Official Journal L 105 , 26/04/1988 P. 0011 - 0014
Finnish special edition: Chapter 13 Volume 17 P. 0058
Swedish special edition: Chapter 13 Volume 17 P. 0058
L-għaxar Direttiva Tal-Kummissjoni tat-2 ta’ Marzu 1988 li tadatta għall-progress tekniku Annessi II, III, IV u VI tad-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-prodotti kosmetiċi (88/233/KEE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ekonomika Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE tas-27 ta’ Lulju 1976 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-prodotti kosmetiċi [1], kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 87/137/KEE [2], u b’mod partikolari Artikolu 8(2) tagħha, Billi, fuq il-bażi ta’ l-informazzjoni issa disponibbli, ċerti koloranti, sustanzi jew preservattivi li huma permissibbli temporanjament jistgħu isiru definittivament permissibbli, waqt li oħrajn għandhom jiġu definittivament ipprojbiti jew ikunu permissibbli għall-perijodu ieħor speċifiku; Billi, in vista tal-protezzjoni tas-saħħa pubblika, huwa meħtieġ li jkun ipprojbit l-użu ta’ 3,4,5-tribromosalicylanilide, Phytolacca spp. u l-preparazzjonijiet tagħhom, l-aċidu tar-retinojku u ċerti sustanzi taż-żebgħa tax-xagħar; Billi, in vista tal-protezzjoni tas-saħħa pubblika, hemm il-ħtieġa li jiġu adottati dispożizzjonijiet li jikkonċernaw l-istruzzjonijiet għall-użu u t-twissijiet obbligatorji ta’ fuq it-tikketti fuq prodotti kosmetiċi li jkun fihom l-aċidu thioglycollic u l-imluħa u l-esteri tiegħu; Billi fuq il-bażi ta’ l-informazzjoni disponibbli, huwa meħtieġ li jkun estiż il-qasam ta’ l-applikazzjoni tal-quinolin-8-ol u s-sulfat tal-bis (8-hydroxyquinolium): Billi, fid-dawl tar-riżultati xjentifiċi u tekniċi l-aktar reċenti, l-użu ta’ l-aċidu etidroniku u l-imluħa tiegħu għal kura tax-xagħar u f’sapun speċifiku jista’ jiġi awtorizzat taħt ċerti kondizzjonijiet; Billi huwa meħtieġ li jkunu ipprojbiti l-użi l-oħrajn tal-preservattiv chlorphenesin; Billi l-miżuri li hemm provvediment għalihom f’din id-Direttiva huma bi qbil ma’ l-opinjoni tal-Kumitat għall-Adattazzjoni għall-Progress Tekniku tad-Direttivi għat-Tneħħija ta’ l-Ostakoli Tekniċi fil-Kummerċ tas-Settur tal-Kosmetika, ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA: Artikolu 1 Id-Direttiva 76/768/KEE hija hawnhekk emendata kif ġej: 1. F’Anness II: - ħassar ‘apparti milli bħala impuritajiet ta’ tribromosalicylanilide bi qbil mal-kriterji stabbiliti f’Anness IV (il-Parti 1)’ fi 350 u 351; - ħassar ‘apparti milli bħala impurità ta’ hexachlorophene taħt il-kondizzjonijiet li hemm provediment għalihom f’Anness VI, il-Parti 1, il-punt 6’ fi 367; - żid in-numri li ġejjin: - "3,4’,5- Tribromosalicylanide (Tribromsalan) - Phytolacca spp. u l-preparazzjonijiet tagħhom - Tretinoin* (l-aċidu tar-retinojku u l-imluħa tiegħu) - 1-Methoxy-2,4-diaminobenzene (2,4-diaminoanisole - CI 76050) - 1-Methoxy-2,5-diaminobenzene (2,5-diaminoanisole) - Koloranti CI 12140 - Koloranti CI 26105 - Koloranti CI 42555 Koloranti CI 42555-1 Koloranti CI 42555-2" 2. F’Anness III, il-Parti 1: - ibdel in-Numri 2 u 51 bi: "a | b | ċ | d | e | f | 2a | Aċidu Thioglycollic u l-imluħ tiegħu. | (a)Prodotti għall-waving