31988D0355



Official Journal L 161 , 28/06/1988 P. 0003 - 0011
Finnish special edition: Chapter 11 Volume 14 P. 0081
Swedish special edition: Chapter 11 Volume 14 P. 0081


Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

tas-7 ta' Ġunju 1998

li taċċetta, f'isem il-Komunità, l-Anness B.2 għall-Konvenzjoni Internazzjonali dwar is-Simplifikazzjoni u l-Armonizzazzjoni tal-Proċeduri Doganali

(88/355/KEE)

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra it-Trattat li jistabilixxi l-Komunita Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 28, 43 u 235 li johroġ minnu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1],

Billi, bid-Deċiżjoni 75/199/KEE [2], il-Komunità kkonkludiet il-Konvenzjoni Internazzjonali dwar is-Simplifikazzjoni u l-Armonizzazzjoni tal-Proċeduri Doganali;

Billi l-aċċettazzjoni ta' l-Annessi għall-Konvenzjoni Internazzjonali dwar is-Simplifikazzjoni u l-Armonizzazzjoni tal-Proċeduri Doganali tikkontribwixxi b'mod effettiv għat-tħaffif u l-iżvilupp tal-kummerċ internazzjonali;

Billi l-Anness B.2, li jikkonċerna tneħħija minn dazju fuq oġġetti importati u taxxi fir-rigward ta' oġġetti dikjarati għall-użu fid-dar, jista' jkun aċċettat mill-Komunità;

Billi l-aċċettazzjoni għandha, iżda, tkun akkumpanjata minn ċerti riservazzjonijiet sabiex tittieħed kunsiderazzjoni tal-ħtiġijiet speċifiċi ta' l-unjoni doganali u l-istadju kurrenti milħuq fl-armonizzazzjoni tal-leġislazzjoni tad-dwana,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

L-Anness B.2 għall-Konvenzzjoni Internazzjonali dwar is-Simplifikazzjoni u l-Armonizzazzjoni tal-Proċeduri Doganali, li jirrigwardaww it-tneħħija minn dazji fuq oġġetti importati u taxxi fir-rigward ta' oġġetti dikjarati għall-użu fid-dar, huma hawnhekk aċċettati f'isem il-Komunità, soġġetti ghal riserva ta' natura ġenerali u reservazzjonijiet fir-rigward ta' Standardi 3, 21, 28 u 34 u prattiċi rakkomandati 10, 16, 18, 19, 20, 23, 27, 29, 32, 33 u 35.

It-test ta' l-Anness B.2, flimkien mar-reservazzjonijiet, huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill għandu jaħtar persuna li għandha s-setgħa li tavża is-Segretarju-Ġenerali tal-Kunsill ta' Kooperazzjoni Doganali dwar l-aċċettazzjoni, mill-Komunità, ta' l-Anness li hemm riferenza għalih fl-Artikolu 1, soġġett għar-reservazzjonijiet msemmija fl-Artikolu msemmi.

Magħmul fil-Lussemburgu, fis-7 ta' Gunju 1988.

Għall-Kunsill

Il-President

M. Bangemann

[1] ĠU C 167, tas-27.8.1968.

[2] ĠU L 100, tal-21.4.1975, p. 1.

--------------------------------------------------

L-ANNESS B.2

L-ANNESS LI JIKKONĊERNA EŻENZJONI MINN DAZJI FUQ OĠĠETTI IMPORTATI U TAXXI DWAR OĠĠETTI DIKJARATI GĦALL-UŻU FID-DAR

INTRODUZZJONI

Il-parti l-kbira tal-pajjiżi jesperjenzaw il-bżonn li jeżentaw mid-dazji fuq oġġetti mportati u taxxi ċerti oġġetti approvati/meħlusa għall-użu fid-dar, irrispettivament mill-klassifikazzjoni tat-tariffi normali tagħhom jew lijabilità normali, iżda li huma mportati f'ċirkostanzi speċifiċi u għal għanijiet speċifiċi. Din l-eżenzjoni tista' tkun prevista fit-tariffa tad-dwana jew tista' tiġi elenkata fil-leġislazzjoni jew regolameni separati.

Eżenzjoni tista' tiġi mogħtija fuq bażijiet filantropiċi jew umanitarji, jew jistgħu jkunu bbażati fuq kunsiderazzjonijiet ta' l-ekwità. Jista' ikun maħsub li tiġi inkoraġġuta l-iżvilupp ta' l-edukazzjoni, xjenza u kultura, jew biex tistimula relazzjonijiet internazzjonali ta' armonija, jew li tkun introdotta sempliċiment għall-konvenjenza amministrattiva, sabiex jiġi evitat infieq li jkun anti-proporzjonali għall-ammonti miġbura. Kultant, anke kunsiderazzjonijiet ekonomiċi jistgħu jiġu kkunsidrati meta tiġi mogħtija din l-eżenzjoni.

L-eżenzjoni imsemmija hawnhekk hij ċara peress illi l-oġġetti jmorru għall-użu tad-dar u mhumiex mqiegħda taħt proċedura doganali u li jagħtu biss eżenzjoni kondizzjonali minn dazji ta' l-importazzjoni u taxxi.

Iżda, għalkemm l-eżenzjoni hija ċara, hemm is-soltu ċerti kundizzjonijiet li jridu jintlaħqu u l-faċilità tista', ta' l-anqas għall-ċertu żmien, tkun soġġetta għal restrizzjonjiet: użu għall-għanijiet approvati, projbizzjoni fuq il-bejgħ, eċċ.

L-eżenzjoni tista' tapplika kemm għal dazji u taxxi ta' l-importazzjoni jew, f'ċerti każijiet, għall-dazji doganali biss.

Dan l-Anness ma fihx lista eżawrijenti tal-eżenzjonijiet varji mogħtija mill-pajjiżi kollha. Ma tkoprix, inter alia, oġġetti importati mill-ġdid fl-istess stat, oġġetti konsumati abbord vapuri, ajruplani u ferroviji internazzjonali jew oġġetti li jinsabu fil-bagalji ta'vjaġġaturi. Lanqas ma tkopri tariffi preferenzjali, kemm jekk mogħtija unilateralment jew taħt ftehim bilaterali jew multilaterali.

