31987R3988



Official Journal L 376 , 31/12/1987 P. 0031 - 0046
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 25 P. 0175
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 25 P. 0175


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3988/87

tat-22 ta' Diċembru 1987

li jemenda ċerti miżuri rigward l-applikazzjoni ta' l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur tal-laħam taċ-ċanga minħabba l-introduzzjoni tan-Nomenklatura Magħquda

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u ta' l-istatistika tat-Tariffa Komuni Doganali [1], emendata bir-Regolament (KEE) Nru 3985/87 [2], u partikolarment it-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 15 (1) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3905/87 tat-22 ta' Diċembru 1987 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 805/68 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-laħam taċ-ċanga u l-vitella [3] u partikolarment l-Artikolu 2 tiegħu,

Billi, skond it-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 15 (1) tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, addattamenti ta' natura teknika ta' l-atti tal-Komunità bl-użu tan-Nomenklatura Magħquda għandhom jitwettqu mill-Kummissjoni; billi emendi ta' sustanza għandhom jitwettqu b'mod konformi mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 27 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 805/68 [4] bis-saħħa ta' l-Artikolu 2 tar-Regolament (KEE) Nru 3905/87;

Billi numru kbir ta' miżuri fis-settur tal-laħam taċ-ċanga u tal-vitella għandhom ikunu addattati fil-livell tekniku kif ukoll f’dak li jirrigwardja ċerti punti sostantivi sabiex titqies l-utilizzazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda l-ġdida msejsa fuq is-sistema armonizzata tad-designazzjoni u l-kodifika ta' l-oġġetti li jkunu waslu li jieħdu l-post tal-Konvenzjoni tal-15 ta' Diċembru 1950 dwar in-Nomenklatura għall-klassifikazzjoni ta' l-oġġetti fit-tariffi doganali,

Billi minħabba n-numru u l-kontenut tat-testi li jeħtieġu din il-modifika huwa rakkomandabbli li l-emendi kollha meħtieġa jerġgħu jiġu gruppati mill-ġdid, f'Regolament wieħed;

Billi, ċerti oġġetti/ħaġiet għall-kalkolazzjoni li għandhom jidhru f'unitajiet tal-kontijiet fil-miżuri msemmija għandhom jiġu espressi fl-ECU bl-użu tal-koeffiċjent ta' 1,208953 li hemm referenza dwaru fl-Artikolu 13 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1676/85 [5] kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 1636/87 [6];

Billi l-miżuri li hemm provvediment dwarhom f'dan ir-Regolament għall-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 2 tar-Regolament (KEE) Nru 3905/87 huma bi qbil ma’ l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni tal-Laħam taċ-Ċanga u l-Vitella,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 586/77 tat-18 ta' Marzu 1977 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni ta’ levies fuq il-laħam taċ-ċanga u l-vitella u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 950/68 dwar it-Tariffa Komuni Doganali [7], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 3114/83 [8], huwa hawnhekk emendat kif ġej:

1. L-Artikolu 6 huwa mibdul b'dan li ġej:

"Artikolu 6

Għal-laħam tal-friża li jidħol fis-subintestaturi 020210 u 02022010 u speċifikat fil-(b) ta' l-Anness mar-Regolament (KEE) Nru 805/68:

(a) il-koeffiċjent li hemm referenza dwaru fl-Artikolu 11(2)(a) tiegħu għandu jkun ta' 1,69;

(b) is-somma ta' rata waħda li hemm referenza dwarha fl-Artikolu 11 (2) (b) tiegħu għandha tkun ta' 6,65 ECU għal kull 100 kilogram."

2. Fl-Artikolu 9 l-ewwel paragrafu jiġi mibdul b'dan li ġej:

"1. Għall-iskopijiet tal-levies,

(a) "Il-karkassi ta’ l-annimali tal-fart", għall-iskopijiet tas-subintestaturi 020110 u 020210 tan-Nomenklatura Magħquda tfisser il-karkassi sħaħ ta’ l-annimali maqtula wara li jkun tneħħielhom id-demm, ġew evixxerati u tneħħitihom il-ġilda, importati bl-irjus jew mingħajrhom, bis-saqajn jew mingħajrhom, u bir-raċanċ l-ieħor imwaħħal magħhom jew le. Meta l-karkassi jiġu importati mingħajr l-irjus, dawn ta' l-aħħar għandhom ikunu sseparata mill-karkassa fl-għaksa atlojdo-oċċipitali. Meta jkunu importati mingħajr is-saqajn, dawn ta' l-aħħar iridu jkunu ġew maqtugħa mill-għekiesi karpo-metakarpali jew tarso-metakarsali; il-"karkassa" tinkludi l-parti tas-sider bl-ispalla tal-karkassa li tikkomprendi l-għadam kollu u l-għadma ta’ l-għonq, l-għonq u l-ispalla b'mhux iktar minn 10 pari ta' kustilji;

(b) "Nofs karkassi ta’ l-annimali tal-fart", għall-iskopijiet tas-subintestaturi 020110 u 020210 tan-Nomenklatura Magħquda tfisser il-prodott li jirriżulta mill-qasma simmetrika tal-karkassa sħiħa miċ-ċentru ta' kull rukkell ċerviku, dorsali, lumbari u sakrali tas-sinsla u minn ġoċ-ċentru ta' l-isternu tas-simfisi iskjo-pubiku; in-"nofs karkassa" tinkludi l-parti ta' quddiem li tikkomprendi l-għadam kollu u l-għadma ta’ l-għonq, l-għonq u l-ispalla b'aktar minn 10 kustilji

(ċ) "Il-kwarti kkumpensati", għall-iskopijiet tas-subintestaturi 02012011, 02012019 u 02022010 tan-Nomenklatura Magħquda tikkonsisti minn jew:

- il-kwarti tas-sider jikkomprendu l-għadam kollu u l-għadma ta’ l-għonq, l-għonq u l-ispalla, u maqtugħin ma' l-għaxar kustilja; u l-kwartijiet tad-dahar jikkomprendu l-għadam kollu u l-wirk u l-kustilja tal-flett, u maqtugħin mat-tielet kustilja; jew

- il-kwarti tas-sider jikkomprendu l-għadam kollu u l-għadma ta’ l-għonq, l-għonq u l-ispalla, maqtugħa mal-ħames kustilja bil-ġenb u s-sider imwaħħla; u l-kwatri ta' wara jikkomprendu l-għadam kollu u l-wirk u l-kustilja tal-flett, u maqtugħa mat-tmien kustilja.

Il-kwarti tas-sider u l-kwarti tad-dahar jikkostitwixxu l-"kwarti kumpensati" iridu jiġu importati fl-istess waqt u f'numri egwali u l-piż totali tal-kwarti tas-sider irid ikun l-istess bħal dak tal-kwarti tad-dahar; b’dankollu, hija mħollija differenza bejn il-piż taż-żewġ partijiet tal-kunsinja basta iżda li dan ma jeċċedix il-5 % tal-piż ta' l-itqal parti (il-kwarti tas-sider jew il-kwarti tad-dahar);

(d) "Il-kwarti tas-sider mhux separati", għall-iskopijiet tas-subintestaturi 02012031, 02012039, u 02022030 tan-Nomenklatura Magħquda tfisser il-kwart tas-sider tal-karkassa li jikkomprendi l-għadam kollu u l-għadma ta’ l-għonq, l-għonq u l-ispalla, b'minimu ta' erba' pari kustilji u massimu ta' 10 pari kustilji (bl-ewwel erba' pari kustilji sħaħ, filwaqt li l-oħrajn jistgħu jkunu maqtugħa) bil-ġenb irqiq jew mingħajru;

(e) "Il-kwarti separati tas-sider", għall-iskopijiet tas-subintestaturi 02012031, 02012039 u ex02022030 tan-Nomenklatura Magħquda tfisser il-parti tas-sider tan-nofs karkassa li tikkomprendi l-għadam kollu u l-għadma ta’ l-għonq, l-għonq u l-ispalla, b'minimu ta' erba' kustilji u massimu ta' 10 kustilji (bl-ewwel erba' kustilji sħaħ u l-oħrajn jistgħu jkunu maqtugħa) bil-ġenb irqiq jew mingħajru;

(f) "Il-kwarti tad-dahar mhux separati", għall-iskopijiet tas-subintestaturi 02012051, 02012059 u 02022050 tan-Nomenklatura Magħquda tfisser il-parti tad-dahar tal-karkassa li tikkomprendi l-għadam kollu u l-wirk u l-kustilja tal-flett, inkluż il-flett, b'minimu ta' tliet pari kustilji sħaħ jew maqtugħin mingħajr ix-xikel u jew bil-ġenb l-irqiq jew mingħajru;

(g) "Il-kwarti separati tad-dahar", għall-iskopijiet tas-subintestaturi 02012051, 02012059 u 02022050 tan-Nomenklatura Magħquda, il-parti tad-dahar tan-nofs-karkassa li tikkomprendi l-għadam kollu tan-nofs-karkassa u l-wirk u l-kustilja tal-flett inkluż il-flett, b'minimu ta' tliet kustilji sħaħ jew imqatta’ bix-xikel jew mingħajru u bil-ġenb irqiq jew mingħajru;

(h) Il-qatgħat min-naħa ta’ "l-għonq" u "mill-iskapula u l-ispalla", għall-iskopijiet tas-subintestatura 02023050, tan-Nomenklatura Magħquda jfissru l-parti tad-dahar tal-kwart tas-sider, inkluża l-parti ta' fuq tal-kwart tas-sider, inkluża l-parti ta' fuq ta' l-ispalla, miksuba mill-parti tas-sider b'minimu ta' erba' kustilji u massima ta' 10 kustilji b'qasma matul linja dritta mill-ponta fejn l-ewwel kustilja tingħaqad ma' l-ewwel segment ta' l-isternu sal-ponta tar-riflessjoni tad-dijaframma fuq l-għaxar kustilja;

(i) Il-qatgħa tas-"sidra", għall-iskopijiet tas-subintestatura 02023050 tan-Nomenklatura Magħquda tfisser il-parti ta' isfel tal-kwart tas-sider li tikkomprendi t-tarf taż-żokra tas-sidra u t-tarf tal-punt tas-sidra;

(j) "Laħam ieħor jew raċanċ ieħor tal-laħam imħejjija jew priservati, mhux imsajrin", għall-iskopijiet tas-subintestaturi 16025010 and 16029061, tfisser il-prodotti li ma jkunux ġew soggetti għall-ebda trattament tas-sħana jew li jkunu ġew soġġetti għal trattament ta' sħana mhux suffiċjenti biex jassigura li jagħqdu l-proteini tal-laħam fil-prodott kollu u li għalhekk juru traċċi ta' likwidu fir-roża fuq il-wiċċ maqtugħ meta l-prodott jinqata' matul linja li tgħaddi mill-aktar parti ħoxna tiegħu."