u l-illixxar tax-xagħar: | | (a) (b) (ċ): L-istruzzjonijiet għall-użu mħejjija fil-lingwa/i nazzjonali jew uffiċjali għandhom jinkludu obligatorjament is-sentenzi li ġejjin: Evita l-kuntatt mal-għajnejnFil-każ ta’ kuntatt mal-għajnejn laħlaħ immedjatament b’ħafna ilma u ħu parir medikuIlbes ingwanti adatti (a) u (ċ) biss) | (a): Fih thioglycolateSegwi l-istruzzjonijietŻomm ‘il bogħod mit-tfalGħall-użu professjonali biss (b) u (ċ): Fih thioglycolateSegwi l- istruzzjonijietŻomm il-bogħod mit-tfal | —użu ġenerali | —8 % lest għall-użupH 7 sa 9,5 | —użu professjonali | —11 % lest għall-użupH 7 sa 9,5 | (b)Depilatorji | —5 % lest għall-użupH 7 sa 12,7 | (ċ)Prodotti oħra tal-kura tax-xagħar li jkunu mneħħija wara l-applikazzjoni | —2 % lest għall-użupH 7 sa 9,5 Il-persentaġġi t’hawn fuq huma ikkalkulati bħala aċidu thioglycollic | 2b | L-Esters ta’ l-aċidu thioglycollic | Prodotti għall-waving u l-illixxar tax-xagħar: | | L-istruzzjonijiet għall-użu mħejjija fil-lingwa/i nazzjonali jew uffiċjali għandhom jinkludu obligatorjament is-sentenzi li ġejjin: Jista jikkawża sensibilizzazzjoni jekk jiġi f’kuntatt mal-ġildaEvita kuntatt mal-għajnejnJekk tmiss mal-għajnejn laħlaħ mil-ewwel bl-ilma u ħu parir medikuIlbes ingwanti adatti | Fih it-thioglycolateSegwi l-istruzzjonijietŻomm il-boghod mit-tfalGħall-użu professjonali biss’ | | | —użu ġenerali | —8 % lest għall-użupH 6 sa 9,5 | | | —użu professjonali | —11 lest għall-użupH 6 sa 9,5 | | | | Il-persentaġġi t’hawn fuq huma ikkalkulati bħala l-aċidu thioglycollic | ‘51 | Sulfat tal-Quinolin-8-ol u bis (8-hydroxy quinolium) | Stabilizzatur għall-perossidu ta’ l-idrogenu fil- preparazzjonijiet tal-kura tax-xagħar li jitlaħalħu | 0,3 % kalkulat bħala bażi | | | | | Stabilizzatur għall-perossidu ta’ l-idrogenu fil- preparazzjonijiet tal kura tax-xagħar li ma jitlaħalħux | 0,03 % kalkulat bħala bażi" | | | - żid in-Numri 53 u 54: "a | b | ċ | d | e | f | | | 53 | Aċidu etidroniku u l-imluħa tiegħu (l-aċidu hydroxyethylidenedi-phosphonic u l-imluħa tieghu) | (a)Kura tax-xagħar | 1,5 % | espressi bħala aċidu etidroniku | Fih l-aċidu etidroniku | | (b)Sapun | 0,2 % | | | 54 | l-Phyenoxy-propan-2-ol | —Prodotti li jitlaħalħu biss | 2 % | | Bħala preservattiv, ara l-Anness VI, il-Parti 1, Nru 43 | | | | —Projbiti fil-prodotti ta’ l-iġene orali" | | | | | 3. F’Anness III, il-Parti 2: (a) żid il-kolorant l-Aċidu Aħmar 195, flimkien ma’: - kulur: aħmar, - qasam ta’ l-applikazzjoni: 3; (b) ħassar 13065 4. Anness IV, il-Parti 1 hija hawnhekk emendata kif ġej: (a) biddel "tal- 31.12.1987" bi "tal- 31.12.1989" fil-kolonna (g) għan-numri li ġejjin: - Nru 2, 1,1,1-trichloroethane, - Nru 4, 2,2’ dithiobis (pyridine l-oxide), prodott addizzjonali mas-sulfat tal-magnesju triħidrat; (b) ħassar in-Nri 3 u 5 - 3,4’, 5-tribromosalicylanilide u l-phenoxypropan-2-ol 5. F’Anness IV, il-Parti 2: (a) ħassar in-Nri 12700, 44025, 73312 u Aċidu Aħmar 195; (b) biddel "tal- 31.12.1987" bi "tal- 31.12.1988" fil-kolonna "Awtorizzazzjoni valida sal-" fil-każ tan-Nri 13065, 21110, 42535, 44045, 61554 u 73900; (ċ) ħassar il-kliem fil-kolonna ‘Limitazzjonijiet u ħtiġiet oħra’ fil-każ tan-Nru 13065; 6. F’Anness VI – Il-Parti Wieħed: (a) żid in-numri li ġejjin: "a | b | ċ | d | e | 41 | 2-Chloroacetamide | 0,3 % | | Fih il-chloroacetamide | 42 | Chlorhexidine (INN) u d-digluconate, diacetate u d-dihydrochloride (+) taghha. | 0,3 % espress bħala chlorhexidine | | | 43 | l-Phenoxypropan-2-ol | 1,0 | Biss għal prodotti li jitlaħalħu" | | (b) ħassar il-kliem fil-kolonna (d) fil-każ tas-sustanza Nru 19; 7. F’Anness VI, il-Parti 2: (a) ħassar in-numri li ġejjin: 7. 