31988D0649



Official Journal L 358 , 27/12/1988 P. 0022 - 0024


Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

tal-21 ta' Diċembru 1988

dwar il-konklużjoni tal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tal-Marokk dwar l-importazzjoni ġewwa l-Komunità ta' insalati tal-frott priservat li joriġinaw mill-Marokk

(88/649/KEE)

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari Artikolu 113 tiegħu,

Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni,

Billi l-Ftehim ta' Kooperazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tal-Marokk [1] ġie ffirmat fis-25 ta' April 1976 u daħal fis-seħħ fl-1 ta' Novembru 1978;

Billi l-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tal-Marokk dwar l-importazzjoni ġewwa l-Komunità ta' insalati tal-frott priservat li joriġinaw fil-Marokk għandu jiġi approvat,

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tal-Marokk dwar l-importazzjoni ġewwa l-Komunità ta' insalati tal-frott li joriġinaw fil-Marokk hu b’dan approvat f’ isem il-Komunità.

It-test tal-Ftehim huwa mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill hu b'dan awtoriżżat illi jaħtar il-persuna li jkollha s-setgħa li tiffirma l-Ftehim sabiex torbot lill-Komunità.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Magħmula fi Brussel, fil-21 ta' Diċembru 1988.

Għall-Kunsill

Il-President

V. Papandreou

[1] ĠU L 264, tas-27.9.1978, p. 2.

--------------------------------------------------