3. L-Artikolu 14 huwa mħassar.

4. L-Annessi I u II huma mibdula bl-Annessi I u II ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

L-Artikolu 1 (1) (b) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2182/77 tat-30 ta' Settembru 1977 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-bejgħ tal-laħam tal-friża mill-ħażniet ta' l-intervent sabiex jiġi proċessat fil-Komunità u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1687/76 [9], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 1809/87 [10], huwa hawnhekk mibdul b'dan li ġej:

"(b) il-prodotti oħra kif definiti fl-Artikolu 2 (6) ta' l-istess Regolament, jew il-prodotti li jidħlu fis-subintestatura 02102090 tan-Nomenklatura Magħquda."

Artikolu 3

L-Anness II, il-punt 1 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2226/78 tal-25 ta' Settembru 1978 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-miżuri ta' l-intervent fis-settur tal-laħam taċ-ċanga u l-vitella u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 1896/73 u (KEE) Nru 2630/75 [11], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 3350/87 [12], huwa mibdul b'dan li ġej:

"1. Il-laħam ta’ l-annimali adulti tal-fart, frisk jew imkessaħ, (ta' l-intestatura Nru 0201 tan-Nomenklatura Magħquda) fl-għamla ta' karkassi, nofs karkassi jew kwarti kumpensati, il-kwarti tas-sider jew il-kwarti tad-dahar minn annimali maqtula mhux iktar minn sitt ijiem qabel."

Artikolu 4

L-Artikolu 2 (5) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1136/79 tat-8 ta' Ġunju 1979 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ l-arranġamenti għall-importazzjoni speċjali ta’ ċerti tipi ta' laħam taċ-ċanga ffriżat intiż għall-ipproċessar u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 572/78 [13] kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 1121/87 [14] huwa mibdul b'dan li ġej:

"5. Għall-iskopijiet ta' l-Artikolu 14 (1) (a) tar-Regolament (KEE) Nru 805/68 il-kelma "priser" tfisser il-prodotti li jidħlu fis-subintestatura 16025090 tan-Nomenklatura Magħquda, li jkun fihom skond l-użin 20 % jew aktar ta' laħam ta’ l-annimali tal-fart, mingħajr ir-raċanċ u x-xaħam, li fihom iċ-ċanga u l-ġelatina jwasslu għal mill-anqas 85 % tal-piż nett totali.

B’danakollu, prodotti li jkunu ġew ipproċessati fi stabbiliment tal-bejgħ bl-imnut jew tal-bejgħ ta' l-ikel u offruti għall-bejgħ lill-konsumatur finali m’għandhomx ikunu meqjusa bħala "priserv"."

Artikolu 5

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1544/79 ta' l-24 ta' Lulju 1979 dwar l-għoti ta' rifużjoni fuq l-esportazzjoni għall-annimali tal-fart tar-razza pura għat-tagħmir [15] huwa hawnhekk emendat kif ġej:

1. L-Artikolu 1 huwa mibdul b'dan li ġej:

"Artikolu 1

Għall-iskopijiet tal-konċessjoni ta' rifużjoni fuq l-esportazzjoni, l-annimali tal-fart huma meqjusa bħala annimali tar-razza pura għat-tagħmir li jidħlu fis-subintestatura 01021000 tan-Nomenklatura Magħquda meta jkunu konformi mad-definizzjoni mogħtija fl-Artikolu 1 tad-Direttiva tal-Kunsill 77/504/KEE."

2. L-Artikolu 2 (2) huwa mibdul b'dan li ġej:

"2. Fil-waqt tal-formalitajiet doganali ta' l-importazzjoni rigward l-annimali li jidħlu fis-subintestatura 01021000 tan-Nomenklatura Magħquda għandu jiġi ppreżentat iċ-ċertifikat tar-razza jew dokument ekwivalenti li jindika l-isem u l-indirizz ta' min irabbi.

Jekk min irabbi huwa stabbilit ġewwa l-Komunità jrid, barra minn hekk, ikun ippruvat li ma tkun ġiet konċessa l-ebda rifużjoni jew li kull rifużjoni tkun ġiet imħallsa lura. Meta din il-prova ma tistax tkun ipprovduta, l-annimali għandhom jiġu kkunsidrati li bbenefikaw minn rifużjoni fuq l-esportazzjoni egwali għall-aktar levy għolja li kienet tapplika fil-jum ta' l-importazzjoni mill-ġdid ġewwa l-Komunità ta' l-annimali tal-fart li jidħlu fis-subintestaturi 01029031, 01029033 u 01029035 tan-Nomenklatura Magħquda."

Artikolu 6

Fl-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 988/80 tat-23 ta' April 1980 dwar l-applikazzjoni ta' l-aktar rata baxxa ta' rifużjoni fuq l-esportazzjoni dwar ċerti prodotti tal-laħam taċ-ċanga u l-vitella [16], l-ewwel parti tas-sentenza hija mibdula b'dan li ġej:

"Il-fatt li ma tkun ġiet iffissata l-ebda rifużjoni għall-prodotti li jidħlu fl-intestatura Nru 0201 u s-subintestatura 02061095 tan-Nomenklatura Magħquda esportati lejn l-Istati Uniti ta' l-Amerika m’għandux ikun meqjus."

Artikolu 7

Ir-Regolment tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2377/80 ta' l-4 ta' Settembru 1980 dwar ir-regoli speċjali dettaljati sabiex tkun applikata s-sistema tal-liċenzji ta' l-importazzjoni u ta' l-esportazzjoni fis-settur tal-laħam taċ-ċanga u l-vitella [17] kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 3893/87 [18] huwa emendat kif ġej:

1. L-Artikolu 2 huwa mibdul b'dan li ġej:

"Artikolu 2

1. Liċenzja għandha tkun meħtiġa għall-importazzjoni ġewwa l-Komunità u l-esportazzjoni minnha għal kull wieħed mill-prodotti li hemm referenza dwarhom fl-Artikolu 1 (1) (a) tar-Regolament (KEE) Nru 805/68 u ta' kull prodott li jidħol fis-subintestaturi 16025090 u 16029069 tan-Nomenklatura Magħquda.

