31987R0680



Official Journal L 072 , 14/03/1987 P. 0015 - 0028
Finnish special edition: Chapter 5 Volume 4 P. 0105
Swedish special edition: Chapter 5 Volume 4 P. 0105


Ir-Regolament tal-Kunsill (EURATOM, KEAF, KEE) Nru 680/87

tat-23 ta' Frar 1987

li jemenda r-Regolament (KEAF, KEE, Euratom) Nru 1860/76 li jistipula l-kondizzjonijiet ta' l-impjieg tal-persunal tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjoniet ta' l-Għixien u x-Xogħol.

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1365/75 ta' 26 ta' Marzu 1975 li jwaqqaf il-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjoniet tal-Ħajja u x-Xogħol [1], b'mod partikolari l-Artikolu 17 tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEAF, KEE Euratom) Nru 1860/76 tad-29 ta' Ġunju 1976 fejn hemm il-kondizzjonijiet ta' l-impjieg tan-nies li jiffurmaw parti mill-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Ħajja u Kondizzjoniet ta' Xogħol aħjar [2], kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KEAF,KEE, Euratom) Nru 510/82 [3],

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi huwa l-Kunsill, li, fuq proposta tal-Kummissjoni, jista' jemenda dawn il-kondizzjonijiet ta' l-impjieg;

Billi l-kondizzjonijiet ta' l-impjieg tan-nies tal-Fondazzjoni għandhom ikunu allineati aktar qrib ma' dawk li jgawdu l-persunal temporanju tal-Komunitajiet Ewropej,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

"Kuntratti ta' żmien determinat ma jistgħux jiġu konklużi għal perjodu itwal minn ħames snin; kuntratti ta' żmien determinat jistgħu jiġġeddu fuq l-istess kondizzjonijiet darba waħda biss. Kull tiġdid sussegwenti għandu jkun għal perjodu indefinit."

Artikolu 2

"Kategorija | Grad | Post Basiku |

A | A 4 | Amministratur Prinċipali |

A 5 |

A 6 | Amministratur |

A 7 |

A 8 | Assistent amministratur |

B | B 1 | Assistent amministratur prinċipali |

B 2 | Amministratur anzjan, assistenti tekniċi u segretarjali |

B 3 |

B 4 | Amministratur tekniku u assistenti segretarjali |

B 5 |

C | C 1 | Segretarju prinċipali |

Uffiċjal klerikali principali |

C 2 | Seġretarja/tajpista shorthand Uffiċjal klerikali |

C 3 |

C 4 | Tajpista Assistent klerikali |

C 5 |

D | D 1 | Kap ta' Sezzjoni |

D 2 | Impjegat tas-sengħa |

D 3 |

D 4 | Impjegat bla sengħa" |

Artikolu 3

"Impjegat li jkun qiegħed fi grad għola min dak li kien jokkupa għandu fil-grad il-ġdid tiegħu, ikollu l-anzjanità li tikkorrispondi għall-iskala nozzjonali li tkun ugwali għal jew skala 'l fuq l-iskala nozzjonali milħuqa fil-grad li kellu qabel, kif ukoll l-ammont ta' żieda ta' sentejn fil-grad il-ġdid tiegħu.

Għall-iskop ta' din id-disposizzjoni, kull grad għandu jitqassam fi skali nozzjonali li jikkorrispondu ghax-xhur ta' servizz ta' salarji nozzjonali, li jitilgħu b'parti waħda minn erbgħa u għoxrin taż-żieda ta' sentejn f'dak il-grad, tul l-iskali attwali. Fl-ebda każ l-impjegat ma għandu jirċievi fil-grad il-ġdid salarju anqas min dak li kien jieħu fil-grad tieghu ta' qabel.

Impjegat li jkun qed jokkupa grad għola min dak li kien jokkupa għandu jiġi klassifikat mhux inqas mill-bidu ta' dik l-iskala li qiegħed fiha."

Artikolu 4

"Artikolu 5a

L-abbiltà, l-efficjenza u s-servizz mogħti minn kull impjegat hu bla ħsara għall-rapport li jsir kull sentejn kif provdut mid-direttur bi ftehim mal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej wara li jikkonsulta l-Kumitat tal-Persunal tal-Fondazzjoni."

Artikolu 5

"Artikolu 11

Impjegat li hu kandidat għall-uffiċċju pubbliku elettiv għandu japplika għall-ġranet frank fuq bażi personali għall-perjodu ta' mhux aktar minn tliet xħur.

