31987R0899



Official Journal L 088 , 31/03/1987 P. 0017 - 0024
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 23 P. 0076
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 23 P. 0076


IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KEE) Nru 899/87

tat-30 ta' Marzu 1987

li jistabbilixxi standards dwar il-kwalità għaċ-ċirasa u l-frawli

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1035/72 tat-18 ta' Mejju 1972 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-frott u l-ħxejjex ([1]), kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KEE) Nru 1351/86 ([2]), u b'mod partikolari l-Artikolu 2(3) tiegħu,

Billi l-istandards tal-kwalità għaċ-ċirasa u l-frawli huma stabbiliti fl-Annessi I/8 u I/9 ta' Regolament tal-Kummissjoni Nru 58 ([3]); billi dawk l-istandards kienu ġew emendati mir-Regolamenti (KEE) Nru 51/65 ([4]) u (KEE) Nru 844/76 ([5]);

Billi seħħet bidla fil-produzzjoni u l-bejgħ ta' dawn il-prodotti partikolarment rigward ir-rekwiżiti tas-swieq bl-imnut u bl-ingrossa; billi l-istandards tal-kwalità komuni fir-rigward taċ-ċirasa u l-frawli għandhom għalhekk jinbidlu biex iqisu dawk ir-rekwiżiti ġodda;

Billi bidliet bħal dawn jeħtieġu bidla fid-definizzjoni tal-kategorija tal-kwalità supplimentari kif stabbilit fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1194/69 ([6]); billi għandha titqies, meta tiġi spjegata dik il-kategorija l-importanza ekonomika għal produtturi tal-prodotti konċernati u l-ħtieġa li jintlaqgħu l-bżonnijiet tal-konsumatur;

Billi l-istandards huma applikabbli fl-istadji kollha tal-marketing, billi trasport għal distanza twila, ħażna għal ċertu tul ta' żmien jew id-diversi operazzjonijiet ta' ġarr jistgħu jwasslu għal deterjorazzjoni minħabba l-iżvilupp bijoloġiku tal-prodotti jew it-tendenza tagħhom li jitħassru; billi, għalhekkgħandha titqies din id-deterjorazzjoni meta jiġu applikati l-istandards fl-istadji tal-marketing wara li jkunu ntbagħtu; billi, ladarba l-prodotti fil-kategorija Extra' għandhom jingħażlu u jiġu ppakkjati b'galbu partikolari, huma biss in-nuqqas ta' freskezza jew in-nefħa li għandhom jitqiesu fil-każ tagħhom biss;

Billi fl-interess taċ-ċarezza u ċ-ċertezza fir-rigward tar-rekwiżiti legali biex jiġi ffaċilitat l-użu, l-istandards hekk mibdula għandhom jiġu kkonsolidati f'test wieħed;

Billi l-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Ġestjoni għall-Frott u l-Ħxejjex,

ADDOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-istandards tal-kwalità għaċ-ċirasa li taqa' taħt is-subintestatura 08.07 Ċ tat-Tariffa Komuni tad-Dwana għal frawli li jaqa' taħt is-subintestatura 08.08 A tat-Tariffa Komuni tad-Dwana huma stabbiliti fl-Annessi I u II hawnhekk.

Dawn l-istandards jgħoddu fl-istadji kollha tal-marketing, skond il-kondizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (KEE) Nru 1035/72.

Iżda, fl-istadji ta' wara li jkunu ntbagħtu l-prodotti jistgħu juru, fir-rigward ta'l-istandards preskritti,

- xi ftit nuqqas ta' freskezza u nefħa,

- għall-prodotti klassifikati f'kategorija minbarra l-kategorija Extra', bidla żgħira ħafna minħabba fl-iżvilupp tagħhom u fit-tendenza tagħhom li jitħassru.

Artikolu 2

Ir-Regolament Nru 58 qiegħed b'hekk jiġi emendat kif ġej:

- fl-Artikolu 1, ċirasa' u frawli' għandhom jitħassru,

- l-Annessi I/8 u I/9, li jispeċifikaw l-istandards tal-kwalità għaċ-ċirasa u l-frawli rispettivament, għandhom jitħassru.

Artikolu 3

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1194/69 qiegħed b'hekk jiġi emendat kif ġej:

- fl-Artikolu I, ċirasa' u frawli' għandhom jitħassru,

- l-Annessi IV u V rigward iċ-ċirasa u l-frawli rispettivament għandhom jitħassru.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum li jiġi wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament jkun jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, 30 ta' Marzu 1987.

