31988L0366



Official Journal L 181 , 12/07/1988 P. 0040 - 0044
Finnish special edition: Chapter 13 Volume 17 P. 0072
Swedish special edition: Chapter 13 Volume 17 P. 0072


Id-Direttiva Tal-Kummissjoni

tas-17 ta’ Mejju 1988

dwar l-adattament għall-progress tekniku tad-Direttiva tal-Kunsill 77/649/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-ligijiet ta’ l-Istati Membri rigward il-kamp viżiv ta’ sewwieqa ta’ vetturi bil-mutur

(88/366/KEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill (KEE) Nru 70/156/KEE tas-6 ta’ Frar 1970 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom [1], kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 87/403/KEE [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 11 tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill (KEE) Nru 77/649/KEE tas-27 ta’ Settembru 1977 dwar l-approssimazzjoni tal-ligijiet ta’ l-Istati Membri rigward il-kamp viżiv ta’ sewwieqa ta’ vetturi bil-mutur [3], kif emendat mid-Direttiva 81/643/KEE [4], u b’mod partikolari l-Artikolu 5 tagħha,

Billi d-disinn tal-vettura żviluppa, b’mod partikolari bħala riżultat ta’ l-influwenza ta’ riċerka erodinamika intiża li tekonomizza fuq il-karburant, li ħafna drabi kkawża li postijiet tal-windscreen ikunu konsiderevolment inklinati; billi l-ħtiġiet kurrenti rigward l-ostakolu binokulari minħabba l-postijiet tal-windscreen għandhom jiġu emendati sabiex inaqqsu d-diffikultajiet li jiltaqgħi magħhom il-manifatturi fil-produzzjoni ta’ vetturi li jkollhom koeffiċjenti ottimi ta’ penetrazjoni fl-arja (Cd);

Billi l-esperjenza prattika wriet ukoll il-bżonn li jiġu emendati xi ħtiġiet rigward kondutturi ta’ ‘erjals tar-radju’ u ‘tneħħija tas-silġ/tneħħija taċ-ċpar’ li huma integrali mal-windscreen sabiex jagħmlu possibbli li jiġu akkwistati l-kwalità u t-twettiq ottimu li huma kompatibbli ma’ l-ogħla twettiq ta’ installazzjonijiet tar-radju, u li jippermettu żieda fit-twettiq u l-effiċjenza tat-tneħħija tas-silġ u t-tneħħija taċ-ċpar tal-windscreen waqt li jżommu kwalità ottika tajba u mingħajr ma jostakolaw il-kamp viżiv;

Billi l-miżuri previsti f’din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat dwar l-Addattazzjoni għall Progress Tekniku tad-Direttivi mmirati lejn it-Tneħħija ta’ Ostakoli Tekniċi għan-Negozju fis-Settur ta’ Vetturi bil-Mutur;

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Il-lista ta’ l-Annessi u l-Annessi I u IV mad-Direttiva 77/649/KEE huma emendati skond l-Anness ma’ din id-Direttiva.

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ id-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva mhux iktar tard mill-1 ta’ Ottubru 1988 u għandhom jinformaw lill-Kummissjoni b’dan minnufih.

Artikolu 3

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fis-17 ta’ Mejju 1988.

Għall-Kummissjoni

Cockfield

Viċi-President

[1] ĠU L 42, tat-23.2.1970, p. 1.

[2] ĠU L 220, tat-8.8.1987, p. 44.

[3] ĠU L 267, tad-19.10.1977, p. 1.

[4] ĠU L 231, tal-15.8.1981, p. 41.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

Il-lista ta’ l-Annessi hi emendata kif ġej:"Appendiċi: Figuri 1 u 2" hu miżjud wara l-Anness III,"Appendiċi: Figuri 1 sa 7" hu miżjud wara l-Anness IV.

L-Anness I hu emendat kif ġej:Il-Punti 5.1.2 sa 5.1.2.1.2. huma mibdula bil-punti li ġejjin:

"5.1.2. L-angolu ta’ ostakolu għal kull pilastru "A", kif deskritt fil-punt 5.1.2.1, m’għandux jaqbeż 6° (cf. L-Anness IV, Appendiċi, Figura 3).