DEFINIZZJONIJIET

Għall-għanijiet ta' dan l-Anness:

(a) it-terminu "eżenzjoni minn dazji ta' importazzjoni u taxxi" jfisser żdoganar ta' oġġetti għall-użu fid-dar ħielsa minn dazji ta' importazzjoni u taxxi, irrispettivament mill-klassifikazzjoni tat-tariffa normali tagħhom jew lijabilità normali, iżda li huma importati f'ċirkostanzi speċifiċi u għal għanijiet speċifiċi;

(b) it-terminu "żdoganar għall-użu fid-dar" jfisser proċedura doganali li tipprovdi li oġġetti importati jistgħu jibqgħu permanentement fit-territorju doganali. Din il-proċedura timplika li pagament ta' kwalunkwe dazji ta' importazzjoni u taxxi li għandhom jitħallsu u t-twettieq tal-formalitajiet doganali neċessarji;

(ċ) it-terminu "dazji ta' importazzjoni u taxxi" jfisser dazji doganali u d-dazji taxxi, miżati u tariffi l-oħra kollha, miġbura fuq jew in konnessjoni mal-importazzjoni ta' oġġetti imma li ma jinkludux miżati u tariffi li huma limitati fl-ammont għan-nefqa approssimattiva tas-servizzi mogħtija;

(d) it-terminu "dazji tad-dwana" jfisser id-dazji mniżżla fit-tariffa tad-dwana, li għaliha huma soġġetti oġġetti waqt id-dħul tagħhom fit-territorju doganali;

(e) it-terminu "sigurtà" jfisser dak li jassigura għas-sodisfazzjon tad-dwana li l-obbligu tad-dwana jiġi sodisfatt;

(f) it-terminu "persuna" jfisser kemm persuni naturali u legali, kemm il-darba il-kuntest ma jirrikjedix mod ieħor.

PRINĊIPJI

1. Standard

Eżenzjoni minn dazji ta' l-importazzjoni u taxxi fir-rigward ta' oġġetti dikjarati għall-użu fid-dar għandu jkun regolat mid-dispożizzjonijiet ta' dan l-Anness.

2. Standard

Leġislazzjoni nazzjonali għandha tispeċifika ċ-ċirkostanzi u tkabbar tenumera l-każijiet li fihom eżenzjoni minn dazji ta' l-importazzjoni u taxxi huwa mogħti u għandha tippreskrivi l-ħtiġijiet li għandhom jintlaħqu biex jikkwalifikaw għal eżenzjoni bħal din.

3. Standard

Eżenzjoni minn dazji ta' importazzjoni u taxi għandha tkun awtorizzata mhux biss għal oġġetti mportati direttament minn barra iżda wkoll għal oġġetti li huma taħt proċedura oħra ta' dwana.

4. Prattika Rikkmandata

Ħlief fejn strument internazzjonali jipprovdi għal reċiproċità, eżenzjoni minn dazji ta' l-importazzjoni u taxxi għandha tkun mogħtija mingħajr kunsiderazzjoni għall-pajjiż ta' l-oriġini ta' l-oġġetti jew tal-pajjiż minn fejn ġew.

FORMALITAJIET

(a) L-Awtorità Anterjuri/Preċedenti

5. Standard

Leġislazzjoni nazzjonali għandha tispeċifika il-każijiet li fihom l-awtorità preċedenti hija meħtieġa għal eżenzjoni minn dazji ta' importazzjoni u taxxi u għandha taħtar l-awtoritajiet li għandhom l-poter jikkonċedu awtorità bħal din.

6. Prattika Rikkmandata

Il-każijiet li fihom awtorità preċedenti hija meħtieġa għal eżenzjoni minn dazji ta' l-importazzjoni u taxxi għandhom ikun ftit kemm jista' jkun.

(b) Dikjarazzjoni

7. Standard

Leġislazzjoni nazzjonali għandha tispeċifika l-kundizzjonijiet li taħthom l-oġġetti li jikkwlifikaw għal eżenzjoni minn dazji ta' l-importazzjoni u taxxi għandhom jkunu ippreżentati fl-uffiċċju tad-dwana kompetenti u dikjarazzjoni ta' oġġetti għandha tiġi depożitata.

8. Prattika Rikkmandata

Meta dikjarazzjoni ta' oġġetti hija meħtieġa, il-forma wżata għandha tkun dik normalment użata għad-dikjarazzjoni ta' oġġetti għall-użu fid-dar.

(ċ) Sigurtà

9. Standard

Il-forma li fiha s-sigurtà, jekk hemm bżonn, għandha tiġi magħmula għall-għanijiet ta' eżenzjoni minn dazji ta' importazzjoni u taxxi għandha tiġi preskritta f'leġislazzjoni nazzjonali jew determinata mill-awtoritajiet tad-dwana skond il-leġislazzjoni nazzjonali.

10. Prattika Rakkomandata

Fejn hemm bżonn ta' sigurtà sabiex tiġi assigurata konformita ma kwalunkwe kundizzjoni preskritta fir-rigward ta' eżenzjoni minn dazji ta' importazzjoni u taxxi, l-awtoritajiet tad-dwana għandhom ikunu sodisfatti b' impenn bil-miktub waħdu.

11. Prattika Rekomandata

Fejn, f' każijiet speċjali, sigurtà hija meħtieġa fil-forma ta' depositu jew għandha tkun provduta kawtela, l-ammont għandu jkun żgħir kemm jista' jkun u m'għandux jaqbeż l-ammont tad-dazju ta' importazzjoni u taxxi li kienu ser jiġu involuti kieku ma ġietx mogħtija l-ebda eżenzjoni.