2. Liċenzja għandha tkun meħtieġa għall-esportazzjoni mill-Komunità tal-prodotti li jidħlu fis-subintestatura 01021000 tan-Nomenklatura Magħquda."

2. L-Artikolu 4 (a) huwa mibdul b'dan li ġej:

(a) Liċenzji ta' l-importazzjoni bl-iffissar bil-quddiem tal-levy:

(i) għal 30 ġurnata mill-jum tal-ħruġ tagħhom fil-qofol ta’ dak li jfisser l-Artikolu 21 (1) tar-Regolament (KEE) Nru 3183/80 għall-prodotti li jidħlu fl-intestatura Nru 020100 u s-subintestatura 02061095 tan-Nomenklatura Magħquda li joriġinaw fi u ġejjin mill-Arġentina jew l-Urugwaj.

(ii) għal 60 ġurnata minn dik id-data għall-prodotti li jidħlu fl-intestatura Nru 0202 u s-subintestatura 02062991 tan-Nomenklatura Magħquda, li joriġinaw fi u ġejjin mill-Arġentina, l-Awstralja, in-New Zealand jew l-Urugwaj.

(iii) għal 45 ġurnata minn dik id-data għall-prodotti li jidħlu fl-intestaturaa Nru 0202 u s-subintestatura 02062991 tan-Nomenklatura Magħquda, li joriġinaw fi u ġejjin mir-Rumanija:

3. L-Artikolu 8 huwa mibdul b'dan li ġej:

"Artikolu 8

1. L-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta' l-esportazzjoni għandhom jidentifikaw il-prodotti fit-termini ta’

- waħda mis-subintestaturi tan-Nomenklatura Magħquda,

- wieħed mill-gruppi tas-subintestaturi tan-Nomenklatura Magħquda

meħuda mill-istess inċiżi li jidhru fl-Anness III.

L-istess subintestaturi jew gruppi ta' subintestaturi għandhom ikunu ddikjarati fil-liċenzja ta' l-esportazzjoni.

2. Mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet l-oħra, l-applikazjonijiet iridu jsiru għal-liċenzji ta' l-importazzjoni għall-prodotti li jidħlu fil-qofol ta’

- waħda mis-subintestaturi tan-Nomenklatura Magħquda,

- wieħed mill-gruppi tas-subintestaturi tan-Nomenklatura Magħquda

meħuda mill-istess inċiżi li jidhru fl-Anness IV.

L-istess subintestaturi jew grupp ta' subintestaturi għandhom jiġu dikjarati fil-liċenzja ta' l-importazzjoni.

3. B’dankollu, meta l-iffissar bil-quddiem tar-rifużjoni għal-ċerti destinazzjonijiet jew id-destinazzjonijiet kollha jkun possibbli biss għall-prodotti li jidħlu f’ċerti subintestaturi jew il-gruppi ta' subintestaturi, li hemm referemza dwarhom fil-paragrafu 1, is-Sezzjonijiet 12 ta' l-applikazzjoni u tal-liċenzja stess, għandhom jagħtu d-deskrizzjoni tal-prodotti eliġibbli għall-iffissar bil-quddiem tar-rifużjoni u s-subintestatura jew il-grupp ta' subintestaturi għandhom jiddaħlu fis-Sezzjonijiet 8. Il-liċenzja tkun valida biss għall-prodotti hekk innominati."

4. L-Artikolu 8a(1) u (2) huwa mibdul b'dan li ġej:

"1. Għall-prodotti li jidħlu fl-intestaturi Nri 0201 u 0202 u fis-subintestaturi 02061095 u 02062991 tan-Nomenklatura Magħquda l-applikazzjoni għal-liċenzja ta' l-esportazzjoni u l-liċenzja nfisha għandhom jinkludu fis-Sezzjonijiet 13 l-isem tal-pajjiż tad-destinazzjoni tal-prodott.

2. Għall-prodotti li jidħlu fl-intestaturi Nri 0201 u 0202 u fis-subintestaturi 02061095 u 02062991 tan-Nomenklatura Magħquda l-liċenzja ta' l-esportazzjoni bl-iffissar bil-quddiem tar-rifużjoni li hemm referenza dwarha fl-Artikolu 3 (a) għandha tinħareġ fil-ħames jum tax-xogħol wara l-jum li fih tkun ġiet iddepożitata l-applikazzjoni għajr jekk jittieħdu miżuri speċjali matul dan il-perjodu ta' żmien."

5. Fl-Artikolu 16 (1) il-parti tas-sentenza 'mis-subintestatura 0201 A II tat-Tariffa Komuni Doganali hija mibdula bi "mill-intestaturi Nri 0201, 0202 u s-subintestaturi 02061095 u 02062991 tan-Nomenklatura Magħquda".

6. Fl-Anness I, l-ewwel sezzjonijiet, il-punti 1, 2 u 3 huma mibdula bl-Anness III ta' dan ir-Regolament.

7. It-taqsimiet II ta' l-ewwel Anness hija mibdula bl-Anness IV ta' dan ir-Regolament.

8. L-Anness III huwa mibdul fl-Anness V ta' dan ir-Regolament huwa miżjud.

9. L-Anness IV mibdul fl-Anness VI ma' dan ir-Regolament huwa miżjud.

Artikolu 8

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 139/81 tas-16 ta' Jannar 1981 li jiddefinixxi l-kondizzjonijiet għad-dħul ta' ċerti kwalitajiet ta' laħam taċ-ċanga u vitella friżati fis-subintestaturi 0201 A II b) 4 bb) 22 tat-Tariffa Komuni Doganali [19] kif emendat bir-Regolament (KEE) Nru 1652/87 [20] huwa emendat kif ġej:

1. Fit-Titolu s-subintestatura "0201 A II b) 4 bb) aa tat-Tariffa Komuni Doganali" huma mibdula bis-subintestatura"02023050 tan-Nomenklatura Magħquda".

