31987R3805



Official Journal L 357 , 19/12/1987 P. 0001 - 0002
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 25 P. 0007
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 25 P. 0007


Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3805/87

tal-15 ta’ Diċembru 1987

li jaltera l-abbrevjazzjoni użata biex tindika l-Greċja f’leġislazzjoni fis-settur agrikolu

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEI,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

Billi l-Att ta’ l-Adeżjoni tal-Greċja juża l-ittra E biex jindika r-Repubblika Ellenika;

Billi l-Att ta’ l-Adeżjoni ta’ Spanja u l-Portugall juża l-ittri GR biex jindika r-Repubblika Ellenika;

Billi, sabiex tiġi standardizzata l-abbrevjazzjoni użata biex timplika l-Greċja fil-leġislazzjoni fis-settur agrikolu u sabiex tiġi rinforzata s-sinifikanza kulturali u lingwistika ta’ l-abbrevjazzjoni użata biex timplika l-Greċja, l-ittri E u GR għandhom jiġu ssostitwiti b’EL; billi l-leġislazzjoni dwar l-agrikoltura għandha tiġi emendata kif ġej;

Billi, in vista tal-problemi amministrattivi marbuta mal-bdil ta’ l-abbrevjazzjoni għall-Greċja fuq forom eżistenti previsti b’ċerti disposizzjonijiet, perjodu ta’ sitt xhur għandu jitħalla, mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, biex isiru t-tibdiliet neċessarji;

Billi huwa għall-Kummissjoni, skond proċedura ssimplifikata, li taltera l-abbrevjazzjoni fil-leġislazzjoni fis-settur agrikolu, fil-qasam tal-kompetenza tagħha,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolamenti u d-Direttivi elenkati fl-Anness huma hawnhekk emendati skond id-disposizzjonijiet stabbiliti hemmhekk.

L-Artikolu 2

1. L-Istati Membri għandhom iġibu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jikkonformaw ma’ dan ir-Regolament sa mhux iktar tard minn sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ tiegħu.

2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni it-testi tad-disposizzjonijiet tal-liġi nazzjonali msemmija fil-paragrafu 1.

Artikolu 3

Il-Kummissjoni għandha tadotta l-emendi neċessarji għal-leġislazzjoni fis-settur agrikolu li qiegħed fil-qasam tal-kompetenza tagħha.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil- Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fil-15 ta’ Diċembru 1987.

Għall-Kunsill

Il-President

L. Gammelgaard

[1] ĠU C 288, 28.10.1987, p. 6.

[2] L-Opinjoni mogħtija fl-20 ta’ Novembru 1987 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali)

--------------------------------------------------

ANNESS

1. Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1469/70 ta’ l-20 ta’ Lulju li jiffissa l-perċentwali u l-kwantitajiet ta’ tabakk li l-aġenziji ta’ intervenzjoni ħadu, u l-perċentwali ta’ produzzjoni Komunitarja ta’ tabakk li ’l fuq minnha, il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 13 tar-Regolament (KEE) Nru 727/70 tapplika [1], kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KEE) Nru 1578/86 [2].

Fl-Anness taħt in-numru 25 il-varjetà ‘Burley GR’ għandha tiġi ssostitwita b’‘Burley EL’ u taħt in-numru 26 tal-varjetà ‘Virginia GR’ għandha tiġi ssostitwita b’‘Virginia EL’.

2. Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1505/85 għat-23 ta’ Mejju 1985 li jiffissa, għall-ħsad ta’ l-1985, il-prezzijiet standard u ta’ intervent u laġġji mogħtija lil xerrejja tat-tabakk tal-werqa, u prezzijiet idderivati ta’ intervent għal tabakk imballat u l-kwalitajiet ta’ referenza [3].

Fl-Annessi I, II, u III, taht in-numru 25 il-varjetà ’Burley GR’ għandha tiġi sostitwita b’‘Burley EL’ u taħt in-numru 26 il-varjetà ’Virginia GR’ għandha tiġi ssostitwita b’‘Virginia EL’.

3. Id-Direttiva tal-Kunsill 64/433/KEE tas-26 ta’ Gunju 1964 dwar problemi tas-saħħa li jaffettwaw in-negozju intra-Komunitarju f’laħam frisk [4], kif l-aħħar emendata bir-Regolament (KEE) Nru 3768/85 [5].

Fl-Anness I, il-Kapitolu X, il-punt 49 (a) l-abbrevjazzjoni ‘GR’ għandha tiġi ssostitwita b’‘EL’.

4. Id-Direttiva tal-Kunsill 71/118/KEE tal-15 ta’ Frar 1971 dwar problemi tas-saħħa li jaffettwaw in-negozju f’laħam tat-tjur frisk [6], kif l-aħħar emendata bir-Regolament (KEE) Nru 3768/85.

Fl-Anness I, il-Kapitolu X, il-punt 44 (a) l-ewwel inċiż għandu jiġi ssostitwit b’dan li ġej:

"— fuq il-parti ta’ fuq, l-ittra jew l-ittri inizjali bil-kapitali ta’ l-isem tal-pajjiż tal-kunsinna:

B - D - DK - EL - ESP - F - IRL - I - L - NL - P jew UK."

5. Id-Direttiva tal-Kunsill 77/99/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1976 dwar problemi tas-saħħa li jaffettwaw negozju intra-Komunitarju fi prodotti tal-laħam [7], kif l-aħħar emendata bir-Regolament (KEE) Nru 3768/85.

Fl-Anness A, il-Kapitolu VII, il-punt 33 (a) l-abbrevjazzjoni ‘E' l-ewwel inċiż għandu jiġi ssostitwit b’‘EL’.

[1] ĠU L 164, 27.7.1970, p. 35.

[2] ĠU L 139, 24.5.1986, p. 26.

[3] ĠU L 151, 10.6.1985, p. 31.

[4] ĠU C 121, 29.7.1964, p. 2012/64.

[5] ĠU L 362 31.12.1985, p. 8.

[6] ĠU L 55, 8.3.1971, p. 23.

[7] ĠU L 26 31.1.1977, p. 85.

--------------------------------------------------