Official Journal L 090 , 02/04/1987 P. 0027 - 0028
Finnish special edition: Chapter 4 Volume 2 P. 0178
Swedish special edition: Chapter 4 Volume 2 P. 0178
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 954/87 ta' l-1 ta' April 1987 dwar il-kampjuni ta' qabdiet għall-għan biex jiġi stabbilit il-persentaġġ ta' speċi mmarkati jew speċi protetti waqt is-sajd bi xbieki b'toqob żgħar IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 170/83 tal-5 ta' Jannar 1983 li jwaqqaf sistema tal-Komunità għall-konservazzjoni u t-treġija tar-riżorsi tas-sajd [1], Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (EEC) Nru 3094/86 tas-7 ta' Ottubru 1986, li jipprovdi ċerti miżuri tekniċi għall-konservazzjoni tar-riżorsi tas-sajd [2], kif emendat bir-Regolament (KEE) Nru 4026/86 [3], u b'mod partikolari l-Artikolu 15 tiegħu, Billi l-Artikolu 2 tar-Regolament (KEE) Nru 3094/86 jipprovdi għall-possibbiltà li jintuża kampjun rappreżentattiv wieħed jew aktar bħala l-bażi biex jiġi stabbilit il-persentaġġ ta' speċi mmarkati u speċi protetti; Billi huwa xieraq li tiġi mfissra t-tifsira ta' "kampjun rappreżenttativ"; Billi huwa meħtieġ għall-għan ta' dan ir-Regolament, li jiġu mfissra l-espressjonijiet "speċi tat-toqob żgħar" u "xbieku b'toqob żgħar"; Billi huwa xieraq li jiġi mfisser il-metodu ta' kampjun li għandu jintuża biex jiġi stabbilit il-persentaġġ ta' speċi mmarkati u speċi protetti meta jsir sajd bi xbieki b'toqob żgħar; Billi huwa meħtieġ li tiġi mfissra l-proċedura ta'l-ispezzjoni għall-għan ta' nfurzar; Billi r-regoli l-ġodda stabbiliti b'dan ir-regolament iġibu l-ħtieġa li jiġi mħassar r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3421/84 tal-5 ta' Diċembru 1984 dwar il-kampjun ta' qabdiet għall-għan biex jiġi stabbilit il-persentaġġ ta' qbid meta jsir sajd bi xbieki b'toqob żgħar [4]; Billi l-miżuri li għalihom jipprovdi dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat li jmexxi r-riżorsi tas-Sajd, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Kampjun rappreżentattiv Għall-għan biex jiġi stabbilit il-persentaġġ ta' speċi mmarkati u speċi protetti, li għalihom jirreferi l-Artikolu 2 tar-Regolament (KEE) Nru 3094/86, meta jsir sajd bi xbieki b'toqob żgħar, il-kampjuni ta' ħut meħuda kif imfisser f'dan ir-Regolament għandu jkun meqjus li jkun rappeżentattiv tal-ħut kollu jew abbord jew abbord wara li jintgħażel jew fl-istiva jew imniżżel l-art skond it-tifsira ta' l-Artikolu 2, paragrafu 3 ta' l-imsemmi Regolament. Artikolu 2 Tifsir ta' gruppi ta' speċi u xbieki Għall-għan ta' dan ir-Regolament - l-espressjoni "speċi tat-toqob żgħar" għandha tfisser speċi tat-toqob żgħar awtorizzati fl-Anness li jinsab mar-Regolament (KEE) Nru 3094/86 għall-qabdiet li għalihom ir-referenza minima tad-daqs tat-toqob hija iżgħar jew daqs 40 millimetru, - l-espressjoni "xbieki b'toqob żgħar" għandha tfisser ix-xbieki kollha b'daqs ta' toqob li jkunu iżgħar jew daqs 60 millimetru. Artikolu 3 Estimu tal-piżijiet ta' ħut abbord Jekk il-bastiment ikollu abbord speċi tat-toqob żgħar, ir-rappreżentant ta' l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru, hawnhekk iżjed 'il quddem imsejjaħ "l-ispettur", għandu jistabbilixxi l-grupp ta' speċi l-piż ta' kull grupp ta' speċi abbord meħtieġ biex jiġi kkalkolat il-persentaġġ ta' speċi mmarkati u speċi protetti li kienu nqabdu bi xbieki b'toqob żgħar u li kienu ġew magħżula. Biex jiġu stabbiliti l-piżijiet l-ispettur għandu jagħti kont tat-tagħrif minn kull reġistrazzjoni ta' operazzjonijiet tas-sajd (ir-reġistru) miżmuma skond l-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2057/82 [5] u l-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2807/83 [6]. Artikolu 4 Għażla ta' kampjuni tal-ħut 1. Għandhom jittieħdu kampjuni u l-proċedura ta' spezzjoni titwettaq mill-ispetur. 2. Il-kaptan jew ir-rappreżentant tiegħu għandhom il-jedd li jkunu preżenti waqt li jittieħed il-kampjun. 3. Il-kampjuni għandhom jittieħdu mill-partijiet kollha tal-qabdiet li jifformaw l-ispeċi tat-toqob żgħar. 