2. L-Artikolu 1 huwa mibdul b'dan li ġej:

"Artikolu 1

Id-dħul ta' laħam tal-friża minn pajjiżi mhux membri fis-subintestatura 02023050 tan-Nomenklatura Magħquda (qatgħat mill-għonq, il-kustilja bl-għadma ta' l-ispalla u l-brisketta) għandhom ikunu soġġetti għall-produzzjoni ta' ċertifkat ta' awtentiċità li jissodisfa l-ħtiġiet stabbiliti f'dan ir-Regolament."

Artikolu 9

Fl-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 74/84 tat-12 ta' Jannar 1984 li jistabbilixxi l-kondizzjonijiet sabiex jiġu konċessi rifużjonijiet speċjali fuq l-esportazzjoni dwar ċerti qatgħat ta' laħam bl-għadma ta’ l-annimali tal-fart [21], kif emendat bir-Regolament (KEE) Nru 3169/87 [22], l-ewwel subparagrafu huwa hawnhekk mibdul b'dan li ġej:

"Qatgħat friski jew imkessħa ta' laħam bl-għadma li jidħol fis-subintestatura 02012090 tan-Nomenklatura Magħquda minn karkassi, nofs-karkassi, partijiet "kumpensati", partijiet tas-sider u partijiet tad-dahar ta' l-annimali adulti maskili tal-fart, bla ħsara għat-termini ta' dan ir-Regolament, jikkwalifikaw għar-rifużjoni speċjali fuq l-esportazzjoni."

Artikolu 10

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2388/84 ta' l-14 ta' Awissu 1984 dwar ir-regoli dettaljati sabiex jiġu applikati r-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni fil-każ ta' ċerti prodotti tal-laħam taċ-ċanga u tal-vitella priservati [23] kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru3425/86 [24] huwa hawnhekk emendat kif ġej:

1. L-Artikolu 1 huwa mibdul b'dan li ġej:

"Artikolu 1

Il-prodotti ppriservati li jidħlu fis-subintestatura 16025090 tan-nomeklatura Magħquda li jilħqu l-kondizzjonijiet stabbiliti b'dan ir-Regolament u jiġu esportati lejn pajjiżi terzi għandhom ikunu eliġibbli għal rifużjoni speċjali meta jkunu mmanifatturati skond l-arranġamenti li hemm provvediment dwarhom bl-Artikolu 4 tar-Regolament (KEE) Nru 565/80."

2. L-Artikolu 3 huwa mibdul b'dan li ġej:

"Artikolu 3

Meta l-prodotti ppriservati li jidħlu fis-subintestatura 16025090 tan-Nomenklatura Magħquda ppreżentati b'mod konformi ma’ l-Artikolu 2, jerġgħu jiġu importati fit-territorju doganali tal-Komunità u ma jiġux iddikjarati għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa skond ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 754/76, l-awtorità kompetenti għandha tawtorizza l-ħruġ fiċ-ċirkolazzjoni ħielsa biss jekk, b'żieda mal-ħlas tad-dazji li japplikaw fuq l-importazzjoni, tiġi pprovduta prova li jkun ġie rkuprat l-ammont tar-rifużjoni konċess fuq l-esportazzjoni. Meta l-ammont konċess ma jistax jiġi stabbilit għas-sodisfazzjon ta' dawn l-awtoritajiet, dan għandu jiġi kkunsidrat li jkun egwali għall-ogħla rifużjoni applikabbli fid-data ta' l-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni taċ-ċirkolazzjoni ħielsa għall-oġġetti involuti."

Artikolu 11

L-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 588/86 tat-28 ta' Frar 1986 dwar l-iffissar tal-levies speċjali fuq il-kummerċ tal-laħam taċ-ċanga u l-vitella rigward il-Portugall [25] huwa hawnhekk mibdul bl-Anness VII ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 12

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1695/86 tat-30 ta' Mejju 1986 li jistabbilixxi regoli dettaljati sabiex jiġi applikat il-laġġju għall-qtil ta' ċerti annimali adulti tal-fart għall-qatla fir-Renju Unit [26] huwa hawnhekk emendat kif ġej:

1. Fl-Artikolu 10 (2) il-punt 'ċ' huwa mibdul b'dan li ġej:

"(ċ) fir-rigward kull wieħed mill-perjodi taż-żmien ta' għaxart ijiem, jikkomunikaw lill-Kummissjoni, mhux iktar tard minn 15-il jum wara dan, il-kwantitajiet tal-prodotti li jidħlu fis-subintestaturi 16025090 u 16029069 tan-Nomenklatura Magħquda."

2. L-Anness huwa mibdul bl-Anness VIII ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 13

L-Artikolu 1 (1) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 82/530/KEE tad-19 ta' Lulju 1982 li tawtorizza lir-Renju Unit sabiex jippermetti lill-awtoritajiet ta’ l-Isle of Man li japplikaw sistema ta' liċenzji speċjali għall-importazzjoni tal-laħam tan-nagħaġ u l-laħam taċ-ċanga u vitella [27], kif emendata bid-Deċiżjoni 84/363/KEE [28], huwa hawnhekk mibdul b'dan li ġej:

"1. Sabiex jiġu limitati l-importazzjonijiet, ir-Renju Unit jista' jawtorizza lill-Gvern ta’ l-Isle of Man li japplika sistema ta' liċenzji speċjali ta' l-importazzjoni għall-prodotti tas-setturi tal-laħam tan-nagħaġ u l-laħam taċ-ċanga u l-vitella, li jidħlu fl-intestaturi u fis-subintestaturi 010210, 01029010, 01029031, 01029033, 01029035, 01029037, 0104, 0201, 0202, 0204, 02061095 u 02062991 tan-Nomenklatura Magħquda."