12. Standard

Fejn sigurtà ġiet furnita, għandha titneħħa malajr kemm jista' jkun warali d-dwana tkun sodisfatta li l-kundizzjonijiet li taħthom eżenzjoni minn dazji ta' l-importazzjoni u taxxi ġiet mogħtija huma milħuqa kif għandu jkun waqt kwalunkwe perijodu preskritt.

SKOP

Każijiet koperti minn strumenti internazzjonali

13. Prattika Rakkomandata

Eżenzjoni minn dazji ta' importazzjoni u taxxi jew minn dazji doganali biss, kif xieraq, għandhom ikunu mogħtija għal oġġetti speċifikati fl-istrumenti internazzjonali li jsegwu u taħt il-kundizzjonijiet preskritti fihom:

(a) oġġetti msemmija fl-Annessi għall-Ftehim ta' l-ONUEKX dwar l-Importazzjoni ta' Materjali Edukattivi, Xjentifiċi u Kulturali (New York, 22 ta' Novembru 1950) u l-Protocol anness miegħu (Nairobi, 26 ta' Novembru 1976) kif ukoll bħal fil-Ftehim tal-ONUEKX għat-Tħaffif taċ-Ċirkolazzjoni Internazzjonali tal-Materjali Viswali u Awditarji ta' Karattru Edukattiv, Xjentifiku u Kulturali (Bejrut, 1984);

(b) apparat jew materjal li hemm riferenza għalihom fil-Prattiċi Rakkomandati 4.39 u 4.41 ta' l-Anness 9 (is-seba' edizzjoni) għall-Konvenzjoni ta' l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (Chicago, 7 ta' Diċembru 1944);

(ċ) kampjuni kummerċjali ta' valur negliġibbli u materjal tar-reklamar msemmija fil-Konvenzjoni Internazzjonali għat-Tħaffif ta' L-importazzjoni ta' Kampjuni Kummerċjali u Materjal ta' Reklamar (Ginevra, 7 ta' Novembru 1952);

(d) dokumenti ta' pubbliċita turistika u materjal li hemm riferenza għalihom fil-Protokol Addizzjonali għal-Konvenzjoni li tikkonċerna l-Faċilitajiet Doganali għal Touring, Relatat ma' l-Importazzjoni ta' Dokumenti ta' Pubbliċita Turisti u Materjal (New York, 4 ta' Ġunju 1954);

(e) prodotti li hemm riferenza għalihom fl-Artikoli 6 u 7 tal-Konvenzjoni Doganali li Tikkonċerna l-Faċilitajiet għall-Importazzjoni ta' Oġġetti għall-wirja jew Użu f'Wirjiet, Fieri, Laqgħat jew Okkażjonijiet Simili (Brussel, 8 ta' Ġunju 1961); u

(f) oġġetti mportati taħt privileġġi diplomatiċi jew konsulari kif imsemmija fil-Konvenzjonijiet ta' Vjenna dwar Relazzjonijiet Diplomatiċi (18 ta' April 1961) u Relazzjonijiet Konsulari (24 ta' April 1963).

Partijiet kontrattanti huma mistiedna sabiex jikkunsidraw il-possibilita li jaċċedu għall-istrumenti internazzjonali ta' hawn fuq.

Kampjuni li m'għandhomx valur kummerċjali

14. Standard

Eżenzjoni minn dazji ta' importazzjoni u taxxi u minn projibizzjonjiet ekonomiċi jew restrizzjonijiet għandha tingħata fir-rigward ta' kampjuni li m'għandhomx valur kummerċjali (kampjuni ta' valuri negliġibbli fit-tifsira tal-Konvenzjoni Internazzjonali li Tiffaċilita l-Importazzjon ta' Kampjuni Kummerċjali u Materjal għar-Reklamar (Geneva, 7 ta' Novembru 1952).

15. Prattika Rakkomandata

Dawn li ġejjin għandhom ikunu kkunsidrati bħala kampjuni li m'għandhomx valur kummerċjali:

(a) materja prima u prodotti ta' dimensjoni tali m'għandhomx użu ħlief għal skopijiet ta' dimostrazzjoni;

(b) artikoli ta' materjal mhux prezzjuż mwaħħla ma' kartonċini jew mtellgħabħala kampjuni fil-manjiera li tintuża fil-kummerċ, basta li ma hemmx aktar minn wieħed ta' kull daqs jew tip;

(ċ) materja prima u prodotti, u artikoli ta' materjal bħal dan jew prodotti, li ma baqgħalhom ebda użu, ħlief għal skopijiet ta' dimostrazzjoni, permezz ta' qtugħ, titqib, markar li ma jitħassarx jew b'kwalunkwe mod effettiv ieħor;

(d) prodotti li ma jistgħux jiġu ppreżentati bħala kampjuni mingħajr valur kummerċjali skond il-paragrafi (a) sa (ċ) u li jikkonsistu fi:

(i) oġġetti li mhumiex konsumabbli ta' valur individwali li ma jaqbiżx US $ 5, u basta li ma hemmx aktar minn kampjun wieħed ta' kull tip jew kwalità;

(ii) oġġetti konsumabbli ta' valur individwali li ma jaqbiżx US $ 5, anke jekk jikkonsistu kompletament jew sa ċertu punt minn kampjuni ta' l-istess tip jew kwalità, basta li l-kwantità u l-mod kif inhuma magħmula jipprekludu li jiġu wżati għajr ħlief kampjuni.

Sostanzi umani terapewtiċi, formazzjoni ta' grupp tad-demm u reaġenti ta' tessuti elenkati tal-ġisem

16. Prattika Rakkomandata

Eżenzjoni minn dazji ta' importazzjoni u taxxi u minn projbizzjonijiet ekonomiċi jew restrizzjonijiet ekonomiċi għandha tkun mogħtija fir-rigward tas-sostanzi li ġejjin, fejn huma konsenjati lil istituzzjonijiet jew laboratorji approvati mill-awtoritajiet kompetenti:

(a) sostanzi terapewtiċi ta' oriġini umana; demm uman u derivattivi tiegħu (demm sħiħ, plażma mnixxfa, albumina, gamma-globulin, fibrinogen); organi tal-ġisem;

(b) gruppi reaġenti ta' demm uman, tal-annimali, pjanta jew oriġini oħra.