Għall-Kummissjoni

Frans ANDRIESSEN

Viċi-President

L-ANNESS I

STANDARDS TA' KWALITA GĦAĊ-ĊIRASA

I. DEFINIZZJONI TAL-PRODOTT

Dan l-istandard japplika għaċ-ċirasa, tal-varjetaiet (cultivars) imnissla mill-Prunus Avium L., Prunus Cerasus L., jew mill-ibridi tiegħu, li għandhom jitwasslu friski lill-konsumatur, minbarra ċ-ċirasa għall-ipproċessar industrijali.

II. DISPOSIZZJONIJIET LI RIGWARD IL-KWALITÀ

Il-għan ta' dan l-istandard huwa dak li jiddefinixxi l-ħtieġa tal-kwalità għaċ-ċirasa wara t-tħejjija u l-ippakkjar.

A. Ħtiġiet minimi

Fil-klassijiet kollha, bla ħsara għad-dispożizzjonijiet speċjali għal kull klassi u t-tolleranzi permessi, iċ-ċirasa għandha tkun:

- bla mittiefsa,

- friska fid-dehra,

- bla mard; il-prodott effettwat mit-tinwir jew mid-deterjorazzjoni li jagħmluh mhux tajjeb għall-konsum jitwarrab,

- soda (skond il-varjetà),

- nadifa, prattikament ħielsa għal kollox minn kull materjal barrani li jidher,

- prattikment ħielsa mid-dud,

- ħielsa minn umdità esterna mhux normali,

- ħielsa minn kwalunkwe riħa u/jew togħma barranija.

- biz-zokk imwaħħal (1).

Iċ-ċirasa għandha tkun żviluppata biżżejjed u tkun saret tajjeb. L-iżvilupp u l-kondizzjoni għandha ikunu tali li tkun kapaċi:

- tiflaħ għat-trasport u l-ġarr bl-idejn, u

- tasal f'kondizzjoni sodisfaċenti fil-post tad-destinazzjoni.

B. Klassifika

Iċ-ċirasa tiġi kklassifikata fi tliet klassijiet, definiti hawn taħt:

(i) Għall-Klassi Extra'

Iċ-ċirasa f'din il-klassi għandha tkun ta' kwalità superjuri. Din għandha tkun żviluppata sew u jkollha l-karatteristiċi kollha u l-kulur tipiku tal-varjetà. Din għandha tkun ħielsa minn difetti minbarra deteriorazzjoni superfiċjali ħafifa ħafna tal-ġilda, bil-kondizzjoni li din ma teffettwax il-kwalità u d-dehra ġenerali tal-prodott jew il-preżentazzjoni tiegħu fil-pakkett.

(ii) Klassi I

Iċ-ċirasa ta' din il-klassi għandha tkun ta' kwalità tajba. Din għandu jkollha l-karatteristiċi tal-varjetà. Jista', madankollu, ikollha d-difetti li ġejjin, basta dawn ma' jkunux jgħarrqu d-dehra esterna tal-frott jew il-konservazzjoni tiegħu:

- difett ħafif fil-forma,

- difett ħafif fil-kulur.

Din għandha tkun ħielsa minn ħruq, xquq, tbenġil jew difetti kkawżati mis-silġ.

Nru L 88/20

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej

31. 3. 87

(iii) Klassi II

Din il-klassi tinkludi ċ-ċirasa li ma tikkwalifikax biex tidħol fil-klassijiet ogħla, imma tissodisfa l-ħtiġiet minimi definiti hawn fuq. Madankollu, iċ-ċirasa jista' tkollha:

- difetti fil-forma u l-kulur, bil-kondizzjoni li żżomm il-karatteristiċi tal-varjetà,

- brix żgħir, imfejjaq, fil-wiċċ li x'aktarx ma jkunx jgħarraq b'mod sinifikanti d-dehra jew il-konservazzjoni tal-frott.

(iii) Klassi III (1)

Din il-klassi tinkludi ċirasa li ma tgħaddix biex tidħol fil-klassijiet ogħla imma tissodisfa l-ħtiġiet għall-Klassi II. Din jista' jkollha, madankollu, brix imfejjaq fil-wiċċ li x'aktarx ma jkunx jgħarraq b'mod sinifikanti l-konservazzjoni tiegħu.

III. DISPOSIZZJONIJIET RIGWARD ID-DAQS

Id-daqs jiġi stabbilit skond id-dijametru massimu tat-taqsima ekwatorjali. Iċ-ċirasa għandu jkollha d-daqsijiet minimi li ġejjin:

- Klassi Extra' 20 mm,

- Klassijiet I u II: 17 mm,

- Klassi III: 15 mm.

