Official Journal L 392 , 31/12/1987 P. 0029 - 0034
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 25 P. 0236
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 25 P. 0236
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 4155/87 tat-22 ta’ Diċembru 1987 li jemenda ċerti Regolamenti dwar l-applikazzjoni ta’ l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-bajd bħala konsegwenza tad-dħul tan-nomenklatura magħquda IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u ta’ l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni [1], kif emendat bir-Regolament (KEE) Nru 3985/87 [2], u b’mod partikolari t-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 15(1) tiegħu, Billi, skond it-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 15(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, l-addattamenti ta’ natura teknika ta’ l-atti Komunitarji li jirreferu għan-nomenklatura tat-tariffa jew ta’ l-istatistika jridu jitwettqu mill-Kummissjoni; Billi r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2771/75 tad-29 ta’ Ottubru 1975 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-bajd [3] ġie emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 4000/87 [4], li addatta skond in-nomenklatura magħquda d-deskrizzjoni ta’ l-oġġetti u l-intestaturi tat-tariffa li jidhru fih; Billi numru kbir ta’ Regolamenti oħra fis-settur tal-bajd iridu jiġu addattati teknikament sabiex jitqies l-użu tan-nomenklatura magħquda l-ġdida msejsa fuq is-Sistema Armonizzata tad-Deskrizzjoni u l-Kodifika ta’ l-Oġġetti li hija maħsuba biex tbiddel il-Konvenzjoni tal-15 ta’ Diċembru 1950 dwar in-Nomenklatura għall-Klassifika ta’ l-Oġġetti fit-Tariffi tad-Dwana; Billi, minħabba n-numru u l-kontenut tat-testi li jsejħu għal dawn l-addattamenti, ir-Regolamenti kollha li jridu jiġu addattati għandhom jitqassmu fi gruppi f’Regolament wieħed ta’ emenda; Billi, fil-ħin ta’ dan l-addattament tar-Regolament tal-Kummissjoni 164/67/KEE [5], ċerti fatturi fil-kalkolu tal-prezzijiet imlaħalħa li għandhom jidhru f’unitajiet tal-kontijiet fir-Regolament imsemmi għandhom jiġu espressi fl-ECU permezz tal-koeffiċjent ta’ 1,208953 riferit fl-Artikolu 13 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1676/85 [6], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 1636/87 [7], ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 L-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kummissjoni Nru 54/65/KEE [8] tas-7 ta’ April 1965 dwar li ma jiġix iffissat ammont addizzjonali fuq il-bajd mill-Polonja, huwa hawnhekk mibdul b’dan li ġej: "Artikolu 1 Skond l-Artikolu 8(2) tar-Regolament (KEE) Nru 2771/75, l-imposti jridu jitħallsu fuq l-importazzjonijiet tal-bajd tat-tjur fil-qoxra (is-subintestatura 0407 00 tan-nomeklatura magħquda) li joriġina u jiġi mill-Polonja ma għandhomx jiżdiedu b’ammont addizzjonali." Artikolu 2 L-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kummissjoni Nru 183/66/KEE tat-18 ta’ Novembru 1966 dwar li ma jiġix iffissat ammont addizzjonali fuq il-bajd mill-Afrika ta’ Isfel [9], huwa hawnhekk mibdul b’dan li ġej: "Artikolu 1 Skond l-Artikolu 8(2) tar-Regolament (KEE) Nru 2771/75, l-imposti ffissati skond l-Artikolu 3 ta’ dan ir-Regolament ma għandhom jiżdiedu bl-ebda ammont addizzjonali rigward l-importazzjonijiet tal-bajd tat-tjur fil-qoxra (is-subintestatura 0407 00 tan-nomenklatura magħquda) li joriġina u jiġi mill-Afrika ta’ Isfel." Artikolu 3 L-Anness mar-Regolament tal-Kummissjoni Nru 