31987R1351



Official Journal L 127 , 16/05/1987 P. 0018 - 0018
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 23 P. 0143
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 23 P. 0143


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1351/87

tal-15 ta’ Mejju 1987

li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1868/77 li jistabbilixxi r-regoli ddettaljati sabiex jiġi applikat ir-Regolament (KEE) Nru 2782/75 dwar il-produzzjoni u l-marketing tal-bajd tat-tfaqqis u tal-flieles tat-tjur ta’ l-irziezet

IL-KUMMISJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2782/75 tad-29 ta’ Ottubru 1975 dwar il-produzzjoni u l-marketing tal- bajd tat-tfaqqis u tal-flieles tat-tjur ta’ l-irziezet [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 3494/86 [2], u b’mod partikolari l-Artikoli 2, 3 u 17 tiegħu,

Billi r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1868/77 [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 3759/85 [4], fih id-dispożizzjonijiet meħtieġa sabiex jiġu implementati ċerti regoli għall-produzzjoni u l-marketing tal-bajd tat-tfaqqis u tal-flieles;

Billi dawn il-dispożizzjonijiet għandhom jiġu adottati skond l-emendi ta’ dan l-aħħar tar-Regolament (KEE) Nru 2782/75 rigward il-għoti tal-marki lill-bajd tat-tfaqqis, użat għal produzzjoni tal-flieles; billi dawn ir-regoli għandhom iqisu b’mod xieraq is-sitwazzjonijiet differenti fl-Istati Membri varji, fit-tfittxija tal-metodi l-aktar ekonomiċi li jridu jintużaw sabiex il-bajd jiġi immarkat, filwaqt li jiġi żgurat illi l-kontrolli jkunu adegwati u effettivi u jevitaw it-tagħwiġ fil-kompetitività;

Billi l-Kumitat ta’Ġestjoni tal-Laħam tat-Tjur u tal-Bajd ma tax opinjoni fil-limitu taż-żmien iffissat mill-President tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KEE) Nru 1868/77 huwa hawnhekk emendat kif ġej:

1. Artikolu 2 jiġi mibdul b’dan li ġej:

"Artikolu 2

(1) Il-għoti tal-marka individwali lill-bajd tat-tfaqqis, użat għall-produzzjoni tal-flieles, għandu jitwettaq mill-istabbiliment produttur li għandu jistampa fuq il-bajd in-numru ta’ distinzjoni. L-ittri u ċ-ċifri għandhom ikunu indikati b’linka sewda li ma titħassarx mill-anqas għolja 2 mm u wiesgħa 1 mm.

(2) L-Istati Membri jistgħu f’każi jawtorizzaw, b’deroga, illi l-għoti tal-marki lill-bajd tat-tfaqqis isir b’metodu differenti minn dak ippreżentat fil-paragrafu 1, sakemm dan isir b’linka sewda, li ma titħassarx, ċara biex tinqara, u mill-anqas tad-daqs ta’ 10 mm2. Dan il-għoti tal-marki għandu jsir qabel ma l-bajd jiddaħal fl-inkubatur, jew fl-istabbiliment produttur, jew fejn isir it-tfaqqis.

Il-pakketti jew il- kontinituri ta’ kull tip li fihom jinġarr dan il-bajd għandhom iġorru n-numru ta’ distinzjoni ta’ l-istabbiliment produttur.

L-Istati Membri li jeżerċitaw dan il-poter għandhom jgħarrfu lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni b’dan u għandhom jikkomunikawlhom id-dispożizzjoni magħmula b’dan il-għan.

(3) Dak il-bajd tat-tfaqqis iimmarkat jew skond il-paragrafu 1 jew il-paragrafu 2 biss jista’ jinġarr jew jiġi kkummerċjat bejn l-Istati Membri."

2. F’Artikolu 3, il-kliem ‘u żigarelli’ jiġi mħassar.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju 1987.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fil-15 ta’ Mejju 1987.

Għall-Kummissjoni

Frans Andriessen

Viċi-President

[1] ĠU L 282, ta’ l-1.11.1975, p. 100.

[2] ĠU L 323, tat-18.11.1986, p. 1.

[3] ĠU L 209, tas-17.8.1977, p. 1.

[4] ĠU L 356, tal-31.12.1985, p. 64.

--------------------------------------------------