IV. DISPOSIZZJONIJIET RIGWARD IT-TOLLERANZA

Tolleranzi rigward il-kwalità jiġu permessi f'kull pakkett tal-prodott li ma jissodisfax il-ħtiġiet tal-klassi indikata,

A. Tolleranzi għall-kwalità

(i) Għall-Klassi Extra'

5 % skond l-għadd jew l-użin taċ-ċirasa li ma tissodisfax il-ħtiġiet għall-klassi, imma li tilħaq dawk tal-Klassi I jew, eċċezzjonalment, li tidħol fit-tolleranzi għal dik il-klassi, bl-eċċezzjoni ta' frott misjur iżżejjed. Ġewwa din it-tolleranza, b'kollox mhux aktar minn 2 % jista' jikkonsisti fi frott maqsum u/jew mikul mid-dud.

(ii) Klassi I

10 % skond l-għadd jew l-użin taċ-ċirasa li ma tissodisfax il-ħtiġiet għal din il-klassi imma li tilħaq dawk tal-Klassi II jew, eċċezzjonalmet, li tidħol fit-tolleranzi għal din il-klassi. F'din it-tolleranza, b'kollox mhux aktar minn 4 % tista' tikkonsisti min frott maqsum u/jew mimsus mid-dud.

(iii) Klassi II

10 % skond l-għadd jew l-użin taċ-ċirasa li tissodisfax la l-ħtiġiet għall-klassi u lanqas il-ħtiġiet minimi, minbarra l-prodott effettwat mit-tinwir jew minn kwalunkwe deterjorazzjoni oħra li tirrendih mhux tajjeb għall-konsum. F'din it-tolleranza, b'kollox mhux aktar minn 4 % tista' tikkonsisti fi frott misjur iżżejjed u/jew maqsum u/jew mimsus mid-dud. B'kollox mhux aktar minn total ta' 2 % jista' jikkonsisti minn frott misjur iżżejjed.

(iv) Klassi III

15 % skond l-għadd jew l-użin taċ-ċirasa li la tissodisfa l-ħtiġiet għall-klassi u lanqas il-ħtiġiet minimi minbarra l-prodott effettwat mit-tinwir jew minn kwalunkwe deterjorazzjoni oħra li tirrendih mhux tajjeb għall-konsum. F'din it-tolleranza, mhux aktar minn total ta' 4 % tista' tikkonsisti fi frott misjur iżżejjed u b'kollox mhux aktar minn total ta'10 % ta' frott maqsum.

31. 3. 87

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej

Nru L 88/21

B. Tolleranzi għad-daqs

(i) Għall-klassi Extra' u l-Klassijiet I u II

10 % skond l-għadd jew l-użin taċ-ċirasa li ma tikkonformax mad-daqsijiet minimi speċifikati, basta, madankollu, id-dijametru ma jkunx anqas minn:

- 17 mm fil-Klassi Extra',

- 15 mm fi Klassijiet I u II.

(ii) Klassi III

15 % skond l-għadd jew l-użin ta' ċirasa li ma tikkonformax mad-daqs minimu speċifikat.

DISPOSIZZJONIJIET RIGWARD IL-PREŻENTAZZJONI

A. L-uniformità

Il-kontenut ta' kull pakkett għandu jkun uniformi u jikkonsisti esklussivament minn ċirasa ta' l-istess oriġini, varjetà u kwalità. Il-frott għandu jkun ta' daqs uniformi.

B'żieda ma' dan, iċ-ċirasa fil-Klassi Extra' għandha tkun ta' kulur u sajran uniformi.

Għaċ-ċirasa fil- Klassi III, huma meħtieġa biss l-uniformità ta'l-oriġini u l-varjetà.

Il-parti li tidher tal-kontenut ta' kull pakkett għandha tkun rappreżentattiva tal-kontenut kollu.

B. L-ippakkjar

Iċ-ċirasa għandha tkun ippakkjata b'tali mod li l-prodott jiġi protett kif jixraq.

Il-materjali wżati ġewwa l-pakkett għandhom ikunu ġodda, nodfa u tal-kwalità tali li jevitaw li jikkawżaw kwalunkwe ħsara barra u ġewwa l-prodott. Huwa permess l-użu ta' materjali, u partikolarment ta' karta jew timbri li jkollhom speċifiki kummerċjali basta l-istampar jew it-tikkettjar ikun sar b'linka jew kolla mhux tossika.