164/67/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1967, li jiffissa l-fatturi għall-kalkolu ta’ l-imposti u l-prezzijiet imlaħalħa għall-prodotti mill-bajd, kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 1775/74 [10], huwa hawnhekk mibdul bl-Anness I ma’ dan ir-Regolament. Artikolu 4 L-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kummissjoni Nru 765/67/KEE tas-26 ta’ Ottubru 1967 dwar li ma jiġix iffissat ammont addizzjonali għall-bajd mill-Awstralja [11], huwa hawnhekk mibdul b’dan li ġej: "Artikolu 1 L-imposti ffissati skond l-Artikolu 3 tar-Regolament (KEE) Nru 2771/75 ma għandhom jiżdiedu bl-ebda ammont addizzjonali rigward l-importazzjonijiet tal-bajd tat-tjur frisk, ippriservat, jew misjur, fil-qoxra, għajr għall-bajd għall-fsiq, li jidħol fis-subintestatura 040700 tan-nomenklatura magħquda, li joriġina u jiġi mill-Awstralja." Artikolu 5 Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 990/69 tat-28 ta’ Mejju 1969 dwar li ma jiġix iffissat ammont addizzjonali għal prodotti mill-bajd mill-Awstrija [12], huwa hawnhekk emendat kif ġej: 1. L-Artikolu 1 jiġi mibdul b’dan li ġej: "Artikolu 1 L-imposti ffissati skond l-Artikolu 3 tar-Regolament (KEE) Nru 2771/75 rigward l-importazzjonijiet tal-prodotti li jidħlu fis-subintestaturi li ġejjin tan-nomenklatura magħquda, li joriġinaw u jiġu mill-Awstrija, ma għandhom jiżdiedu bl-ebda ammont addizzjonali: Il-Kodiċi tan-NM | Id-Deskrizzjoni ta' l-oġġetti | ex0408 | Il-Bajd tat-tjur, mhux fil-qoxra u l-isfra tal-bajd, friski, moqlija, misjura permezz tal-fwar jew permezz tat-togħlija fl-ilma, mogħtija l-għamla, jew ippriservati xorta oħra, kemm jekk ikun fihom iz-zokkor miżjud jew kull materja oħra ta' ħlewwa u kemm jekk le: | | – L-Isfra tal-bajd: | 040811 | – – Imnixxfa: | 04081110 | – – – Addattati għal konsum mill-bniedem | 040819 | – – Oħrajn: | | – – – Addattati għal konsum mill-bniedem | 04081911 | – – – – likwidi | 04081919 | – – – – iffriżati | | – Oħrajn: | 040891 | – – Imnixxfa: | 04089110 | – – – Addattati għal konsum mill-bniedem | 040899 | – – Oħrajn: | 04089910 | – – – Addattati għal konsum mill-bniedem3" | 2. L-Artikolu 2 jiġi mibdul b’dan li ġej: "Artikolu 2 Il-bdil fl-importazzjonijiet iffissat skond l-Artikolu 2 tar-Regolament (KEE) Nru 2783/75 rigward il-prodotti li jidħlu fis-subintestaturi li ġejjin tan-nomenklatura magħquda, li joriġinaw u jiġu mill-Awstrija, ma għandhom jiżdiedu bl-ebda ammont addizzjonali: Il-Kodiċi tan-NM | Id-Deskrizzjoni ta' l-oġġetti | ex3502 | L-Albumini, l-albuminati u derivati oħra: | ex350210 | – Albumina mill-bajd: | | – – Oħrajn għajr dawk li mhumiex tajba, jew li jkunu sejrin jinġiebu mhux tajba għall-konsum mill-bniedem: | 35021091 | – – – Imnixxfa (per eżempju, f'folji, tqarċiċ, trab) | 35021099 | – – – Oħrajn: | ex350290 | – Oħrajn: | | – – Albumini, oħra għajr l-albumina mill-bajd: | | – – – Oħrajn għajr dawk li mhumiex tajba, jew li jkunu sejrin jinġiebu mhux tajba għall-konsum mill-bniedem: | | – – – – L-Albumina mill-ħalib (il-lattalbumina): | 35029051 | – – – – – Imnixxfa (per eżempju, f'folki, qxur, tqarqiċ, trab) | 35029059 | – – – – – Oħrajn" | Artikolu 6 L-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kummissjoni Nru 59/70/KEE ta’ l-14 ta’ Jannar 1970 dwar li ma jiġux iffissati ammonti addizzjonali għall-bajd fil-qoxra importat mir-Rumanija [13], huwa hawnhekk mibdul b’dan li ġej: "Artikolu 1 L-imposti ffissati skond l-Artikolu 3 tar-Regolament (KEE) Nru 2771/75 ma għandhom jiżdiedu bl-ebda ammont addizzjonali rigward