31988D0596



Official Journal L 327 , 30/11/1988 P. 0035 - 0035
Finnish special edition: Chapter 11 Volume 14 P. 0168
Swedish special edition: Chapter 11 Volume 14 P. 0168


Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

tal-21 ta' Novembru 1988

li għandha x'taqsam mal-konklużjoni tar-raba' Protokoll Miżjud mal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Istat ta' l-Iżrael

(88/596/KEE)

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 238 tiegħu,

Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

Billi r-raba’ Protokoll Miżjud mal-ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Istat ta' Iżrael [3], iffirmat f'Brussel fil-11 ta' Mejju 1975, għandu jkun approvat,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-raba’ Protokoll Miżjud mal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Istat ta' l-Iżrael hu hawnhekk approvat f'isem il-Komunità.

It-test tal-Protokoll hu anness ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill għandu jagħti n-notifikazzjoni prevvista fl-Artikolu 8 ta' dan il-Protokoll [4]

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Magħmula fi Brussell, fil-21 ta' Novembru 1988.

F'isem il-Kunsill

Il-President

Th. Pangalos

[1] ĠU C 104, tal-21.4.1987, pġ. 8.

[2] ĠU C 290, ta' l-14.11.1988.

[3] ĠU L 136, tat-28.5.1975, pġ. 3.

[4] Ara pġ. 56 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.

--------------------------------------------------