(c) reaġenti tat-tip tissue ta’ l-umani, annimali, pjanti jew oriġini oħra.

Artikoli li jistgħu jitneħħew importati fuq trasferiment ta' residenza

17. Standard

Eżenzjoni minn dazji ta' importazzjoni u taxxi u minn projbizzjonijiet jew restrizzjonijiet ekonomiċi għandha tkun mogħtija fir-rigward ta' artikoli li jistgħu jitneħħew li japartjenu lil persuna naturali jew tal-membri ta' daru importati fuq trasferiment tar-residenza tagħhom għall-pajjiż ta' l-importazzjoni.

18. Prattika Rakkomandata

Għall-finijiet ta' Standard 17 l-espressjoni "artikoli li jistgħu jitneħħew" għandhom jitqiesu li jinkludu, b'mod partikolari:

(a) Għamara u tagħmir;

(b) aċċessorji tad-dar u apparat awdjoviżwali;

(ċ) effetti personali;

(d) mezzi ta' trasport għall-użu privat b.e. (= bħala eżempju); vetturi bil-mutur u trailers għalihom, roti, muturi, karavani, dgħajjes ta' divertiment u ajruplani ħfief;

(e) dispożizzjonijiet tad-dar li jkunu normalment maħżuna;

(f) biċċiet parti minn kollezzjoni;

(g) annimali tad-dar u żwiemel tal-irkib; u

(h) apparat neċessarju għas-sejħa, kummerċ jew professjoni tal-persuni li jittrasferixxu r-residenza tagħhom, barra minn impjant jew tagħmir industrijali, kummerċjali jew agrikolu.

Nota

F'ċerti pajjiżi, eżenzjoni minn dazji doganali u minn projbizzjonijiet jew restrizzjonijiet ekonomiċi hija mogħtija fir-rigward ta' impjant jew tagħmir industrijali, kummerċjali jew agrikolu importat minn persuni naturali in konnessjoni mat-trasferiment ta' l-intrapriża tagħhom għall-pajjiż ta' l-importazzjoni:

19. Prattika Rakkomandata

L-eżenzjoni provduta fi Standard 17 m'għandiex tkun soġġetta għal kundizzjonijiet li huma aktar restritti minn dawn li ġejjin:

(a) li l-artikoli huma adattati, fit-tip, numru u valur, għaċ-ċirkostanzi tal-każ:

(b) li fil-każ ta' persuni li jmorru lura fil-pajjiż ta' l-importazzjoni, kien hemm perijodu xieraq ta' residenza barra mill-pajjiż. Dan il-perjodu m'għandux ikun iffissat għal aktar minn sena;

(ċ) li ħlief għall-proviżjonijiet tad-dar, l-artikoli li jistgħu jitneħħew kienu ta' jew fil-pussess u wżati barra mill-pajjiż mill-importatur jew il-membri tad-dar tiegħu għal perijodu raġonevoli. Dan il-perijodu m'għandux ikun iffissatgħal aktar minn sitt xhur fil-każ ta' l-artikoli soġġetti għal ammonti kbar ta' dazji ta' l-importazzjoni u taxxi, li m'għandux jaqbeż sena;

(d) li ħlief għal proviżjonijiet tad-dar, l-artikoli li jistgħu jitneħħew mogħtija l-eżenzjoni ser jibqgħu ta' jew fil-pussess, u wżati mill-importatur jew il-membri tad-dar tiegħu għall-perijodu raġonevoli wara l-importazzjoni. Dan il-perijodu m'għandux ikun fissat għal aktar minn sitt xhur barra fil-każ ta' artikoli soġġetti għal ammonti kbar ta' dazzji ta' l-importazzjoni u taxxi li m'għandux jaqbeż sena;

(e) li l-artikoli li jistgħu jitneħħew ikunu importati f'perijodu xieraq li jibda mid-data li fiha l-importatur jistabbilixxi residenza fil-pajjiż ta' l-importazzjoni. Dan il-perijodu m'għandux ikun anqas minn sitt xhur;

(f) li kwalunkwe xorb alkoħoliku u prodotti tat-tabakk ma jaqbżux il-kwantitajiet preskritti fil-leġislazzjoni nazzjonali;

(g) li l-impurtatur jissottometti lista (inventarju) ta' l-artikoli kollha li qed jiġu importati.

Għamara u affarijiet tad-dar għall-forniment ta' residenzi sekondarji.

20. Prattika Rakkomandata

Eżenzjoni minn dazji ta' l-importazzjoni u taxxi u minn projbizzjonijiet ekonomiċi jew restrizzjonijiet ekonomiċi għandha tingħata fir-rigward ta' għamara u affarijiet tad-dar importati għal iskopijiet ta'forniment ta' residenza sekondarja minn persuna li r-residenza normali tagħha hija f'pajjiż ieħor, taħt il-kundizzjonijiet preskritti mill-leġislazzjoni nazzjonali.

Nota Eżenzjoni hija normalment magħmula soġġetta għall-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) l-għamara u l-affarijiet tad-dar kellhom:

(1) ikunu wżati qabel mill-persuna konċernata għal perijodu raġonevoli;

(2) ikunu importati sabiex jfornu r-residenza sekondarja u jkunu għall-użu personali tal-persuna privata u l-membri tal-familja tiegħu li jgħixu miegħu waqt il-waqfa tagħhom fir-residenza sekondarja;

(3) ikunu adattati, fit-tip u l-kwalità, għal-forniment normali tar-residenza sekondarja fil- kwistjoni;

(4) ikunu miżmuma fil-pussess tal-persuna konċernata għal perijodu raġonevoli;

(b) eżenzjoni tista' tkun mogħtija f'okkażżjoni waħda biss għall-wieħed u l-istess residenza sekondarja;

(ċ) ir-residenza sekondarja għandha tkun il-propjetà tal-persuna konċernata jew kienet mikrija minnu għal perijodu raġonevoli.