Id-direttur għandu jikkonsidra l-każ ta' l-impjegat li ġie elett għal dik il-kariga. Wara li jkun ikkonsidra l-importanza ta' l-uffiċċju u d-doveri ta' dan l-istess uffiċċju, id-direttur għandu jiddeċiedi jekk l-istess impjegat għandux jkompli jaħdem jew japplika għall-frank fuq bażi personali. Fil-każ ta' l-aħħar, it-tul ta' frank għandu jkun għat-tul tal-kariga li għaliha jkun ġie elett. Fejn l-impjegat ikollu kuntratt fiss, f'dan il-każ, it-tul tal-frank fuq bażi personali ma għandux jaqbeż il-perjodu li għadu ma skadiex fil-kuntratt."

Artikolu 6

"Fejn opinjoni medika negattiva tingħata bħala riżultat ta' l-eżami mediku provdut fl-ewwel paragrafu, il-kandidat jista', fi żmien għoxrin ġurnata minn meta jiġi avvżat mill-Fondazzjoni, jagħmel talba għall-opinjoni quddiem il-kumitat mediku li jkun magħmul minn tliet tobba li jkunu magħzula mid-direttur minn fost uffiċjali mediċi tal-Komunità. It-tabib responsabbli għall-opinjoni negattiva iniżjali għandu jinstema' mill-kumitat mediku. Il-kandidat jista' jirreferi l-opinjoni ta' tabib ta' l-għażla tiegħu lill-kumitat mediku. Fejn l-opinjoni tal-kumitat mediku tikkonferma l-konklużjonijiet ta' l-eżami mediku provdut fl-ewwel paragrafu, il-kandidat għandu jħallas ħamsin fil-mija (50 %) ta' l-onorarji u ta' l-ispejjeż inċidentali."

Artikolu 7

"Artikolu 25

L-impjegat jista' jintalab jagħmel perjodu ta' prova ta' mhux aktar min sitt xhur.

Fejn, tul iż-żmien ta' prova, l-impjegat ma jkunx jista' jaqdi dmirijietu għal xahar jew iktar, minħabba mard jew aċċident, id-direttur jista' jtawwal il-perjodu ta' prova tiegħu b'tul taż-żmien korrispondenti.

Mhux inqas min xahar qabel it-tmiem taż-żmien ta' prova, għandu jsir rapport fuq l-abbiltà ta' l-impjegat b'referenza għad-doveri li għandhom x'jaqsmu mal-grad tiegħu kif ukoll dwar l-effiċjenza tiegħu u l-kondotta fis-servizz. Dan ir-rapport għandu jingħata lill-persuna koncernata, fejn ikollha d-dritt tagħti l-kummenti tagħha bil-miktub. Persuna bi prova li x-xogħol tagħha ma jirriżultax li jkun adegwat biex issir tal-post għandha titkeċċa.

Rapport fuq il-persuna bi prova jista' jsir kull ħin matul iż-żmien ta' prova jekk ix-xogħol jkun qed jidher ċar li hu inadegwat. Ir-rapport għandu jkun-ikkomunikat lill-persuna konċernata, li jkollha d-dritt li tagħti l-kummenti tagħha bil-miktub. Fuq il-bażi tar-rapport id-direttur jista' jiddeċiedi li jkeċċi l-impjegat bi prova qabel iż-żmien ta' prova, b'notifika ta' xhar qabel; il-perjodu ta' servizz ma jistax jeċċedi t-tul ta' żmien ta' prova.

Impjegat bi prova mkeċċi għandu jirċievi kumpens ta' terz tal-paġa bażika għal kull xahar sħiħ li jkun serva tul iż-żmien ta' prova."

Artikolu 8

"Artikolu 29a

B'mod eċċezzjonali, id-direttur jista', wara rikors li jispjega r-raġunijiet għalfejn, jawtorizza impjegat biex jaħdem nofs il-ħin jekk iħoss li dan hu għal kollox fl-aħjar interess tal-Fondazzjoni.

Il-proċedura għal għoti ta' dan il-permess jidher fl-Anness VII.

L-impjegat awtorizzat li jaħdem nofs il-ħin għandu kull xahar, bil-mod kif provdut mid-direttur, jaħdem nofs il-ħin tax-xogħol normali."

Artikolu 9

"Frank għall-mard imħallas, ma għandux, iżda, jeċċedi tliet xhur, jew it-tul ta' żmien maħdum mill-impjegat fejn dan il-perjodu jkun itwal. Il-frank ma għandux jestendi aktar miż-żmien fil-kuntratt tiegħu."