Artikolu 14

L-Artikolu 2 (1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2670/85 tat-23 ta' Settembru 1985 dwar il-bejgħ bi prezzijiet fissi bil-quddiem b'rata ta' livell standard ta’ ċertu laħam taċ-ċanga bl-għadma minn ċerti aġenziji ta' l-intervent u intiż għall-esportazzjoni [29] kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 2405/87 [30] huwa hawnhekk mibdul b'dan li ġej:

"1. Il-laħam irid jiġi esportat lejn waħda mid-destinazzjonijiet li għalihom rifużjoni hija ffissata għall-prodotti li jidħlu fis-subintestatura 02023090 tan-Nomeklatura Magħquda."

Artikolu 15

Fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1055/87 ta' l-14 ta' April 1987 dwar il-bejgħ bi prezzijiet fissi bil-quddiem b'rata ta' livell standard għal ċertu laħam taċ-ċanga u l-vitella bil-għadma miżmuma minn ċerti aġenziji ta' l-intervent u ntiżi għall-esportazzjoni u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1687/76 [31], emendat bir-Regolament (KEE) Nru 1416/87 [32], l-ewwel sentenza hija mibdula b'dan li ġej:

"1. Il-laħam irid jiġi esportat lejn waħda mid-destinazzjonijiet li għalihom ir-rifużjoni hija ffissata għall-prodotti li jidħlu fis-subintestatura 02023090 tan-Nomenklatura Magħquda."

Artikolu 16

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 1988.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, 22 ta' Diċembru 1987.

Għall-Kummissjoni

Frans Andriessen

Viċi-President

[1] ĠU L 256, tas-7. 9. 1987, p. 1.

[2] ĠU L 376, tal-31.12.1987,p. 1

[3] ĠU L 370, tat-30. 12. 1987, p. 7.

[4] ĠU L 148, tat-28. 6. 1968, p. 24.

[5] ĠU L 164, ta’ l-24. 6. 1985, p. 1.

[6] ĠU L 153, tat-13. 6. 1987, p. 1.

[7] ĠU L 75, tat-23. 3. 1977, p. 10.

[8] ĠU L 303, tal-5. 11. 1983, p. 16.

[9] ĠU L 251, ta’ l-1. 10. 1977, p. 60.

[10] ĠU L 170, tat-30. 6. 1987, p. 23.

[11] ĠU L 261, tas-26. 9. 1978, p. 5.

[12] ĠU L 317, tas-7. 11. 1987, p. 33.

[13] ĠU L 141, tad-9. 6. 1979, p. 10.

[14] ĠU L 109, ta’ l-24. 4. 1987, p. 12.

[15] ĠU L 370, tat-30. 12. 1987, p. 7.

[16] ĠU L 148, tat-28. 6. 1968, p. 24.

[17] ĠU L 164, ta’ l-24. 6. 1985, p. 1.

[18] ĠU L 153, tat-13. 6. 1987, p. 1.

[19] ĠU L 75, tat-23. 3. 1977, p. 10.

[20] ĠU L 303, tal-5. 11. 1983, p. 16.

[21] ĠU L 251, ta’ l-1. 10. 1977, p. 60.

[22] ĠU L 170, tat-30. 6. 1987, p. 23.

[23] ĠU L 261, tas-26. 9. 1978, p. 5.

[24] ĠU L 317, tas-7. 11. 1987, p. 33.

[25] ĠU L 141, tad-9. 6. 1979, p. 10.

[26] ĠU L 109, ta’ l-24. 4. 1987, p. 12.

[27] ĠU L 187, tal-25. 7. 1979, p. 8.

[28] ĠU L 106, ta’ l-24. 4. 1980, p. 27.

[29] ĠU L 241, tat-13. 9. 1980, p. 5.

[30] ĠU L 365, ta’ l-24. 12. 1987, p. 48.

[31] ĠU L 15, tas-17. 1. 1981, p. 4.

[32] ĠU L 153, tat-13. 6. 1987, p. 33.

--------------------------------------------------

ANNESS I

"

“ANNESS I

Kodiċi NM | Deskrizzjoni | Koeffiċjenti għall-kalkolazzjoni tal-levies |

0201 | Laħam ta' l-annimali tal-fart frisk jew imkessaħ | |

020110 | – Karkassi u nofs karkassi | 1,90 |

020120 | – Qatgħat oħrajn bl-għadam: | |

0201201102012019 | – – Kwarti "Ikkompensati" | 1,90 |

0201203102012039 | – – Il-kwarti tas-sider, mhux separati jew separati | 1,52 |

0201205102012059 | – – Il-kwarti tad-dahar, mhux separati jew separati | 2,28 |

02012090 | – – Oħrajn | 2,85 |

020130 | – Mingħajr għadam | 3,26 |

ex020610 | Raċanċ tajjeb għall-ikel ta' l-annimali tal-fart. Frisk jew imkessaħ | |

02061095 | – – – Il-falda l-ħoxna u l-falda l-irqiqa | 3,26 |

0210 | Laħam u raċanċ tal-laħam tajbin għall-ikel, immellħa, fis-salmura, mqadda jew iffumigati; kappuljat u kappuljat irqiq tajjeb għall-ikel tal-laħam u r-raċanċ tal-laħam: | |

