31987R3994



Official Journal L 377 , 31/12/1987 P. 0031 - 0033
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 25 P. 0207
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 25 P. 0207


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3994/87

tat-23 ta’ Diċembru 1987

li jemenda r-regolament Nru 136/66/KEE dwar l-organizzazzjoni tas-suq fiż-żjut u x-xaħmijiet

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u ta’ l-istatistika u dwar it-Tariffa Komuni Doganali [1], kif emendat bir-Regolament (KEE) Nru 3985/87 [2], u partikolarment Artikolu 15 tiegħu,

Billi r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 li jistabbilixxi, b’effett mill-1 ta’ Jannar 1988, nomenklatura magħquda ta’ l-oġġetti msejsa fuq is-Sistema Armonizzata li trid tilħaq il-ħtiġiet kemm tat-Tariffa Komuni Doganali u kemm tan-nomenklatura magħquda għall-istatistika tal-kummerċ barrani tal-Komunità;

Billi, b’konsegwenza ta’ dan, huwa meħtieġ li d-deskrizzjonijiet ta’ l-oġġetti u n-numri ta’ l-intestaturi tat-tariffa li jidhru fir-Regolament tal-Kunsill Nru 136/66/KEE [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 1915/87 [4], jiġu espressi skond it-termini tan-nomenklatura magħquda; billi dawn l-adattazzjonijiet ma jitolbux għal xi emendi ta’ sustanza;

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament Nru 136/66/KEE huwa mmodifikat kif ġej:

1. Artikolu 1(2) huwa mibdul b’dan li ġej:

"2. Dan ir-Regolament għandu jkopri l-prodotti li ġejjin:

Kodiċi NM | Deskrizzjoni ta' l-Oġġetti |

| Fażola tas-sojja, seww jekk imfarrka u anki jekk le, apparti milli għaż-żriegħ |

12021090 | Karawett, mhux inkaljat jew b'mod ieħor imsajjar, fil-qoxra, apparti milli għaż-żriegħ |

12022000 | Karawett, mhux inkaljat jew b'mod ieħor imsajjar, maħruġ fil-qoxra, seww jekk imfarrak u anki jekk le, apparti milli għaż-żriegħ |

12030000 | Kopra |

12040090 | Żerriegħa tal-kittien, seww jekk imfarrka u anki jekk le, apparti milli għaż-żriegħ |

12050090 | Żerriegħa tar-rapa u tal-kolza, seww jekk imfarrka u anki jekk le, apparti milli għaż-żriegħ |

12060090 | Żerriegħa tal-ġirasol, seww jekk imfarrka u anki jekk le, apparti milli għaż-żriegħ |

12071090 | Prinjoli u l-qalba tal-pini, seww jekk imfarrka u anki jekk le, apparti milli għaż-żriegħ |

12072090 | Zerriegħa tal-qoton, seww jekk imfarrka u anki jekk le, apparti milli għaż-żriegħ |

12073090 | Zerriegħa tal-castor, seww jekk imfarrka u anki jekk le, apparti milli għaż-żriegħ |

12074090 | Żerriegħa tal-ġulġliel, seww jekk imfarrka u anki jekk le, apparti milli għaż-żriegħ |

12075090 | Żerriegħa tal-mustarda, seww jekk imfarrka u anki jekk le, apparti milli għaż-żriegħ |

12076090 | Żerriegħa tal-safflower, seww jekk imfarrka u anki jekk le, apparti milli għaż-żriegħ |

12079190 | Żerriegħa tal-peprin, seww jekk imfarrka u anki jekk le, apparti milli għaż-żriegħ |

12079290 | Ġewż tax-xeja (ġewż tal-karite), seww jekk imfarrka u anki jekk le, apparti milli għaż-żriegħ |

12079991 | Żerriegħa tal-qanneb, seww jekk imfarrka u anki jekk le, apparti milli għaż-żriegħ |

12079999 | Żrieragħ oħrajn taż-żjut u frott oleaġeniku, seww jekk imfarrka u anki jekk le, apparti milli għaż-żriegħ |

1208 | Tqiq u smida taż-żrieragħ taż-żejt jew ta' frott oleaġeniku, apparti minn dawk tal-mustarda |

1504 | Xaħmijiet u żjut u l-frazzjonijiet tagħhom, tal-ħut u l-mammiferi marini, seww jekk raffinat u anki jekk le, imma li mhux kemikament immodifikat |

1507 | Żejt tal-fażola tas-sojja u l-frazzjonijiet tiegħu, seww jekk raffinat u anki jekk le, imma li mhux kemikament immodifikat |

1508 | Żejt tal-karawett u l-frazzjonijiet tiegħu, seww jekk raffinat u anki jekk le, imma li mhux kemikament immodifikat |

1511 | Żejt tal-palmi u l-frazzjonijiet tiegħu, seww jekk raffinat u anki jekk le, imma li mhux kemikament immodifikat |