Trosseus u r-rigali tat-tieġ

21. Standard

Eżenzjoni minn dazji ta' importazzjoni u taxxi u minn projbizzjonijiet jew restrizzjonijiet ekonomiċI għandhom jingħataw fir-rigward ta' t rousseaus u rigali tat-tieġ lil persuna residenti barra li jittrasferixxi ir-residenza tiegħu lejn il-pajjiz tal-importazzjoni fi, jew bl-għan li jiżżewweġ ma' persuna li ġa tgħix f'dak il-pajjiz.

22. Standard

Trousseaus u rigali tat-tieġ għandhom jittieħdu li jinkludu

(a) lożor tad-dar u lbies, kemm ġodda jew le, għall-użu personali tal-persuna konċernata jew għall-użu fid-dar tiegħu;

(b) kwalunkwe artikoli tas-soltu mogħtija fl-okkażjoni ta' tieġ.

23. Prattika Rakkomandata

L-eżzenzjoni provduta fi Standard 21 m'għandhiex tkun soġġetta għal kundizzjonijiet aktar restrittivi minn dawn li ġejjin:

(a) li l-persuna konċernata għexet barra mill-pajjiż għall-perijodu xieraq. Dan il-perijodu m'għandux ikun iffissat għal aktar minn sena;

(b) li l-oġġetti jkunu mportati mhux aktar minn tlett xhur mid-data skedata tat-tieġ u mhux aktar tard minn sitt xhur wara t-tieġ

(ċ) li l-persuna mogħtija l-eżenzjoni tkompli tkun is-sid jew tipposjedi l-oġġetti mportati bħala trousseaus u rigali tat-tieġ għall-perijodu raġonevoli wara l-importazzjoni. Bħala regola, dan il-perjodu m'għandux ikun iffissat għal aktar minn sena;

(d) li l-oġġetti huma intiżi għall-użu personali tal-koppja;

(e) li kwalunkwe xorb alkoħoliku u prodotti tat-tabakk ma jeċċedux il-kwantitajiet mniżżla fil-leġislazzjoni nazzjonali;

(f) li lista (inventarju) tal-oġġetti kollha li qed jiġu mportati ikunu sottomessi, flimkien ma kwalunkwe dokumenti sostenenti meħtieġa mill-awtoritajiet tad-dwana.

Ħwejjeġ Personali u artikoli edukattivi għal persuni li jiffrekwentaw stabbilimenti edukattivi

24. Standard

Eżenzjoni minn dazji ta' importazzjoni u taxxi u minn projbizzjonijiet jew restrizzjonijiet ekonomiċi għandha tkun mogħtija fir-rigward ta' effetti personali u artikoli edukattivi użati minn persuni normalment residenti barra mill-pajjiż li huma tfal ta' l-iskola jew studenti full-time fi stabbiliment edukattiv fil-pajjiż ta' l-importazzjoni.

25. Prattika Rakkomandata

L-eżenzjoni provduta fi Standard 24 m'għandiex tkun soġġetta għall-kundizzjonijiet aktar restritti minn dawn li ġejjin:

(a) li l-oġġetti huma għall-użu personali tal-persuna konċernata;

(b) li l-lista (inventarju) ta' l-oġġetti li ser ikunu mportati ikunu sottomessi, flimkien ma kwalunkwe dokumenti sostententi rekwiziti mill-awtoritajiet tad-dwana.

Effetti akkwistati b'wirt

26. Standard

Eżenzjoni minn dazji ta' importazzjoni u taxxi u minn projbizzjonijiet jew restrizzjonijiet ekonomiċi għandha tkun mogħtija fir-rigward ta' ħwejjeġ li ntirtu minn persuna li, fiż-żmien tal-mewt tal-mejjet, għandha r-residenza prinċipali tagħha fil-pajjiż ta' l-importazzjoni basta li ħwejjeġ bħal dawn kienu għall-użu personali tal-mejjet.

27. Prattika Rakkomandata

L-eżenzjoni provduta fi Standard 26 m'għandhiex tkun soġġetta għal kundizzjonijiet aktar restritti minn dawn li ġejjin:

(a) li l-mejjet kien residenti barra mill-pajjiż fiż-żmien tal-mewt;

(b) li l-ħwejjeġ jkunu mportati mhux iżjed minn sena mid-data li fiha l-persuna konċernata kienet intitola li tiddisponi minnhom;

(ċ) li, ħlief fil-każ ta' proviżjonijiet tad-dar, il-persuna li ngħtat eżenzjoni tibqa' is-sid jew iżżomm il-pussess ta' l-oġġetti li ntirtu għall-perijodu raġonevoli wara l-importazzjoni. Bħala regola, dan il-perijodu m'għandux ikun iffissat għal ktar minn sena;

(d) li kwalunkwe xorb alkoħoliku u oġġetti tat-tabakk ma jaqbżux il-kwantitajiet preskritti fil-leġislazzjoni nazzjonali;

(e) li lista (inventarju) ta' l-oġġetti li ser jiġu mportati jkunu sottomessi, flimkien ma kwalunkwe prova ta' dokumentarju sostenenti meħtieġ mill-awtoritajiet tad-dwana.

Rigali personali

28. Standard

Eżenzjoni minn dazji ta' importazzjoni u taxxi u minn projbizzjonijiet jew restrizzjonijiet ekonomiċi għandha tkun mogħtija fir-rigward ta' rigali personali (esklużi l-alkoħol, xorb alkoħoliku u prodotti tat-tabakk) li l-valur aggregat tagħhom, determinat fuq il-bażi tal-prezz tal-bejgħ bl-imnut fil-pajjiż fejn ser jintbagħtu l-affarijiet, ma jaqbiżx US $ 25. Fejn bosta konsenji huma mibgħuta fl-istess żmien mill-istess persuna li tibgħat lill-istess destinatarju, il-valur aggregat għandu jiġ meqjus bħala l-valur totali ta' dawk il-konsenji kollha.