021020 | – Laħam ta' l-annimali tal-fart | |

02102010 | – – Bl-għadam | 2,85 |

02102090 | – – Mingħajr għadam | 3,26 |

ex021090 | – Oħrajn, inklużi l-kappuljat u l-kappuljat irqiq tal-laħam jew tar-raċanċ tal-laħam | |

| – – Raċanċ: | |

| – – – Ta' l-annimali tal-fart: | |

02109041 | – – – – Il-falda l-ħoxna u l-falda l-irqiqa | 3,26 |

02109090 | – – Kappuljat u kappuljat irqiq tajjeb għall-ikel mil-laħam jew mir-raċanċ tal-laħam | 3,26 |

ex160250 | Laħam ieħor ippreparat jew ippreservat, raċanċ tal-laħam jew id-demm ta' l-annimali tal-fart: | |

16025010 | – – Mhux misjur, taħlitiet ta' laħam imsajjar jew raċanċ u laħam u raċanċ mhux imsajrin | 3,26 |

16029061 | – – Mhux misjur, taħlitiet ta' laħam imsajjar jew raċanċ u laħam u raċanċ mhux imsajrin li jkun fihom il-laħam jew ir-raċanċ ta' l-annimali tal-fart |

"

--------------------------------------------------

ANNESS II

"

“ANNESS II

Kodiċi NM | Deskrizzjoni | Koeffiċjenti għall-kalkolazzjoni tal-levies |

0202 | Laħam ta' l-annimali tal-fart, iffriżat: | |

020220 | – Qatgħat oħrajn bl-għadam fihom: | |

02022030 | – – Il-kwarti tas-sider mhux separati jew separati | 0,80 |

02022050 | – – Il-kwarti tad-dahar mhux separati jew separati | 1,25 |

02022090 | – – Oħrajn | 1,50 |

020230 | – Mingħajr għadam magħhom: | |

02023010 | – – Il-kwarti tas-sider, sħaħ jew maqtugħa f'massimu ta' ħames biċċiet, kull kwart ikun fi blokka waħda; kwarti "kkompensat" f'żewġ blokkili minhom waħda jkun fiha l-kwart tas-sider, sħaħ jew maqtugħinf'massimu ta' ħames biċċiet, u l-oħra, il-kwart tad-dahar li minnhajkun tneħħa d-dgħif, f'biċċa waħda | 1,25 |

02023050 | – – Il-qatgħat tal-għonq, l-ilħit ta' l-iskapula u l-għadma tas-sider | 1,25 |

02023090 | – – Oħrajn | 1,72 |

ex020629 | Raċanċ tajjeb għall-ikel ta' l-annimali tal-fart, iffriżat: | |

02062991 | – – – Il-falda l-ħoxna u l-falda l-irqiqa | 1,72 |

"

--------------------------------------------------

ANNESS III

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

ANNESS IV

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

ANNESS V

"

“ANNESS III

Il-lista li hemm referenza dwarha fl-Artikolu 8(1)

- 01021000

- 01029010, 01029031, 01029033, 01029035, 01029037

- 02011010, 02011090

- 02012011, 02012019, 02012031, 02012039, 02012051, 02012059

- 02012090

- 020130, 02061095

- 020210

- 02022010, 02022030 u 02022050

- 02022090

- 02023010

- 02023090, 02062991

- 02102010

- 02102090, 02109041

- 02109090

- 16025010, 16029061

- 16025090, 16029069 ”

"

--------------------------------------------------

ANNESS VI

"

“ANNESS IV

Il-lista li hemm referenza dwarha fl-Artikolu 8(2)

- 01029010, 01029031, 01029033, 01029035, 01029037

- 02011010, 02011090, 02012011, 02012019

- 02012031, 02012039

- 02012051, 02012059

- 02012090

- 020130, 02061095

- 020210, 02022010

- 02022030

- 02022050

- 02022090

- 02023010

- 02023050

- 02023090, 02062991

- 02102010

- 02102090, 02109041

- 02109090

- 16025010, 16029061

- 16025090, 16029069 ”

"

--------------------------------------------------

ANNESS VII

"

“ANNESS I

Koeffiċjenti għall-kalkolazzjoni tal-levies speċjail fuq il-kummerċ mal-Portugall

Kodiċi NM | Deskrizzjoni | Koeffiċjenti għall-kalkolazzjoni tal-levies |

sa | Annimali ħajjin, speċi domestika tal-fart apparti milli minn dawk tar-razza pura għat-tnissil | 0,53 |

0201 | Laħam ta' l-annimali tal-fart, frisk jew imkessaħ: | |

020110 | – Karkassi u nofs karkassi | 1,0 |

020120 | – Qatgħat oħrajn bl-għadam: | |

0201201102012019 | – – Kwarti "ikkompensati" | 1,0 |

0201203102012039 | – – Il-kwarti tas-sider mhux separati jew separati | 0,80 |

0201205102012059 | – – Il-kwarti tad-dahar separati jew mhux separati | 1,20 |

02012090 | – – Oħrajn | 1,50 |

020130 | – Mingħajr għadam | 1,72 |

ex020610 | Raċanċ tajjeb għall-ikel ta' l-annimali tal-fart, frisk jew irrifriġerat: | |