1512 | Zejt taż-żerriegħa tal-ġirasol, ta' l-għosfor jew taż-żerriegħa tal-qoton u l-frazzjonijiet tagħhom, seww jekk raffinat u anki jekk le, imma li mhux kemikament immodifikat |

1513 | Żejt tal-ġewż ta' l-indi (kopra), il-qalba tal-palmi jew żejt tal-babassu u l-frazzjonijiet tagħhom, seww jekk raffinat u anki jekk le, imma li mhux kemikament immodifikat |

1514 | Żejt tar-rapa, tal-kola jew tal-mustarda u l-frazzjonijiet tagħhom, seww jekk raffinat u anki jekk le, imma li mhux kemikament immodifikat |

ex1515 | Xaħmijiet u żjut oħrajn tal-ħxejjex (eskluż iż-żejt tal-ġoġoba: 151560) u l-frazzjonijiet tagħhom, seww jekk raffinat u anki jekk le, imma mhux kemikament immodifikati |

ex1516 | Xaħmijiet u żjut mill-annimali jew mill-ħxejjex u l-frazzjonijiet tagħhom, parzjalment jew kompletament idroġenizzati, inter-esterifikati, ri-esterifikati jew elajdinizzati, seww jekk raffinat u anki jekk le, imma mhux aktar ippreparati, (eskluż iż-żejt tal-kastru, l-hekk imsejjħa "xama' opali": 15162010) |

ex1517 | Marġerina, taħlitiet u preparazzjonijiet tajbin għall-ikel mix-xaħmijiet u ż-żjut ta' l-annimali jew tal-ħxejjex jew iż-żjut jew il-frazzjonijiet tad-diversi xaħmijiet u ż-żjut ta' dan il-Kapitolu, apparti milli x-xaħmijiet u ż-żjut tajbin għall-ikel u l-frazzjonijiet tagħhom ta' l-intestatura Nru 1516, esklużi s-subintestaturi 15171010m 15179010 u 15179093 |

15180031 | Żjut veġitali iffissati, fluwidi, imħallta għal-użu tekniku jew industrijali apparti milli għall-manifattura ta' l-oġġetti ta' l-ikel għall-konsum uman |

15180039 |

15220091 | Sediment u tartru taż-żejt; xaħmijiet għas-sapun, li jirriżultaw mit-trattament ta' sustanzi xaħmija jew mix-xemgħat ta' l-annimali jew veġitali, esklużi dawk li jkun fihom iż-żejt li jkollu l-karatteristiċi taż-żejt taż-żebbuġa |

15220099 | Residwi oħrajn li jirriżultaw mit-trattament tas-sustanzi xaħmija tax-xemgħat mill-annimali jew veġitali, esklużi dawk li jkun fihom Iż-żejt li jkollu l-karatteristiċi taż-żejt taż-żebbuġa. |

23040000 | Għaġina taż-żejt u residwi solidi oħrajn, seww jekk misħuqa u anki jekk le jew fil-għamla ta' gerbubi, li jirriżultaw mill-estrazzjoni taż-żejt mill-fażola tas-sojja |

23050000 | Għaġina taż-żejt u residwi solidi oħrajn, seww jekk misħuqa u anki jekk le jew fil-għamla ta' gerbubi, li jirriżultaw mil-estrazzjoni taż-żejt mill-karawett |

ex2306 | Għaġina taż-żejt u residwi solidi oħrajn, seww jekk misħuqa u anki jekk le jew fil-għamla ta' gerbubi, li jiriżultaw mill-estrazzjoni taż-żjut u x-xaħmijiet veġitali, apparti minn dawk ta' l-intestatura Nru 2304 jew 2305, eskluża l-għaġina taż-żejt u r-residwi l-oħrajn, li jirriżultaw mill-estrazzjoni taż-żejt taż-żebbuġa li jidħol fis-subintestatura 230690 |

1509 | Żejt taż-żebbuġa u l-frazzjonijiet tiegħu, seww jekk raffinat u anki jekk le, imma mhux kemikament immodifikat |

151000 | Żjut oħrajn u l-frazzjonijiet tagħhom, akwistati kompletament miż-żebbuġ, seww jekk raffinati u anki jekk le, imma li ma humiex kemikament immodifikati, inklużi t-taħlitiet ta' dawn iż-żjut jew il-frazzjonijiet tagħhom ma żjut jew frazzjonijiet ta' l-intestatura Nru 1509 |

| Żebbuġ, frisk jew imkessaħ, għall-użu apparti milli għall-produzzjoni taż-żejt |