Nota Rigal huwa ssoltu kkunsidrat personali jekk huwa:

(a) mibgħut lill-persuna privata minn jew f'isem persuna privata oħra residenti barra mill-pajjiż;

(b) huwa okkażjonali; u

(ċ) jikkonsisti biss f'oġġetti għall-użu personali mid-destinatarju jew il-familja tiegħu, u n-natura u l-kwantita ta' l-oġġetti importati huma b'tali mod li l-konsenja hija ovjament mhux ta' natura kummerċjali.

Oġġetti mibgħuta lill-organizzazzjonijiet karitattivi u filantropiċi

29. Prattika Rakkomandata

Eżenzjoni mid-dazji ta' l-importazzjoni u taxxi u minn projbizzjonijiet jew restrizzjonijiet ekonomiċi għandha tkun mogħtija fir-rigward ta' bżonnijiet basiċi (bħal affarijiet ta' l-ikel, medikamenti (duwwijiet), ħwejjeġ u kutri) mibgħuta bħala rigali lil organizzazzjoni approvata għad-distribuzzjoni mingħjr ħlas lil persuni fil-bżonn mill-organizzazzjoni jew taħt il-kontroll tagħha.

Għotjiet

30. Prattika Rakkomandata

Eżenzjoni mid-dazji ta' l-importazzjoni u taxxi u minn projbizzjonijiet jew restrizzjonijiet ekonomiċi għandha tkun mogħtija fir-rigward ta':

(a) dekorazzjoniet ippreżentati minn gvernijiet barranin lil persuni residenti fil-pajjiż ta' l-importazzjoni;

(b) oġġetti ta' l-arti, trofej, medalji u affarijiet simili preżentati barra mill-pajjiż jew bħala premjijiet f'kompetizzjoni jew bħala għotja għal atti ta' kuraġġ jew sagrifiċċju personali, lil persuni residenti fil-pajjiż ta' l-importazzjoni, jew artikoli bħal dawn moghtija minn awtoritajiet jew organizzazzjonijiet ta' barra li ma jaghmlux profitt bill-fehma għal preżentazzjoni għall-istess ghanijiet fil-pajjiż ta' l-importazzjoni lil persuni residenti f'dak il-pajjiż soġġett ghas-sottomissjoni ta' kwalunkwe dokumenti sostenenti meħtieġa mill-awtoritajiet tad-dwana.

Materjali għall-kostruzzjoni, manteniment jew ornamentazzjoni ta' ċimiterji militari; twiebet, urni funerarji u artikoli ornamentali funerarji

31. Prattika Rakkomandata

Eżenzjoni mid-dazji ta' l-importazzjoni u taxxi u minn projbizzjonijiet jew restrizzjonijiet ekonomiċI għandha tkun mogħtija fir-rigward ta':

(a) oġġetti, mportati minn organizzazzjonijiet approvati mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiz ta' l-importazzjoni u adattati għall-kostruzzjoni, manteniment jew ornamentazzjoni ta' ċimiterji militari;

(b) twiebet li fihom il-kadavri, u l-urni li fihom l-irmied, ta' persuni mejtin, u l-fjuri, girlandi u oġġetti oħra ornamentali li jakkumpanjawhom;

(ċ) fjuri, girlandi u oġġetti oħra ornamentali miġjuba minn persuni li jattendu funeral jew dawk in-nies bil-luttu li jiġu biex jiddekoraw oqbra fil-pajjiż ta' l-importazzjoni.

Dokumenti u artikoli mixxellanji li m'għandhomx valur kummerċjali

32. Prattika Rakkomandata

Eżenzjoni mid-dazji ta' l-importazzjoni u taxxi u minn projbizzjonijiet jew restrizzjonijiet ekonomiċi għandha tkun mogħtija fir-rigward ta' konsenji li fihom l-oġġetti li ġejjin meta huma b'mod ċar, mil-kwantità jew min-natura tagħhom, ta' l-ebda valur kummerċjali;

(a) publikazzjonijiet ta' gvernijiet barranin u pubblikazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet internazzjonali uffiċjali;

(b) forom stampati maħruġa minn gvernijiet barranin;

(ċ) karti tal-votazzjoni għall-nazzjonalitajiet barranin;

(d) dokumenti mibgħuta mingħajr ħlas lis-servizzi pubbliċi tal-pajjiż ta' l-importazzjoni;

(e) oġġetti li għandhom jiġu sottomessi bħala evidenza jew għall-skopijiet simili lill-qrati jew aġenziji oħra uffiċjali tal-pajjiż ta' l-importazzjoni;

(f) ċirkolarijiet stampati li jikkonċernaw firem indirizzati lis-servizzi pubbliċi jew banek stabbiliti fil-pajjiz ta' l-importazzjoni;

(g) sigurtajiet f'muniti barranin, cheque books u travellers' chequesta' banek stabbiliti barra mill-pajjiż;

(h) rapporti, dikjarazzjonijiet u noti mtellgħin minn kumpaniji stabbiliti barra mill-pajjiż;

(ij) medja rrekordjata bħala karti ipperforati, rekordjar tal-ħoss, strixxi manjetiċi, mikrofixxi, folji mikrofilm, diski manjetiċi, għall-iskambju internazzjonali ta' informazzjoni;

(k) pubblikazzjonijiet ta' kmamar tal-kummerċ tal-pajjiż ta' l-importazzjoni barra mill-pajjiż;

(l) pjanti, disinji tekniċi, disinji traċċati, speċifikazzjonijiet u dokumenti oħra importati biss bil-fehma li jpoġġu l-ordnijiet barra mill-pajjiż jew li jipparteċipaw f'kompetizzjonijiet jew sejħiet għat-tfigħ ta' offerti fil-pajjiż ta' l-importazzzjoni;

(m) dokumenti relatati mal-marki tal-fabbrika, mudelli jew disinji u applikazzjonijiet għal brevetti sottomessi lill-aġenziji fil-pajjiż ta' l-importazzjoni li jitrattaw dwar il-protezzjoni tal-proprjetà litterarja jew protezzjoni ta' proprjetà industrijali jew kummerċjali;

(n) formoli u biljetti stampati mibgħuta minn intrapriżi tat-trasport u l-ivvjaġġar li jinsabu barra mill-pajjiż lill-uffiċji u l-aġenziji tagħhom fil-pajjiż ta' l-importazzjoni;

(o) formoli u biljetti stampati, poloz tat-tagħbija, poloz ta' kargu u dokumenti oħra kummerċjali li ġew proċessati;

(p) ritratti ta' l-istampa u ħsejjer sterjotipati għal ritratti ta' l-istampa mibgħuta lill-aġenziji ta' l-istampa jew lill-publikaturi ta' gazzatti jew perjodikali.

