. 1.

[4] ĠU Nru L 378, 31. 12. 1982, p. 45.

--------------------------------------------------

ANNESS

Anness I tad-Direttiva 80/720/KEE huwa emendat kif ġej:

- Fil-punt 1.4, l-ewwel linja,"bl-eċċezzjoni ta’ dawk intiżi biss għad-dħul u l-ħruġ"hija miżjuda wara "pożizzjonijiet tal-kolonna tal-isteering u r-rota tal-isteering".

- Fil-punt 1.7, l-ewwel linja,

"riġidu"hija miżjuda qabel "punt fuq is-saqaf".Is-sentenza li ġejja hija miżjuda:"L-ikkuxxinar jista’ jestendi ‘l isfel sa 1000 mm ‘l fuq mill-punt ta’ referenza tas-seat".

- Il-punt 1.8 ġdid li ġej għandu jiżdied wara l-punt 1.7:

"1.8. Ir-raġġ tal-kurvatura tas-superfiċje bejn il-panew ta’ wara tal-kabina u s-saqaf tal-kabina jista’ jestendi sa massimu ta’ 150 mm."

- Fil-punt III.3"jekk ikun hemm"hija miżjuda wara "Ventilazzjoni (twieqi)".

- Fil-punt III.5, it-tielet paragrafu, l-aħħar linja,"jew biex iċċaqlaqhom"hija miżjuda wara "biex tiftaħhom".

- Il-figuri 1, 2 u 3 huma mibdula bil-figuri 1, 2 u 3 li ġejjin:

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------