31987R4160



Official Journal L 392 , 31/12/1987 P. 0046 - 0047
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 25 P. 0247
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 25 P. 0247


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nr 4160/87

tad-29 ta’ Diċembru 1987

li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 391/68 u Nru 2764/75 bħala konsegwenza ta’ l-introduzzjoni tan-nomenklatura magħquda

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kunsidrat it-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill Nru 2658/87 tat-23ta’ Lulju 1987 fuq in-nomenklatura tat-tariffa u ta’l-istatistika u fuq it-Tariffa Komuni tad-Dwana [1], kif emendata bir-Regolament (KEE) Nru 3985/87 [2]u b’mod partikolari t-tieni subinċiż ta’l-Artikolu 15(1) tiegħu,

Wara li kunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2759/75 tad-29 ta’ Ottubru 1975 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-laħam tal-majjal [3],kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 3906/87 [4],u b’mod partikolari l-Artikolu 4(6) tiegħu,

Billi, b’effett mill-1 ta’ Jannar, ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 jistabbilixxi, fuq bażi ta’ Sistema Armonizzata, nomenklatura magħquda ta’ merkanzija li se tilħaq il-ħtiġiet kemm tat-Tariffa Komuni tad-Dwana kif ukoll ta’l-istatistiċi tal-kummerċ estern tal-Komunità;

Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 391/68 ta’ l-1 ta’ April 1968 li jfassal regoli dettaljati ta’ l-intervent biex jinxtara l-laħam tal-majjal [5],kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 912/71 [6],u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2764/75 tad-29 ta’ Ottubru 1975, li jistabbilixxi regoli għall-kalkolu ta’ komponent ta’ l-imposta fuq il-karkassi tal-majjal [7], kif l-aħħar emendati bir-Regolament (KEE) Nru 1475/86 [8],għandhom jiġu adattati biex iqisu n-nomenklatura magħquda bażata fuq is-Sistema Armonizzata,

Billi l-miżuri maħsuba f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Ġestjoni tal-laħam tal-Majjal,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness tar-Regolament (KEE) Nru 391/68 qed jinbidel bl-Anness ta’ hawnhekk:

Artikolu 2

L-L-Artikolu 3a tar-Regolament (KEE) Nru 2764/75 qed jinbidel b’dan li ġej:

"L-Artikolu 3a’

Karkassi tal-Majjal’ għandu jinftiehem li karkassi jew nofs-karkassi tal-majjal domestiku li ġew żvinati u evixxerati u li minnhom il-lanżit u d-dwiefer ġew imneħħija. In-nofs karkassi jittieħdu minn karkassi sħaħ billi jinqasmu miċ-ċentru ta’ kull vertebra ċervikali, dorsali, lumbari u sakrali, u miċ-ċentru ta’l-isternum u s-simfiżi iskio-pubiku. Dawn il-karkassi u n-nofs karkassi jistgħu jkunu bi jew mingħajr ir-ras, is-saqajn, ix-xaħam, il-kliewi, id-denb jew id-dijafjamma. In-nofs karkassi jistgħu jkunu bi jew mingħajr l-ispina dorsali, il-moħħ jew l-ilsien. Il-karkassi u n-nofs karkassi tal-ħanżira jistgħu jkunu bil-bżieżel jew mingħajrhom (il-glandoli mammarji)"

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jibda jseħħ fl-1 ta' Jannar 1988.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fid-29 ta’ Diċembru 1987.

Għall-Kummissjoni

Frans Andriessen

Viċi-President

[1] ĠU L 256, tas-7.9.1987, p.1.

[2] ĠU L 376, tal-31.12.1987, p.1.

[3] ĠU L 282, ta’ l-1.11.1975, p.1.

[4] ĠU L 370, tat-30.12.1987, p.11.

[5] ĠU L 80, tat-2.4.1968, p. 5.

[6] ĠU L 98, ta’ l-1.5.1971, p.42.

[7] ĠU L 282, ta’ l-1.11.1975, p.21.

[8] ĠU L 133, tal-21.5.1986, p. 39.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

"

“L-ANNESS

Prodotti li jistgħu jinxtraw lura

1. Karkassi jew nofs-karkassi, friski jew imkessħa (subintestatura ex02031110 tan-nomenklatura magħquda):

(a) ta’ annimali maqtula mhux iżjed minn erbat ijiem qabel u żvinati tajjeb;

(b) maqsuma simetrikament mill-ispina;

(ċ) offruti mingħajr ras, ħaddejn, għenuq, xaħam, kliewi, saqajn ta’ quddiem, denb, ġenb u mudullun.

2. Żquq (strixxjati), friski jew imkessħa (subintestatura ex02031915 tan-nomenklatura magħquda):

(a) ta’ annimali maqtula mhux iżjed minn tmint ijiem qabel;

(b) ta’ piż massimu ta’ 8 kg kull biċċa;

(ċ) li jkollhom ta’ lanqas tmien kustilji u maqtugħa f’angolu rett mill-ispalla bejn it-tielet u r-raba’ kustilja;

(d) ippreżentati "bil-ġilda’ jew mingħajrha" imma mingħajr ġenb, xaħam barrani tal-majjal jew bżieżel.

3. Ix-xaħam subkutanju tal-majjal, frisk jew imkessaħ (subintestatura ex02090011 tan-nomenklatura magħquda):

(a) ta’ annimali maqtula mhux aktar minn tmint ijiem qabel,

(b) maqtugħa f’angolu rett;

(ċ) ippreżentati bil-ġilda jew mingħajrha ħielsa mil-laħam;

(d) ta’ ħxuna minima ta’ 2 ċm u ta’ wisgħa minimu ta’ 15-il ċm bejn id-dahar u ż-żaqq.

4. Il-prodotti msemmija f’1, 2 u 3 iridu jkunu mkessħa minn meta jinqatlu sa ma jittieħdu u għandhom, meta jittieħdu, jinżammu f’temperatura interna li ma teċċedix il-+ 4°Ċ.”

"

--------------------------------------------------