4. Għandhom jittieħdu b'dak il-mod li ta' l-anqas kampjum wieħed jittieħed minn kull stiva u suddiviżjonijiet ta' l-istiva li għaliha jista' jsir aċċess, jew mill-ħut fuq il-gverta qabel jew wara li jintgħażel skond l-Artikolu 2 tar-Regolament (KEE) Nru 3094/86. 5. Sakemm huwa possibbli, waqt li jittieħdu l-kampjuni, l-ispettur għandu jeħodhom fil-proporzjon ta' l-estimu tiegħu ta' piż f'kull stiva jew suddiviżjoni ta' stiva jew fuq il-gverta. 6. Fejn ikun possibbli, kampjuni minn livelli differenti fl-istiva jew suddiviżjoni ta' l-istiva għandhom jittieħdu. 7. Meta l-kampjun jittieħed waqt li jkun qiegħed jinħatt, kampjuni għandhom jittieħdu f'intervalli waqt il-ħatt. 8. Il-kampjuni għandhom jintgħażlu fi speċi jew gruppi ta' speċi. Wara li jintgħażlu, l-piż totali ta' kull speċi jew grupp ta' speċi għandu jiġi stabbilit. Artikolu 5 Proċedura ta' l-ispezzjoni 1. It-teħid tal-kampjun inizjali għandu jittieħed fuq il-baħar jekk ikun teknikament possibbli. 2. Il-kaptan jista' jitlob lit-teħid ta' kampjun jiġi mtenni fil-port jew qabel jew matul il-ħatt. L-ispettur jista' jitlob li t-teħid ta' kampjun jiġi mtenni fil-port qabel il-ħatt u, jekk il-kaptan jiddeċiedi li jħott il-qabda, wkoll matul il-ħatt. 3. Jekk il-kaptan u l-ispettur ikunu talbu li l-kampjun jittieħed waqt il-ħatt tal-qabda, il-port magħżul mill-ispettur għandu jkollu l-faċilitajiet li tkun tista' tinħatt u tiġi pproċessata l-qabda, bla ħsara għal-limitazzjonijiet imposti bil-kondizzjonijiet prevalenti li, skond il-ġudizzju ta' l-ispettur, jipprevjienu dan. 4. Il-bastiment jista' jew jiġi mwassal fil-port jew tiġi ssiġillata l-istiva tiegħu u l-kaptan jeħtieġ li jdaħħal il-bastiment tiegħu fil-port speċifkat mill-ispettur. Fil-każ ta' l-aħħar, l-ispettur għandu javża lill-awtoritajiet ta' kontroll relevanti tal-port bl-isem, in-numru tar-reġistrazzjoni u fejn disponibbli il-call sign tal-bastiment u l-estimu tal-ħin tal-wasla. Il-kaptan tal-bastiment għandu jirrapporta lill-awtoritajiet ta' kontroll minnufih mal-wasla. Is-siġilli jistgħu jinkisru biss minn spettur. 5. Il-proċedura sħiħa ta' l-ispezzjoni għandha titwettaq mill-ispettur ta' l-istess Stat Membru sakemm ma jiġix miftiehem li l-proċeduri ta' kontroll jiġu trasferiti lill-awtoritajiet ta' kontroll ta' Stat Membru ieħor. 6. Jekk id-disposizzjonijiet tal-paragrafu 5 jintużaw biex jiġi permess it-trasferiment tal-proċeduri ta' kontroll minn Stat Membru għall-ieħor, allura l-istiva għandha tiġi ssiġillata u d-disposizzjonijiet tal-paragrafu 4 li jirreferu għall-bastimenti li l-istivi tagħhom ikunu ġew issiġillati għandu japplika. Artikolu 6 Validità relattiva ta' l-ispezzjoni 1. Ir-riżultat tal-kalkolu tal-persentaġġi miksub mit-teħid ta' kampjun fil-port għandhom ikunu jegħlbu fuq dawk akkwistati meta jittieħed il-kampjun fuq il-baħar. 2. Ir-riżultat tal-kalkoli tal-persentaġġi akkwistati meta jittieħed il-kampjun waqt il-ħatt, għandu jkun jagħleb dak miksub mill-kampjun meħud fuq il-baħar jew fil-port mingħajr ħatt. Artikolu 7 Daqsijiet minimi tal-kampjun 1. Meta l-kampjun jittieħed fuq il-baħar, il-piż totali tal-kampjuni magħżula skond l-Artikolu 4 m'għandux ikun ta' anqas minn100 kilogramma. 2. Għall-kampjuni meħuda fil-port, il-piż totali tal-kampjun magħżul skond l-Artikolu 4 m'għandux ikun anqas minn 100 kilogramma jew parti minn elfejn tal-piż imniżżel l-art jew tal-qabda totali abbord, skond liema jkun l-akbar. Artikolu 8 Ir-Regolament (KEE) Nru 3421/84 qiegħed b'dan jiġi mħassar. Artikolu 9 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum li jiġi wara dak li fih jiġi ppublikat fil-Ġurnall Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fl-1 ta' April 1987. Għall-Kummissjoni António Cardoso E Cunha Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 24, 27.1.1983, pġ. 1. [2] ĠU L 288, 11.10.1986, pġ. 1. [3] ĠU L 376, 31.12.1986, pġ. 1. [4] ĠU L 316, 6.12.1984, pġ. 34. [5] ĠU L 220, 29.7.1982, pġ. 1. [6] ĠU L 276, 10.10.1983, pġ. 1. --------------------------------------------------