31987R0801



Official Journal L 079 , 21/03/1987 P. 0014 - 0015
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 23 P. 0003
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 23 P. 0003


Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 801/87

tas-16 ta’ Marzu 1987

li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1883/78 li jistabbilixxi r-regoli ġenerali għall-finanzjament ta’l-interventi mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Gwida u Garanzija, Sezzjoni tal-Garanzija

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kunsidra t-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 729/70 tal-21 ta’ April 1970 dwar il-finanzjament tal-politika agrikola komuni [1], kif l-aħħar emedata mir-Regolament (KEE) Nru 3769/85 [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 3(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [3],

Wara li kunsidra l-opinjoni tal-Qorti ta’l-Awdituri [4],

Billi fl-1987 u fl-1988 miżuri addizzjonali għandhom, bħala eċċezzjoni, jittieħdu biex jaċċelleraw it-tqegħid ta’ butir fil-ħażna pubblika u regoli speċifiċi jiġu stabbiliti għall-finanzjament tiegħu sabiex l-ispejjeż tal-budget tiegħu jiġu mifruxa fuq medda ta’ ħafna snin;

Billi, għal din ir-raġuni, l-finanzjament mill-EAGGF, is-Sezzjoni tal-Garanzija, ta’l-infiq relatat mat-telf fuq il-bejgħ matul is-snin finanzjari 1987 u 1988, għandu jkun pospost sa l-1989; billi l-finanzjament ta’ dan l-infiq għandu jibda fis-sena finanzjarja 1989 u għandu jkun limitat għal 25 % għal dik is-sena finanzjarja u l-75 % li jkun baqa’ għandhom ikunu ffinanzjati permezz ta’ ħlasijiet bin-nifs ta’ 25 % matul it-tliet snin finanzjari sussegwenti;

Billi l-adozzjoni immedjata ta’ dawn il-miżuri hija kundizzjoni biex dawn ikunu effettivi kemm jista’ jkun;

Billi r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1883/78 [5], kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KEE) Nru 1334/86 [6], għandu jkun emendat f’dan is-sens,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Is-subparagrafi li ġejjin qed jiġu miżjuda ma’l-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KEE) Nru 1883/78:

"Meta miżuri speċifiċi għall-ħruġ tal-butir mill-ħażniet pubbliċi jittieħdu taħt organizzazzjoni ta’ suq komuni fi ħdan is-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib fl-1987 u fl-1988 b’referenza għal dan il-ħruġ il-finanzjament tat-telf mill-bejgħ għandu jibda fl-1989 u għandu jkun limitat għal 25 % ta’l-ammont tat-telf irreġistrat matul is-sena finanzjarja konċernata. Is-75 % li tibqa’ għandha tkun iffinanzjati bi ħlasijiet bin-nifs ta’ 25 % fit-tliet snin finanzjarji ta’ wara. Dan il-finanzjament għandu jseħħ, jekk kemm-il darba ma jkunx jista’ jiġi evitat, matul l-ewwel tliet xhur ta’ kull sena in kwistjoni.

It-telf fuq il-bejgħ għandu jkun ugwali għad-differenza bejn il-valur tal-kwantitajiet imħollija minn qabel, kif imsemmi fl-Artikolu 1(1)(ċ) tar-Regolament (KEE) Nru 3247/81 [1] ĠU L 327, ta’ l-14.11.1981, p. 1., u l-valur tal-kwantitajiet maħruġa skond miżura msemmija fis-subparagrafu ta’ qabel.

L-ammonti mhux rimborsati rigward telf hekk ikkalkolat għandhom iroddu interessi b’ rati stabbiliti skond l-Artikolu 5."

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-ġurnata li tiġi wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan għandu jibda jgħodd mill-1 ta’ Diċembru 1986.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fis-16 ta’ Marzu 1987.

Għall-Kunsill

Il-President

L. Tindemans

[1] ĠU L 94, tat-28.4.1970, p. 13.

[2] ĠU L 362, tal-31.12.1985, p. 17.

[3] L-Opinjoni mogħtija fit-12 ta’ Marzu 1987 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

[4] ĠU C 59, tas-7.3.1987, p. 5.

[5] ĠU L 216, tal-5.8.1978, p. 1.

[6] ĠU L 119, tat-8.5.1986, p. 18.

--------------------------------------------------