02061095 | – – – Il-falda l-ħoxna jew il-falda l-irqiqa | 1,72 |

0202 | Laħam ta' l-annimali tal-fart, iffriżat: | |

020210 | – Karkassi u nofs karkassi | 0,90 |

020220 | – Qatgħat oħrajn bl-għadam magħhom: | |

02022010 | – – Kwarti "Ikkompensati" | 0,90 |

02022030 | – – Il-kwarti tas-sider mhux separati jew separati | 0,72 |

02022050 | – – Il-kwarti tad-dahar separati jew mhux separati | 1,12 |

02022090 | – – Oħrajn | 1,35 |

020230 | – Mingħajr għadam: | |

02023010 | – – Il-kwarti tas-sider, sħaħ jew maqtugħa f'massimu ta' ħames biċċiet,kull kwart ikun fi blokka waħda; kwarti "kkompensat" f'żewġ blokkili minnhom waħda jkun fiha l-kwart tas-sider, sħaħ jew maqtugħinf'massimu ta' ħames biċċiet, u l-oħra, il-kwart tad-dahar li minnhajkun tneħħa d-dgħif, f'biċċa waħda | 1,12 |

02023050 | – – Il-qatgħat ta' l-ghonq, l-ilħit ta' l-iskapula u l-għadma tas-sider | 1,12 |

02023090 | – – Oħrajn | 1,55 |

ex020629 | Raċanċ tajjen għall-ikel ta' l-annimali tal-fart, iffriżat: | |

02062991 | – – – – Il-falda l-ħoxna u l-falda l-irqiqa | 1,55 |

0210 | Laħam u raċanċ tal-laħam tajbin għall-ikel, immellħa, fis-salmura, imqadda jew iffumigati; kappuljat u kappuljat irqiq tajjeb għall-ikel tal-laħam u r-raċanċ tal-laħam: | |

021020 | – Laħam ta' l-annimali tal-fart: | |

02102010 | – – Bl-għadam | 1,50 |

02102090 | – – Mingħajr għadam | 1,72 |

ex021090 | – Oħrajn, inklużi l-kappuljat u l-kappuljat irqiq tal-laħam jew tar-raċanċ tal-laħam | |

| – – Raċanċ: | |

| – – – Ta' l-annimali tal-fart: | |

02109041 | – – – – Il-falda l-ħoxna u l-falda l-irqiqa | 1,72 |

02109090 | Kappuljat u kappuljat irqiq tajjeb għall-ikel mill-laħam jew mir-raċanċtal-laħam | 1,72 |

ex160250 | Laħam ieħor ippreparat jew ippreservat, ta' l-annimali tal-fart: | |

16025010 | – – Mhux misjur, taħlitiet ta' laħam imsajjar jew raċanċ u laħam u raċanċ mhux imsajrin | 1,72 |

16029061 | – – Li jkun fihom il-laħam jew ir-raċanċ mhux imsajrin ta' l-annimali tal-fart | 1,72 |

"

--------------------------------------------------

ANNESS VIII

"

“ANNESS

Koeffiċjenti għall-kalkolazzjoni ta’ l-ammonti li jirreferi għalihom l-Artikolu 7 (3)

Kodiċi NM | Deskrizzjoni | Koeffiċjenti |

0201 | Laħam ta' l-annimali tal-fart frisk jew imkessaħ | |

020110 | – Karkassi u nofs karkassi | 1,00 |

020120 | – Qatgħat oħrajn bl-għadam | |

0201201102012019 | – – Kwarti "Lkkompensati" | 1,00 |

0201203102012039 | – – Il-kwarti tas-sider, mhux separati jew separati | 0,80 |

0201205102012059 | – – Il-kwarti tad-dahar, mhux separati jew separati | 1,20 |

02012090 | – – Oħrajn | 0,80 |

020130 | – Mingħajr għadam | 1,37 |

ex020610 | Raċanċ tajjeb għall-ikel ta' l-annimali tal-fart. Frisk jew imkessaħ | |

02061095 | – – – Il-falda l-ħoxna u l-falda l-irqiqa | 1,37 |

0202 | Laħam ta' l-annimali tal-fart, iffriżat: | |

020210 | – Karkassi u nofs karkassi | 1,00 |

020220 | – Qatgħat oħrajn bl-għadam magħhom: | |

02022010 | – – Kwarti "Lkkompensati" | 1,00 |

02022030 | – – Il-kwarti tas-sider mhux separati jew separati | 0,80 |

02022050 | – – Il-kwarti tad-dahar separati jew mhux separati | 1,20 |

02022090 | – – Oħrajn | 0,80 |

020230 | – Mingħajr għadam | 1,37 |

ex020629 | Raċanċ tajjeb għall-ikel ta' l-annimali tal-fart, ifriżat: | |

02062991 | – – – – Il-falda l-ħoxna u l-falda l-irqiqa | 1,37 |

0210 | Laħam u raċanċ tal-laħam tajbin għall-ikel, immellħa, fis-salmura, imqadda jew iffumigati; kappuljat u kappuljat irqiq tajjeb għall-ikel tal-laħam u r-raċanċ tal-laħam: | |

021020 | – Laħam ta' l-annimali tal-fart: | |

02102010 | – – Bl-għadam | 0,80 |

021020 | – – Mingħajr għadam | 1,14 |

ex021090 | – Oħrajn, inklużi l-kappuljat u l-kappuljat irqiq tal-laħam jew tar-raċanċ tal-laħam: | |

| – – Raċanċ: | |

| – – – Ta' l-annimali tal-fart: | |

02109041 | – – – – Il-falda l-ħoxa u l-falda l-irqiqa | 1,14 |

ex160250 | Preparazzjonijiet u preservattivi oħrajn tal-laħam ta' l-annimali tal-fart: | |

16025010 | – – Mhux imsajrin, taħlitiet ta' laħam u raċanċ imsajjar u laħam u raċanċmhux imsajjar | |

| – Li jkun fih 80 % jew aktar bil-piż ta' laħam taċ-ċanga eskluzi r-raċanċ u x-xaħam | 1,14 |

| – Oħrajn | 0,80 |

"

--------------------------------------------------