l-importazzjonijiet tal-bajd tat-tjur fil-qoxra kemm jekk frisk u kemm jekk ippriservat, għajr għall-bajd għall-fsiq, li jidħol fis-subintestatura 04070030 tan-nomenklatura magħquda, li joriġina u jiġi mir-Rumanija." Artikolu 7 L-Annessi I u II mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2773/75 tad-29 ta’ Ottubru 1975, li jistabbilixxi r-regoli għall-kalkolu ta’ l-impost u l-prezz imlaħlaħ għall-bajd [14], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 3232/86 [15], huwa hawnhekk mibdul bl-Annessi II u III rispettivament ma’ dan ir-Regolament. Artikolu 8 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 1988. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fit-22 ta’ Diċembru 1987. Għall-Kummissjoni Frans Andriessen Viċi-President [1] ĠU L 256, tas– 7.9.1987, p. 1. [2] ĠU L 376, tal– 31.12.1987, p. 1. [3] ĠU L 282, ta'l– 1.11.1975, p. 49. [4] ĠU L 377, tal– 31.12.1987, p. 42. [5] ĠU C 129, tat– 28.6.1967, p. 2578/67. [6] ĠU L 164, ta'l– 24.6.1985, p. 1. [7] ĠU L 153, tat– 13.6.1987, p. 1. [8] ĠU C 59, tat– 8.4.1965, p. 848/65. [9] ĠU C 211, tad– 19.11.1966, p. 3602/66. [10] ĠU L 186, ta'l– 1.7.1974, p. 14. [11] ĠU C 260, tas– 27.10.1967, p. 24. [12] ĠU L 130, tal– 31.5.1969, p. 4. [13] ĠU L 11, tas– 16.1.1970, p. 1. [14] ĠU L 282, ta'l– 1.11.1975, p. 64. [15] ĠU L 301, tal– 25.10.1986, p. 1. -------------------------------------------------- ANNESS I “ANNESS Il-kodiċi tan-NM | Id-deskrizzjoni ta' l-oġġetti | Il-koeffiċjent | L-ammont standard (ECU/kg) | ex0408 | Il-Bajd tat-tjur, mhux fil-qoxra u l-isfra tal-bajd, friski, imnixxfa, misjura permezz tal-fwar jew permezz tat-togħlija fl-ilma, mogħtija l-għamla, iffriżati jew ippriservati xorta oħra, kemm jekk ikun fihom iz-zokkor miżjud jew kull materja oħra ta' ħlewwa u kemm jekk le: | | | | L-Isfra tal-bajd: | | | 040811 | Imnixxfa: | | | 04081110 | Addattati għal konsum mill-bniedem | 4,68 | 0,8463 | 040819 | Oħrajn: | | | | Addattati għal konsum mill-bniedem | | | 04081911 | likwidi | 2,04 | 0,4352 | 04081919 | iffriżati | 2,18 | 0,4594 | | Oħrajn: | | | 040891 | Imnixxfa: | | | 04089110 | Addattati għal konsum mill-bniedem | 4,52 | 0,7375 | 040899 | Oħrajn: | | | 04089910 | Addattati għal konsum mill-bniedem | 1,16 | 0,2176 | -------------------------------------------------- ANNESS II “ANNESS Il-kodiċi tan-NM | Id-deskrizzjoni | Il-kwantità f'kilogrammi | Il-kompożizzjoni | ex0407 | Il-Bajd tat-tjur, fil-qoxra, friski, ippriservati jew misjura: | | | | Tat-tjur: | | | | Għall-fsiq: | | | 04070011 | Tad-dundjani jew tal-wiżż | 0,715 kull bajda | Qamħirrum: 60 % Xgħir: 30 % Ħafur: 10 % | 04070019 | Oħrajn | 0,245 kull bajda | Qamħirrum: 60 % Xgħir: 30 % Ħafur: 10 % | 04070030 | Oħrajn (għajr għall-fsiq) | 2,160 kg | Qamħirrum: 60 % Xgħir: 30 % Ħafur: 10 % | -------------------------------------------------- ANNESS III “ANNESS Il-kodiċi tan-NM | Id-deskrizzjoni | Il-kwantità f'kilogrammi | Il-kompożizzjoni | L-ammont standard f'ECU | 0407 | Il-Bajd tat-tjur, fil-qoxra, frisk, ippriservati jew misjur: | | | | | Tat-tjur: | | | | | Għall-fsiq: | | | | 04070011 | Tad-dundjani jew tal-wiżż | 0,765 kull bajda | Għall-Qamħirrum 60 % Għax-Xgħir 30 % Għall-Ħafur 10 % | 0,4500 | 04070019 | Oħrajn | 0,260 kull bajda | Għall-Qamħirrum 60 % Għax-Xgħir 30 % Għall-Ħafur 10 % | Oħrajn (għajr għall-fsiq) | 04070030 | Oħrajn (għajr għall-fsiq) | 2,350 kull kg | Għall-Qamħirrum 60 % Għax-Xgħir 30 % Għall-Ħafur 10 % | 0,6300 | --------------------------------------------------