Oġġetti Reliġjużi

33. Prattika Rakkomandata

Eżenzjoni mid-dazji ta' l-importazzjoni u taxxi u minn projbizzjonijiet jew restrizzjonijiet ekonomiċi għandhom ikunu mogħtija fir-rigward ta' oġġetti wżati għl-qima reliġjuża, soġġetti għal konformità mal-kundizzjonijiet preskritti fil-legislazzjoni nazzjonali.

Prodotti mportati għal prova

34. Standard

Eżenzjoni mid-dazji ta' l-importazzjoni u taxxi u minn projbizzjonijiet jew restrizzjonijiet ekonomiċi għandhom ikunu mogħtija f'rigward ta' prodotti mportati għal prova, basta li l-kwantitajiet importati ma jaqbżux dawk strettament neċessarji għal prova u li:

(a) huma prodotti li ser ikunu kompletament użati waqt il-prova;

(b) jekk mhumiex hekk użati, jerġgħu ikunu esportati, distrutti jew jiġu jkunu kummerċjalment mingħajr valur taħt kontroll uffiċjali, mingħajr spejjeż għad-dħul ta' finanzi.

Prodotti u materjali għall-protezzjoni ta' oġġetti waqt it-trasport

35. Prattika Rakkomandata

Eżenzjoni mid-dazji ta' l-importazzjoni u taxxi u minn projbizzjonijiet jew restrizzjonijiet ekonomiċi għandhom ikunu mogħtija fir-rigward ta' materjal għall-ippakkjar (tiben, karta, ħġieġ tal-fibru, injam inċanat, eċċ.) u varji prodotti bħal ħabel, karta u twavel (miksija) bil-karti li ġew użati sabiex jerfgħu u jipproteġu l-oġġetti waqt it-trasport.

Għalf tal-bhejjem u ikel ieħor għall-annimali fil-kors tat-trasportazzjoni tagħhom

36. Prattika Rakkomandata

Eżenzjoni mid-dazji ta' l-importazzjoni u taxxi u minn projbizzjonijiet jew restrizzjonijiet ekonomiċi għandhom ikunu mogħtija fir-rigward ta' għalf tal-bhejjem u ikel ieħor li jakkumpanja annimali mportati u maħsuba għall-użu waqt it-trasport.

INFORMAZZJONI LI TIKKONĊERNA EŻENZJONI

37. S tandard

L-awtoritajiet doganali għandhom jassiguraw li l-informazzjoni rilevanti kollha li tikkonċerna eżenzjoni mid-dazji ta' l-importazzjoni u taxxi hija faċilment disponibbli lill-kwalunkwe persuna interessata.

--------------------------------------------------

Kummentarji u riservazzjonijiet li għandhom jiddaħħlu mill-Komunità fir-rigward ta' l-Anness B.2 għall-Konvenzjoni Internazzjonali dwar is-Simplifikazzjoni u l-Arminizzazzjoni tal-Proċeduri Doganali

1. Reservazzjoni ġenerali (kumment ġenerali)

"Leġislazzjoni tal-Komunità ġeneralment tkopri d-dispożizzjonijiet ta' dan l-Anness. Iżda, l-Istati Membri għandhom, jekk huwa xieraq, jdaħħlu r-riservazzjonijiet tagħhom sal-limitu li l-legislazzjoni tal-Komunità tħallilhom il-possibilità li jżommu, f'ċerti każijiet, id-dispożizzjonijiet nazzjonali tagħhom,"

2. Standard 3

"ll-liġi tal-Komunità tipprovdi l-possibilità li jiġu eskluzi minn eżenzjoni dawk l-oġġetti dikjarati għal ċirkolazzjoni ħielsa wara li jkunu tqiegħdu taħt proċedura oħra doganali. Din l-esklużjoni ġiet applikata biss fir-rigward tad-dħul għal ċirkolazzjoni libera ta' konsenji ta' valur negliġibbli."

3. Pratttika Rakkomandata 10

"F'ċerti każijiet, eżenzjoni tista’ tiġi mogħtija jekk il-persuna konċernata tobbliga ruħha li tirrispetta ċerti kundizzjonijiet (per eżempju, li jinstalla lilu nnifsu fil-Komunità jew li jforni dokument sostenenti għall-eżenzjon rikjesta minnu). Dan l-obbligu hiwa akkumpanjat minn sigurtà, li l-forma u l-ammont tiegħu li għandu ikun determinat mill-awtortajiet kompetenti."

4. Pratttika Rakkomandata 16

"l-importazzjoni ta' sustanzi intizi bħala operazzjoni kummerċjali hija eskluża minn eżenzjoni."

5. Pratttika Rakkomandata 18

"Leġislazzjoni tal-Komunità teskludi minn eżenzjoni l-oġġetti li ġejjin:

(a) prodotti alkoħoliċi;

(b) tabakk jew prodotti tat-tabakk;

(ċ) mezz kummerċjali ta' trasport;

(d) artikoli wżati ta' xi sengħa jew professjoni, barra minn strumenti li jinġarru ta' l-arti applikata jew liberali."

6. Prattika Rakkomandata 19

"Il-perijodu li għalih il-benefiċjarju għandu jżomm il-proprjetà jew pussess ta' l-artikoli fil-kwestjoni huwa stabbilit għal tnax-il xahar."