Il-pakketti għandhom ikunu nodfa u ħielsa minn materjali barranin.

VI. DISPOSIZZJONIJIET RIGWARD L-IMMARKAR

Kull pakkett għandu jkollu l-partikolarijatjiet li ġejjin b'ittri miġbura fuq l-istess naħa, stampati b'mod li jinqraw u ma jitħassrux u li jidhru minn barra:

A. L-identifikazzjoni

1.2//Min ippakkja u/jew Il-kunsinjatur//L-isem u l-indirizz jew il-marka tal-kodiċi maħruġa uffiċjalment jew aċċettata.

B. In-natura tal-prodott

- Ċirasa', fejn il-kontenut ma jkunx jidher minn barra,

- L-isem tal-varjetà (mhux obbligatorju) ([7]

).

C. L-orġini tal-prodott

Il-pajjiż ta'l-oriġini u, mhux obbligatorju, id-distrett fejn tkabbar jew l-isem nazzjonali, reġjonali jew lokali tal-post.

D. L-ispeċifiki kummerċjali

Il-klassi.

E. Il-marka uffiċjali tal-kontroll (mhux obbligatorja)

- varjetajiet ħelwin li jitilfu z-zokk b'mod naturali waqt il-ħsad, bil-kondizzjoni li l-ġilda ma tkunx bil-ħsara;

- varjetajiet qarsa, bil-kondizzjoni li ma jkunx hemm wisq skular ta' meraq.

(1) Klassi addizzjonali fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (KEE) Nru 1035/72. L-applikazzjoni ta' din il-klassi ta' kwalità jew xi wħud mill-ħtiġiet tagħha huma bla ħsara għal deċiżjoni li għandha tittieħed skond l-Artikolu 4(1) ta' l-istess Regolamant.

(1) Obbligatorju għal dawk il-varjetajiet ħelwin li z-zokk tagħhom normalment jinqala' waqt il-ħsad u għall-varjetajiet qarsa ppreżentati mingħajr iz-zokk. Madankollu, għal dawn ta' l-aħħar, il-pakkett għandu jkollu l-kliem ċirasa qarsa'.

Nru L 88/22

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej

31. 3. 87

L-ANNESS II

STANDARDS TAL-KWALITà STABBILITI GĦALL-FRAWLI

I. DEFINIZZJONI TAL-PRODOTT

Dan l-istandard japplika għall-frawli, il-frott tal-varjetajiet (cultivars) imkabbra min-nisel Frafaria L., li għandu jitwassal frisk lill-konsumatur, minbarra l-frawli għall-ipproċessar industrijali.

II. DISPOSIZZJONIJIET LI RIGWARD IL-KWALITÀ

L-iskop ta' dan l-istandard huwa li jiddefinixxi l-ħtieġa tal-kwalità għall-frawli wara t-tħejjija u l-ippakkjar.

A. Ħtiġiet minimi

Fil-klassijiet kollha, bla ħsara għad-dispożizzjonijiet speċjali għal kull klassi u t-tolleranzi permessi, il-frawli għandu jkun:

- bla mittiefes. bla ħsara,

- bil-calyx u zokk aħdar żgħir mhux midbiel imwaħħal fil-post (minbarra fil-każ ta' frawli tal-bosk u bla ħsara għad-dispożizzjonijiet speċjali għall-Klassi III),

- bla mard; il-prodott effettwat mit-tinwir jew mid-deterjorazzjoni hekk li jagħmlu mhux tajjeb għall-konsum huwa eskluż,

- prattikament ħieles mill-ħsara kkawżata mid-dud jew mill-mard,

- nadif, prattikament ħieles minn kwalunkwe materjal barrani li jidher,

- frisk, imma mhux maħsul,

- ħieles minn umdità mhux tas-soltu fuq barra,

- ħieles minn kull riħa u/jew togħma barranija.

Il-frawli għandu jkunu maqtugħ bil-galbu.

Dan għandu jkun żviluppati biżżejjed u misjur tajjeb. L-iżvilupp u l-kondizzjoni għandhom ikunu tali li jagħmluh kapaċi:

- jiflaħ għat-trasport u l-ġarr bl-idejn, u

- jasal f'kondizzjoni sodisfaċenti fil-post tad-destinazzjoni.