07099039 | Żebuġ ieħor, frisk jew imkessaħ |

07108010 | Żebbuġ (mhux misjur jew misjur bil-fwar jew fil-misħun), iffriżat |

071120 | Żebbuġ proviżjonalment ippreservat (per eżempju, bil-gass tad-diossidu tal-kubrit, fis-salmura, f'ilma bil-kubrit jew f'xi soluzzjonijiet preservattiviti oħrajn) imma mhux tajjeb f'dak l-istat għall-konsum immedjat |

ex07129090 | Żebbuġ imqadded, maqtuh sħiħ, imfellel, imfarrak jew magħmul trab, imma mhux aktar ippreparat |

ex20019090 | Żebbuġ, ippreparat jew ippreservat bil-ħall jew bl-aċidu aċetiku |

ex20049030 | Żebbuġ, ippreparat jew ippreservat apparti milli bil-ħall jew bl-aċidu aċetiku, iffriżat |

20057000 | Żebbuġ, ippreparat jew ippreservat apparti milli bil-ħall jew bl-aċidu aċetiku, mhux iffriżat |

(e)1522 00 31 | Residwi li jirriżultaw mit-trattament tas-sustanzi xaħmija jew tax-xamgħat mill-annimali jew veġitali li jkun fihom Iż-żejt li jkollu l-karatteristiċi taż-żejt taż-żebbuġa |

1522 00 39 |

23069011 | Għaġina taż-żejt u residwi oħrajn li jirriżultaw mill-estrazzjoni taż-żejt taż-żebuġa |

23069019" |

2. Artikolu 2(1) huwa mibdul b’dan li ġej:

"1. Għall-prodotti msemmija f’Artikolu 1(2)(a), (b) u (d), minbarra dawk li jidħlu fis-subintestaturi 07099039 u 07112090, u għall-prodotti li jidħlu fis-subintestatura 23069011, għandhom jiġu applikati r-rati tad-dazju murija fin-nomenklatura magħquda.

Għall-prodotti li hemm referenza dwarhom f’Artikolu 1(2)(ċ) u (e), minbarra dawk li jidħlu fis-subintestatura 23069011, u għall-prodotti li jidħlu fis-subintestaturi 07099039 u 07112090, għandha tiġi applikata sistema ta’ levies fuq l-importazzjoni minn pajjiżi terzi."

3. Artikolu 14(1) huwa mibdul b’dan li ġej:

"1. Meta iż-żejt taż-żebbuġa mhux ittrattat li jidħol fis-subintestaturi 150910 u 15100010 jiġi importat minn pajjiżi terzi u meta l-prezz tad-dħul ikun ogħla mill-prezz c.i.f., impost egwali għad-differenza bejn iż-żewġ prezzijiet għandu jiġi impost."

4. Artikolu 15(1) u (2) huma mibdula b’dan li ġej, rispetivament:

"1. Impost għandu jiġi mpost fuq l-importazzjoniminn pajjiżi terzi għaż-żejt taż-żebbuġa li jidħol fis-subintestaturi 15099000 u 15100090; Dan l-mpost għandu jkun magħmul minn komponent varjabbli li jikkorrespondi mal-impost applikabbli għall-kwantità taż-żejt taż-żebbuġa meħtieġ għall-produzzjoni taż-żejt importat, li jista’ jkun iffissat f’rata standard, u komponent fiss sabiex jipprotieġi l-industrija ta’ l-ipproċessar:

2. Meta, għal oriġini wieħed jew iktar, il-prezzijiet ta’ l-offerta fis-suq dinji għaż-żejt taż-żebbuħa li jidħol fis-subintestaturi 15099000 ud 15100090 ma jkunux allineati mal-prezz c.i.f. riferit f’Artikolu 14, dan ta’ l-aħħar għandu jieħu post il-kalkolu tal-komponent varjabbli tal-impost bi prezz għad-determinazzjoni tal-bażi tal-prezzijiet ta’ l-offerta msemmija hawn fuq."

5. Artikolu 17(1) u (2) huma mibdula b’dan li ġej, rispettivament:

"1. Fuq l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi ta’ żebbuġ li jidħol fis-subintestaturi 07099039 u 07112090, impost dderivat mill-impost applikabbli għaż-żejt taż-żebbuġa permezz ta’ l-Artikolu 14 u ibbażat fuq il-kontenut taż-żejt tal-prodotti importati għandu jkun impost.

B’dana kollu, l-impost mpost ma tistax tkun anqas mill-ammont egwali għal 8 % tal-valur tal-prodott importat, b’dan l-ammont irid jiġi fissat b’rata standard.

Fuq l-importazzjoni minn pajjiżi terzi tal-prodotti li jidħlu fis-subintestaturi 23069019, 15220031 u 15220039, impost dderivat mill-impost applikabbli għaż-żejt taż-żebbuġa u bbażat fuq il-kontentut taż-żejt tal-prodott importat għandu jiġi mpost."

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħ ol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 1988.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fit-23 ta’ Diċembru 1987.

Għall-Kummissjoni

Frans Andriessen

Viċi-President

[1] ĠU L 256, tas-7.9.1987, p.1.

[2] ĠU L 376, tal-31.12.1987, p.1.

[3] ĠU L 172, tat-30.9.1966, p. 3025/66.

[4] ĠU L 183, tat-2.7.1987, p. 7.

--------------------------------------------------