5 – Bromo – 5 – nitro - 1,3 - dioxane, 8. Aċidu undec-10-enoic: l-esteri, l-amidi, il-mono- u l-bis (2-hydroxethyl) amidi u s-sulfosukkinati (+) tagħhom, 10. 2-Chloro-N (hydroxymethyl) acetamide, 11. Pyrithione aluminium camsilate (INNM), 14. 1-Phenoxypropan-2-ol, 18. Hexetidine (INN) (+), 22. 2-Chloroacetamide, 23. 1-Dodecylguanidinium acetate (dodine - ISO) (+), 24. Chlorhexidine (INN) u d-digluconate, diacetate u d-dihydrochloride (+) tiegħu; (b) fil-każ tan-Nru 2, chlorphenesin, ħassar is-simbolu (+) fil-kolonna (b), ibdel 0,5 % bi 0,3 % għal valur tal-konċentrazzjoni fil-kolonna (ċ) u ibdel "tal- 31.12.1987" bi "tal- 31.12.1989" fil-kolonna (f); (ċ) ibdel "tal- 31.12.1987" bi "tal- 31.12.1988" fil-kolonna (f) fil-każ tan-numru li ġej: 16. Benzalkonium chloride (INN), bromide u saccharinate (+); (d) ibdel "tal- 31.12.1987" bi "tal- 31.12.1989" fil-kolonna (f) fil-każ tan-Nru 17, l-[l,3-bis (hydroxymethyl)2,5- dioxoimidazolidin-l-yl] -l,3-bis (hydroxymethyl) urea; (e) fil-każ tan-Nru 21, benzylformal, ibdel l-isem fil-kolonna (b) għal Benzylhemiformal u ibdel "tal- 31.12.1987" bi "tal- 31.12.1989" fil-kolonna (f), Artikolu 2 1. Mingħajr preġudizzju għad-dati ta’ l-awtorizzazzjoni li hemm referenza għalihom f’Artikolu 1(4), (5) u (7), l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jassiguraw li, mill-1 ta’ Jannar 1989 fil-każ tas-sustanzi li hemm referenza għalihom f’Artikolu 1(1), u mill-1 ta’ Jannar 1990 fil-każ tas-sustanzi li hemm referenza għalihom f’Artikolu 1(2), (3), (6) u (7) la l-manifatturi u lanqas l-importaturi stabbiliti fil-Komunità ma jqiegħdu fis-suq prodotti li ma jissodisfawx il-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva. 2. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jassiguraw li l-prodotti li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 1 li fihom is-sustanzi li hemm referenza għalihom f’Artikolu 1(1) u s-sustanzi li hemm referenza għalihom f’Artikolu 1(2), (3), (6) u (7) ma jkunux jistgħu jiġu mibjugħa jew mogħtija aktar lill-konsumatur aħħari wara l-31 ta’ Diċembru 1989 u l-31 ta’ Diċembru 1991, rispettivament. Artikolu 3 1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva mhux aktar tard mit-30 ta’ Settembru 1988. Huma għandhom jinfurmaw minnufih b’dan lill-Kummissjoni. 2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kommissjoni it-test tad-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam irregolat b’din id-Direttiva. Artikolu 4 Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fit-2 ta’ Marzu 1988. Għall-Kummissjoni Grigoris Varfis Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU Numru L 262, tas-27.9.1976, p. 169 [2] ĠU Numru L 56, tas-26.2.1987, p. 20 --------------------------------------------------