B. Klassifika

Il-frawli jiġi kklassifikat f'erba' klassijiet definiti hawn taħt:

(i) Għall-Klassi Extra'

Il-frawli ta' din il-klassi għandu jkunu ta' kwalità superjuri. Fil-kulur u l-forma għandu jkun tipiku tal-varjetà tiegħu u għandu jkun partikolarment uniformi u regolari rigward il-grad ta' sajran, kulur u daqs (1). Id-dehra tiegħu għandha tkun ċara, skond il-karatteristiċi tal-varjetà, u għandu jkun ħieles mill-ħamrijia.

(ii) Klassi I

Il-frawli ta' din il-klassi għandu jkun ta' kwalità tajba. Dan għandu jkollu l-karatteristiċi tal-varjetà tiegħu. Dan jista', madankollu, jkollu d-difetti li ġejjin, basta dawn ma' jgħarrqux id-dehra esterna tal-frott jew il-konservazzjoni tiegħu:

- difetti żgħar fil-forma,

- il-preżenza ta' dabra żgħira bajda.

Dan jista' jkun anqas uniformi fid-daqs. Dan għandu jkun prattikament ħieles mill-ħamrija.

31. 3. 87

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej

Nru L 88/23

(iii) Klassi II

Din il-klassi tinkludi l-frawli li ma jikkwalifikax sabiex jidħol fil-klassijiet ogħla, imma jissodisfa l-ħtiġiet minimi speċifikati hawn fuq.

Il-frawli jista'jkollu:

- difetti fil-forma, bil-kondizzjoni li jżomm il-karatteristiċi tal-varjetà,

- dabra bajda li ma teċċedix kwint ta'l-erja tal-wiċċ tal-frott,

- brix ħafif niexef li ma jkunx mistenni li jinfirex,

- traċċi ħfief ta'ħamrijia.

(iv) Klassi III (1)

Din il-Klassi tinkludi frawli li majikkwalifikax biex jidħol fil-klassijiet ogħla, imma jissodisfa l-ħtieġa tal-Klassi II.

Dan jista'jkollu:

- brix ħafif,

- dbabar bajdana jew ħadrana fuq erja totali li ma teċċedix terz mill-erja tal-wiċċ tal-frotta,

- traċċi ta' ħamrija, bil-kondizzjoni li d-dehra tal-frott ma tkunx imgħarrqa b'dan.

- B'żieda ma dan, frott bil-calyx nieqes huwa permess f'din il-klassi, bil-kondizzjoni li ma jkunx sofra xi ħsara. Dan il-frott għandu jiġi ppakkjat separatament.

III. DISPOSIZZJONIJIET RIGWARD ID-DAQS

Id-daqs jiġi stabbilit skond id-dijametru massimu tat-taqsima ekwatorjali.

Il-frawli jista' jkollu d-daqsijiet minimi li ġejjin:

- Għall-Klassi Extra' 25 mm,

- Klassijiet I u II: 18 mm,

- Klassi III: 15 mm.

L-ebda daqs minimu ma huwa stabbilit għal frawli tal-bosk.

IV. DISPOSIZZJONIJIET RIGWARD IT-TOLLERANZI

Jistgħu jiġu permessi tolleranzi rigward il-kwalità u d-daqs f'kull pakkett tal-prodott li ma jissodisfax il-ħtiġiet tal-klassi indikata,

A. Tolleranzi għall-kwalità

(i) Għall-Klassi Extra'

5 % skond l-għadd jew l-użin tal-frawli li ma jissodisfax il-ħtiġiet tal-klassi imma jilħaq dawk tal-Klassi I jew, eċċezzjonalment, ikun jaqa fit-tolleranzi għal din il-klassi. Minn dawn 5 %, mhux aktar minn total ta' 2 % jista' jikkonsisti fi frott misjur iżżejjed.

(ii) Klassi I

10 % skond l-għadd jew l-użin tal-frawli li ma jissodisfax il-ħtiġiet tal-klassi imma jilħaq il-ħtiġiet tal-Klassi I jew, eċċezzjonalment, ikun jaqa' taħt it-tolleranzi għal din il-klassi. Minn dawn 10 %, mhux aktar minn total ta' 2 % jista' jikkonsisti fi frott misjur iżżejjed.

(iii) Klassi II

10 % skond l-għadd jew l-użin tal-frawli li ma jissodisfax la l-ħtiġiet għall-klassi, u lanqas il-ħtiġiet minimi, minbarra l-prodott effettwat mit-tinwir, brix serju jew kwalunkwe deterjorazzjoni oħra li jirrendih mhux tajjeb għall-konsum. Minn dawn 10 %, mhux aktar minn total ta' 2 % jista' jikkonsisti fi frott misjur iżżejjed.

