31987R2498



Official Journal L 232 , 19/08/1987 P. 0012 - 0013
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 24 P. 0069
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 24 P. 0069


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2498/87

tat-18 ta’ Awissu 1987

li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2730/81 li jistabbilixxi lista ta’ aġenziji f’pajjiżi importaturi mhux membri intitolati li joħorġu sejħiet għall-offerti fis-settur tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 804/68 tas-27 ta’ Ġunju 1968 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-ħalib u l-prodotti tal-ħalib [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 773/87 [2], u partikolarment l-Artikoli 13(3) u 17 (4) tiegħu,

Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2730/81 [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru No 768/87 [4], stabbilixxa lista ta’ aġenziji fil-pajjiżi importaturi mhux membri intitolati li joħorġu sejħiet għall-offerti fis-settur tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib;

Billi, fid-dawl tat-tagħrif l-aktar reċenti disponibbli għall-Kummissjoni dwar il-prattiċi kummerċjali segwiti mill-pajjiżi importaturi konċernati u n-natura uffiċjali ta’l-aġenziji in kwistjoni, ir-Regolament (KEE) Nru 2730/81 għandu jiġi emendat;

Billi l-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma konformi ma’l-opinjoni tal-Kumitat tal-Ġestjoni tal-Ħalib u l-Prodotti tal-Ħalib,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Anness mar-Regolament (KEE) Nru 2730/81, il-lista ta’l-organizzazzjonijiet li joħorġu s-sejħiet għandha tiġi modifikata fir-rigward ta’l-l-Indja, il-Ġappun u l-Venezuela kif ġej:

Pajjiż Importatur | Organizzazzjoni tal-ħruġ |

l-Indja | India Dairy Corporation Derpen R.C. Dutt Berode 390 005 India ‘National Dairy Development Board (NDDB) Anand/Gujarat |

il-Ġappun | Livestock Industry Promotion Corporation (LIPC) Azadubai Building 2-1 Azadubai Mato Ku Tokyo Nikon Shiryo Kogyokai Kyodoukumiai 2-2-1 Azabudai |

il-Venezuela | ASOLEP Asociacion de Productores de Leche en Polvo Colinas de la California Esq. Avdas. San Francisco y Palmarito, Edificio Indulac Caracas 1010/A Comandancia General de la Marina Base aéreal la Carlota, Hangar la Marina Caracas INDULAC Colinas de California Esq. Avdas San Franza y Palmarito Edificio Indulac, Apartado 1546 Caracas 10107-A |

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum li jiġi wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fit-18 ta’ Awissu 1987.

Għall-Kummissjoni

Frans Andriessen

Viċi-President

[1] ĠU L 148, tat-28.6.1968, p. 13.

[2] ĠU L 78, tal-20.3.1987, p. 1.

[3] ĠU No L 272, tas-26.9.1981, p. 25.

[4] ĠU L 77, tad-19.3.1987, p. 34.

--------------------------------------------------