L-angolu ta’ ostakolu tal-pilastru "A" fuq in-naħa tal-passiġġier, kif deskritt fil-punt 5.1.2.1.2, m’hemmx bżonn ikun determinat jekk iż-żewġ pilastri huma lokati simmetrikament f’relazzjoni mal-pjan medjan wieqaf lonġitudinali tal-vettura.

5.1.2.1. L-angolu ta’ ostakolu ta’ kull pilastru "A" għandu jitkejjel billi jiġu superimposti fi pjan żewġ sezzjonijiet orizzontali li ġejjin:

Sezzjoni 1 : Billi tibda mill-punt Pm li qiegħed fil-post definit fil-punt 5.3.1.1, pinġi pjan li jifforma angolu ta’ 2° ‘il fuq f’relazzjoni ma’ l-pjan orizzontali li jgħaddi ‘l quddiem minn Pm. Iddetermina s-sezzjoni orizzontali tal-pilastru "A" li tibda mill-punt l-iktar lil hinn ta’ l-intersezzjoni tal-pilastru "A" u l-pjan inklinat (cf. l-Anness IV,l-Appendiċi, il-Figura 2).

Sezzjoni 2 : Irrepeti l-istess proċedura, billi tieħu pjan li jinżel f’angolu ta’ 5° ‘l isfel f’relazzjoni ma’ l-pjan orizzontali li jgħaddi ‘l quddiem minn Pm (cf. L-Anness IV, l-Appendiċi, il-Figura 2).

5.1.2.1.1. L-angolu ta’ ostakolu tal-pilastru "A" fuq in-naħa tas-sewwieq huwa l-angolu ffurmat fuq il-viżta tal-pjan minn parallel, li jibda minn E2, għat-tanġent li jgħaqqad E1 mat-tarf ta’ barra tas-Sezzjoni S2 u t-tanġent li jgħaqqad E2 mat-tarf ta’ ġewwa tas-Sezzjoni S1 (cf. L-Anness IV, l-Appendiċi, il-Figura 3).

5.1.2.1.2. L-angolu ta’ ostakolu tal-pilastru "A" fuq in-naħa tal-passiġġier huwa l-angolu ffurmat fuq il-viżta tal-pjan mit-tanġent li jgħaqqad E3 mat-tarf ta’ ġewwa tas-Sezzjoni S1 u parallel, li jibda minn E3, għat-tanġent li jgħaqqad E4 mat-tarf ta’ barra tas-Sezzjoni 2 (cf. L-Anness IV, l-Appendiċi, il-Figura 3)"

.Il-punt 5.1.3. hu mibdul b’dan li ġej:

"5.1.3. Minbarra l-ostakoli maħluqa mill-pilastri "A", il-vireg ta’ diviżjoni tal-ventilatur jew tat-tieqa tal-ġenb, fissi jew mobbli, l-erjals ta’ barra tar-radju,il-mira li minnhom tara wara u l-wipers tal-windscreen, m’għandu jkun hemm ebda ostakolu fil-kamp viżiv tas-sewwieq 180° ‘il quddiem taħt il-pjan orizzontali li jgħaddi minn V1, u fuq tliet pjanijiet minn V2, wieħed perpendikolari għall-pjan X - Z u li jinklina ‘l quddiem 4° taħt l-orizzontal, u t-tnejn l-oħra perpendikolari għall-pjan Y - Z u li jinklinaw 4° taħt l-orizzontal (ara l-Anness IV, Figura 4).

Dawn li ġejjin mhumiex ikkunsidrati bħala ostakoli għall-kamp viżiv:

- kondutturi ta’ "erjals tar-radju" imdaħħla jew stampati:

- kondutturi idaħħla: 0,5 millimetri,

- kondutturi stampati: 1,0 millimetri.

Dawn il-kondutturi ta’ "erjals tar-radju" m’għandhomx jaqsmu ż-żona A, kif definita fid-Direttiva 78/318/KEE, rigward is-sistemi tal-wiper u l-washer tal-vetturi bil-mutur [1]. Madanakollu, tliet kondutturi ta’ "erjal tar-radju" jistgħu jaqsmu ż-żona A jekk il-wisa’ tagħhom ma jaqbiżx iż-0,5 millimetri.