Nru L 88/24

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej

31. 3. 87

(iv) Klassi III

15 % skond l-għadd jew l-użin tal-frawli li ma jissodisfax la l-ħtiġiet għall-klassi u lanqas il-ħtiġiet minimi, minbarra l-prodott effettwat mit-tinwir, brix serju jew kwalunkwe deterjorazzjoni oħra li tirrendih mhux tajjeb għall-konsum. Minn dawn il-15 % mhux aktar minn total ta' 4 % jista' jikkonsisti fi frott misjur iżżejjed.

10 % skond n-numru jew l-użin tal-frawli:

- mingħajr il-calyx, fil-każ ta' frott ippreżentat bil-calyx u z-zokk,

- bil-calyx, fil-każ ta' frott preżentat bil-calyx jew z-zokk,

B. Tolleranzi tad-daqs

Għall-klassijiet kollha: 10 % skond l-għadd jew l-użin ta' frawli li ma jikkonformax mad-daqs minimu speċifikat.

V. DISPOSIZZJONIJIET LI RIGWARD IL-PREŻENTAZZJONI

A. Uniformità

Il-kontenut ta' kull pakkett għandu jkun uniformi u jikkonsisti biss minn frawli ta' l-istess oriġini, varjetà u kwalità.

Għal frawli tal-Klassi III, hija meħtieġa biss uniformità ta'l-oriġini.

Il-parti li tidher tal-kontenut ta' kull pakkett għandha tkun rappreżentattiva tal-kontenut kollu.

B. L-ippakkjar

Il-frawli għandu jkun ippakkjat b'tali mod li jiġi żgurat li jkun protett kif jixraq.

Il-materjali wżati ġewwa l-pakkett għandhom ikunu ġodda, nodfa u tal-kwalità tali li jevitaw milli jikkawżaw kull ħsara fuq barra u fuq ġewwa tal-prodott. Huwa permess l-użu ta' materjali, u partikolarment ta' karta jew timbri li jkollhom speċifiċi kummerċjali basta l-istampar jew it-tekkettjar ikunu saru b'linka jew kolla mhux tossiċi.

Frott fil-Klassi Extra' Class għandu ikun b'mod partikolari preżentat sew.

Il-pakketti għandhom ikunu ħielsa minn kull materjal barrani.

VI. DISPOSIZZJONIJIET RIGWARDA L-IMMARKAR

Kull pakkett għandu jkollu l-partikolarijatjiet li ġejjin f'ittri fuq l-istess naħa, stampati b'mod li jinqraw u li ma jitħassrux u li jidhru minn fuq barra:

A. L-identifikazzjoni

1.2//Min ippakkja u/jew Il-kunsinjatur//L-isem u l-indirizz jew il-marka tal-kodiċi maħruġa jew aċċettata uffiċjalment.

B. In-natura tal-prodott

- Frawli', jekk il-kontenut ma jkunx jidher minn barra,

- l-isem tal-varjetà (mhux obbligatorju).

C. L-orġini tal-prodott

- Il-pajjiż ta' l-oriġini u, mhux obbligatorju, id-distrett fejn ikun tkabbar, jew l-isem nazzjonali, reġjonali jew lokali.

D. L-ispeċifiċi kummerċjali

- Il-klassi.

E. Il-marka uffiċjali tal-kontroll (mhux obbligatorja).'

(1) Dawn il-ħtiġiet ta'l-uniformità għall-Klassi Extra' jistgħu jiġu applikati b'xi ftit inqas strettezza fil-każ ta' frawli tal-bosk.

(1) Klassi addizzjonali fis-sens ta'l-Artikolu 2(1) tar-Regolament (KEE) Nru 1035/72. L-użu ta' din il-klassi tal-kwalità jew ta' xi wħud mill-ispeċifiċi tagħha huwa bla ħsara għal deċiżjoni li għandha tittieħed skond l-Artikolu 4(1) ta' l-istess Regolamant.

[1] ĠU L 118, ta' l-20.5.1972, p. 1.

[2] ĠU L 119, tat-8.5.1986, p. 46.

[3] ĠU C 56, tas-7.7.1962, p. 1606/62.

[4] ĠU C 55, tat-3.4.1965, p. 793/65.

[5] ĠU L 96, ta' l-10.4.1976, p. 28.

[6] ĠU L 157, tat-28.6.1969, p. 1.

[7] Zkuk neqsin huma permessi fil-każ ta':