7. Prattika Rakkomandata 20

"Legislazzjoni tal-Komunità ma tipprovdix għall-eżenzjoni minn taxxa fuq il-valur miżjud fuq oġġetti mportati għall-forniment ta' residenza sekondarja mporti minn pajjiżi barra mill-Komunità Ewropea."

8. Standard 21

"L-eżenzjoni mit-taxxa fuq il-valur miżjud (1) tapplika għal rigali ta' valur unitarju ta' mhux aktar minn 200 ECU.

Stati Membri jistgħu, iżda, jagħtu eżenzjoni għall-aktar minn 200 ECU, basta li l-valur ta' kull rigal eżentat ma jaqbiżx l-1,000 ECU. L-eżenzjoni minn dazji ta' importazzjoni tapplika għal rigali meta l-valur ta' kull wieħed mir-rigali ma jaqbiżx l-1,000 ECU"

(Ara wkoll ir-reservazzjoni f'Prattika Rakkomandata 23.)

9. Prattika Rakkomandata 23

"Legislazzjoni tal-Komunità ma tipprovdi l-ebda eżenzjoni għal prodotti alkoħoliċi, tabakk jew prodotti tat-tabakk.

Ħlief f'ċirkostanzi eċċezzjonali, eżenzjoni għandha tingħata biss fir-rigward ta' oġġetti mdaħħla għal ċirkolazzjoni libera:

- mhux qabel xahrejn qabel id-data fissata għat-tieġ (f'dan il-każ l-eżenzjoni għandha tkun soġġetta għad-depożitu ta' sigurtà xierqa, li l-forma u l-ammont tiegħu għandu jkun determinat mill-awtoritajiet kompetenti), u

- mhux aktar tard minn erba’ xhur wara d-data tat-tieġ"

10. Prattika Rekomandata 27

"Leġislazzjoni tal-Komunità teskludi minn eżenzjoni l-oġġetti li ġejjin:

(a) prodotti alkoħoliċi;

(b) tabakk u prodotti tat-tabakk;

(ċ) mezz kummerċjali ta' transport;

(d) artikoli għall-użu fil-ħidma ta' kummerċ jew professjoni, barri minn strumenti li jinġarru ta' l-arti applikata jew liberali, li kienu meħtieġa għall — ħidma ta' kummerċ jew professjoni tal-mejjet;

(e) ħażniet ta' materja prima u prodotti lesti jew parti-lesti;

(f) ħażna ta' bhejjem ħajjin u ħażna ta' prodotti agrikoli li jaqbżu l-kwantitajiet xierqa għall-ħtiġijiet normali tal-familja."

11. Standard 28

"Leġislazzjonijiet tal-Komunità tipprovdi eżenzjoni għal oġġetti li l-valur totali tagħhom ma jaqbiżx 45 ECU li jiffurmaw konsenji żgħar ta' natura mhux kummerċjali mibgħuta mingħajr pagament minn persuna privata lill-persuna privata oħra li tgħix fit-territorju doganali tal-Komunità.

Barra minn restrizzjonijiet kwantitativi applikabbli għal tabakk, alkoħol u xorb alkoħoliku, legislazzjoni tal-Komunità tipprovdi konċessjoni ta' taxxa massima li ġejja għall-importazzjoni ta' kafe’, te’, fwieħa u ilma tal-fwieħa:

Kafe | 500 gramma |

jew estratti u essenzi tal-kafe | 200 gramma |

te: | 100 gramma |

jew estratti u essenzi tat-te | 40 gramma |

fwieħa: | 50 gramma |

jew ilmijiet tal-fwieħa | 0,25 litre" |

12. Prattika Rakkomandata 29

"L-oġġetti msemmija fil-Prattika Rakkomandata huma mdaħħla ħielsa mid-dazji t’importazzjoni sakemm dan ma jagħtix lok għal abbużi jew tgħawwiġ maġġuri fil-kompetizzjoni.

Leġislazzjoni tal-Komunità tipprovdi li l-oġġetti li ġejjin huma esklużi minn eżenzjoni ta' dazju u taxxi ta' l-importazzjoni:

(a) prodotti alkoħoliċi;

(b) tabakk jew prodotti tat-tabakk;

(ċ) kafe’ u te’

(d) vetturi bil-mutur minbarra ambulanzi."

13. Prattika Rakkomandata 32

"Għall-operazzjonijiet koperti minn punti (a) u (b), Leġislazzjoni tal-Komunità tipprovdi li eżenzjoni tapplika għal dokumenti indirizzati jew mqassma mingħajr ħlas.

Leġislazzjoni tal-Komunità ma tipprovdix għall-operazzjonijiet previsti taħt punti (ġ) u (k) ta' din il-Prattika Rakkomandata.

L-importazzjonijiet koperti minn punt (ij) huma permessi taħt il-leġislazzjoni tal-Komunità sakemm l-ammissjoni mingħajr dazju ma tagħtix lok għal abbużi jew tgħawwiġ maġġuri ta' kompetizzjoni u li dawn l-oġġetti huma wżati għat-trasmissjoni ta'informazzjoni mibgħuta mingħajr ħlas lill-indirizzat."

14. Prattika Rakkomandata 33

"Leġislazzjoni tal-Komunità ma tipprovdix għal eżenzjoni koperta minn din il-Prattika Rakkomandata."

15. Standard 34

"Oġġetti koperti minn dan l-Istandard huma intitolati biss għal eżenzjoni jekk l-eżaminazzjoni, analiżi jew testi konċernati fihom infushom ma jikkostitwux operazzjonijiet għal promozzjoni tal-bejgħ."

16. Prattika Rakkomandata 35

"Leġislazzjoni tal-Komunità tipprovdi għall-eżenzjoni prevista f'din il-Prattika Rakkomandata sakemm il-materjal fil-kwestjoni mhuwiex normalment użat mill-ġdid u bil-kundizzjoni li l-valur tagħhom huwa inkluż fil-bażi imponibbli ta' l-oġġetti trasportati."

--------------------------------------------------