- fi ħdan żona A kondutturi ta’ "tneħħija tas-silġ/tneħħija taċ-ċpar" normalment f’ "żigżag" jew f’forma sinusojdali li jkollhom id-dimensjonijiet li ġejjin:

- il-wisa’ massima viżibbli: 0,030 millimetri,

- id-densità massima tal-konduttur:

- jekk il-kondutturi huma wieqfa: 8/cm,

- jekk il-kondutturi huma orizzontali: 5/cm."

Il-punt 5.1.3.1.1 hu mibdul b’dan li ġej:

"5.3.1.1. It-tabella II tqiegħed il-koordinati bażi għal angolu tad-dahar tas-sedil iddisinjat ta’ 25°. Id-direzzjoni pożittiva tal-koordinati hi mniżżla fl-Anness IV, l-Appendiċi, il-Figura 1.

Il-punt Pm huwa l-punt ta’ intersezzjoni bejn il-linja dritta P1, P2 u l-pjan wieqaf longitudinali li jgħaddi mill-punt R.

TABELLA II

Il-Punt P | X | Y | Z |

P1 | 35 mm | - 20 mm | 627 mm |

P2 | 63 mm | 47 mm | 627 mm |

Pm | 43,36 mm | 0 mm | 627 mm" |

Il-punt 5.5.2. hu mibdul b’dan li ġej:

"5.5.2. Il-linja dritta li tgħaqqad E1 u E2 hi mdawwra madwar P1 sakemm it-tanġent li jgħaqqad E1 mat-tarf ta’ barra tas-Sezzjoni 2 tal-pilastru-A fuq in-naħa tas-sewwieq hu normali mal-linja dritta E1 - E2 (cf. L-Anness IV, l-Appendiċi, il-Figura 3)."

Il-punti 5.5.2.1 u 5.5.2.2 huma mħassra.Il-punt 5.5.4. hu mibdul b’dan li ġej:

"5.5.4. Il-linja dritta E3 - E4 hi mdawwra madwar P2 sakemm it-tanġent li jgħaqqad E4 mat-tarf ta’ barra tas-Sezzjoni 2 tal-pilastru A fuq in-naħa tal-passiġġier hu normali mal-linja dritta E3 - E4 (cf. L-Anness IV, l-Appendiċi, il-Figura 3)"

.Il-punt 6.1.4 hu mibdul b’dan li ġej:

"6.1.4. L-angolu ta’ ostakolu (ara 5.1.2) għandu jitkejjel fil-pjanijiet inklinati kif indikat fl-Anness IV, l-Appendiċi, il-Figura 2. Ir-relazzjoni bejn P1 u P2, li huma konnessi ma’ E1 u E2, u E3 u E4, rispettivament, hi murija fl-Anness IV, l-Appendiċi, il-Figura 5."

Il-punt 6.1.4.1 u 6.1.4.2 huma mibdula b’dan li ġej:

"6.1.4.1. Il-linja dritta E1 - E2 għandha titqiegħed kif deskritt f’ 5.5.2. L-angolu ta’ l-ostakolu tal-pilastru A fuq in-naħa tas-sewwieq imbagħad jitkejjel kif speċifikat fil-punt 5.1.2.1.1.

6.1.4.2. Il-linja dritta E3 - E4 għandha titniżżel kif deskritt f’5.5.4. L-angolu ta’ ostakolu tal-pilastru A fuq in-naħa tal-passiġġier għandu imbagħad jitkejjel kif speċifikat fil-punt 5.1.2.1.2."

Il-punt il-ġdid 6.1.5 kif ġej hu miżjud:

"6.1.5. Il-manifattur jista’ jkejjel l-angolu ta’ ostakolu jew fuq il-vettura jew fit-tpinġijiet. F’każ ta’ dubju is-servizzi tekniċi jistgħu jeħtieġu li t-testijiet jitwettqu fuq il-vettura."

L-Anness IV hu emendat kif ġej:Daħħal "Appendiċi" qabel il-figuri.Il-Figura 2 għandha tiġi mibdula bil-Figura 2 li ġejja:

+++++ TIFF +++++

Il-Figura 3 il-ġdida li ġejja hi miżjuda wara l-Figura 2:

+++++ TIFF +++++

Il-figuri 3 4 5 u 6 isiru l-figuri 4 5 6 u 7 rispettivament

[1] ĠU L 81, tat-28.3.1978, p. 49.

--------------------------------------------------