Artikolu 10

"Artikolu 33

F'ċirkostanzi mhux tas-soltu l-impjegat fuq talba tiegħu jista' jingħata frank mhux imħallas fuq il-bażi ta' kwistjonijiet personali serji. Id-direttur għandu jistabbilixxi t-tul taż-żmien tal-frank, li m'għandux jeċċedi kwart taż-żmien diġà maħdum mill-impjegat konċernat jew:

- tliet xhur għall-impjegati li għandhom inqas minn erba' snin anzjanità,

- sitt xhur fil-każijiet l-oħra.

Matul il-frank tiegħu, l-impjegat għandu jieqaf milli jkun assigurat kontra l-mard u l-inċidenti kif provdut fl-Artikolu 38 u 38a.

Madanakollu, impjegat li jagħti prova li ma jistax jiġi kopert minn ebda xorta ta' skema pubblika ta' assigurazzjoni kontra r-riskji msemmija fl-Artikolu 38 u 38a jista' mhux iktar tard minn xahar wara dak li fih ikun beda l-frank bla ħlas, japplika biex jibqa' kopert taħt dawk l-istess Artikoli, iżda jkollu jħallas nofs il-kontribuzzjonijiet meħtieġa biex jkopru r-riskji kif imfissra fl-Artikolu 38 u 38a tul il-perjodu tal-frank tiegħu; il-kontribuzzjonijiet għandhom jinħaddmu b'referenza għal aħħar paga bażika ta' l-impjegat.

Barra min hekk, kull impjegat li jipprova li ma jistax jiġi kopert minn ebda skema oħra ta' pensjoni jista' japplika biex jkompli jakkwista iktar drittijiet għal pensjoni għaż-żmien tal-frank mhux mħallas, iżda għandu jħallas l-ispejjeż tal-kontribuzzjoni daqs tliet darbiet r-rata msemmija fl-Artikolu 41(h); il-kontribuzjonijiet għandhom jiġu kkalkolati b'riferenza għas-salarju bażiku għall-grad u l-iskala tiegħu.

Kull perjodu ta' frank mhux imħallas jew frank fuq raġunijiet personali ma jgħoddx għall-iskopijiet ta' l-applikazjoni tat-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 35."

Artikolu 11

"Artikolu 34

Impjegat li jissejjaħ għas-servizz militari, servizz mhux kombattenti alternattiv jew għat-taħriġ tar-riserva jew li jerġa' jissejjaħ biex jaghti servizz fil-forżi armati għandu jingħata l-istatus ta' "frank għas-servizz militari"; fil-kaz li impjegat ikun b'kuntratt fiss, dan l-istatus ma jista' fl-ebda ċirkostanzi jiġġedded iktar miż-żmien tal-kuntratt.

Impjegat li jissejjaħ għas-servizz militari jew servizz mhux kombattenti alternattiv għandu jieqaf jirċievi ħlas imma jista' jżomm id-dritt tiegħu għall-avvanz għal skala ogħla u promozzjoni taħt dawn il-kondizzjonijiet ta' l-impjieg. Jista' jzomm ukoll d-dritt tiegħu għal pensjoni ta' l-irtirar, jekk wara li jkompli s-servizz militari jew, servizz mhux kombattenti alternattiv iħallas l-konribuzzjonijiet tal-pensjoni tiegħu retroattivament.

Impjegat li jissejjaħ għat-taħriġ ta' riserva jew jerġa' jissejjaħ biex iservi fil-forzi armati għandu waqt il-perjodu ta' taħriġ, jew sejħa mill-ġdid jkompli jirċievi remumerazzjoni bla ħsara għat-tnaqqis ta' ammont daqs il-paga tas-servizz."

Artikolu 12

Fl-Artikolu 38 tal-Kondizzjonijiet ta' l-Impjieg:

(a) L-ewwel sub-paragrafu 1 huwa mibdul b'dan li ġej:

"1. Impjegat, il-konjuġi, fejn il-konjuġi mhix eliġibbli għall-benefiċċji ta' l-istess natura u ta' l-istess livell minħabba kull disposizzjoni oħra legali jew regolament, uliedu u dipendenti oħra fit-tifsira ta' l-Artikolu 7 ta' l-Anness IV huma, matul il-perjodu tas-servizz ta' l-impjegat, perjodi ta' frank għall-mard, perjodi ta' frank għal raġunijiet personali taħt l-Artikolu 11 u perjodi ta' frank mhux imħallas taħt l-Artikolu 33, assigurat, bla ħsara għall-kondizzjonijiet msemmija f'dawn Artikoli u bla ħsara għar-regoli msemmija fl-Artikolu 1 ta' l-Anness V, kontra l-mard sa 80 % ta' l-infieq totali. Din ir-rata għandha tizdied sa 85 % għas-servizzi li ġejjin: konsultazzjonijiet, visti, operazzjonijiet kirurġiċi, dħul fl-isptar, prodotti farmaċewtiċi, radjoloġija, analiżi, analiżi tal-laboratorju u proteżi fuq preskrizzjoni medika bl-eċċezzjoni ta' proteżi dentali. Għandha tiżdied fil-każijiet ta' tuberkulożi, poliomelite, kanċer, mard mentali u mard ieħor rikonoxxut mill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej ta' serjetà paragunabbli, u li tinstab kmieni, u f'kazi ta' isolament. ħlas lura ta' 100 % ma' għandux japplika fil-kaz ta' mard kkawżat mix-xogħol jew inċidenti li jkun ta bidu għall-applikazzjoni ta' l-Artikolu 38a."

(b) Il-paragrafu 2 huwa mibdul b'dan li ġej:

"2. Jekk hu juri prova li ma jistax ikun kopert minn ebda skema ta' assigurazzjoni tal-mard oħra skond il-liġi jew ir-regolament, impjegat jista' mhux iktar tard minn xahar wara li jiskadi l-kuntratt tiegħu japplika biex jkompli, għal massimu ta' sitt xhur wara li jiskadi l-kuntratt tiegħu, ikun assigurat kontra l-mard kif provdut fl-ewwel sub-paragrafu ta' paragrafu 1. Il-kontribuzzjoni msemmija fir-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2) ta' l-Anness V għandhom jiġu kkalkolati skond l-aħħar salarju bażiku li jircievi l-impjegat, u nofs il-kontribuzzjoni tkun mħallsa minnu.

B'deċizjoni tad-direttur, li għandha tittieħed wara li jikkonsulta t-tabib maħtur mill-Fondazzjoni, il-perjodu ta' xahar biex japplika u l-limitu ta' sitt xhur speċifikat fl-ewwel subparagrafu m'għandux japplika fejn l-persuna tkun qed issofri minn marda serja jew fit-tul li tkun qabditha waqt l-impjieg tagħha wara li jkun għarraf liċ-ċentru qabel is-sitt xhur imsemmija fil-paragrafu ta' qabel, iżda l-istess persuna għandha tagħmel eżami mediku ppreparat mill-Fondazzjoni."

(ċ) Dan li ġej hu miżjud mal-paragrafu 4:

"— fejn l-ex konjuġi ta' impjegat, wild li ma jibqax dependenti ta' l-impjegat jew persuna li ma tibqax ittrattata bħala wild dipendenti skond l-Artikolu 7(4) ta' l-Anness IV jista' jipprovdi evidenza li hu jew hi ma jistawx jiġu koperti minn skema ta' assigurazzjoni ta' mard, hu jew hi jistgħu jibqgħu għal massimu ta' sena jkunu assigurati kontra l-mard skond il-paragrafu 1, fil-kapaċità tiegħu jew tagħha bħala persuna koperta taħt l-assigurazzjoni ta' l-impjegat; din l-assigurazzjoni ma tagħtix lok għall-ħlas ta' kontribuzzjoni. Dan il-perjodu ta' sena għandu jibda mid-data tad-digriet assolut tad-divorzju jew mit-telfa ta' stat dipendenti ta' wild jew ta' persuna meqjusa bħala wild dipendenti."

(d) L-ewwel sub-paragrafu tal-paragrafu 6 jinbidel b'dan li ġej:

"6. Persuni intitolati għal benefiċċji msemmija għandhom jiddikjaraw l-ammont ta' kull ħlas jew xi pretensjoni oħra taħt skemi ta' assigurazzjoni ta' mard bil-liġi jew regolament għalihom jew għall-persuni koperti mill-assigurazzjoni tagħhom."

Artikolu 13

"Artikolu 40

Fil-kaz ta' mewt ta' xi impjegat, il-konjuġi jew wild dipendenti, jew kull persuna oħra dipendenti li taqa' taħt l-Artikolu 7 ta' l-Anness IV u li għexu bħala parti mid-dar tiegħu, il-Fondazzjoni għandha tħallas lura l-ispejjeż involuti fit-trasport tal-ġisem mill-post tax-xogħol ta' l-impjegat lejn il-post ta' oriġini.

Iżda, fil-kaz li impjegat ikun miet waqt xi missjoni, il-Fondazzjoni għandha tħallas l-ispejjes involuti fit-trasport tal-ġisem minn fejn tkun seħħet il-mewt għal post ta' oriġini tiegħu."

Artikolu 14

"2. (a) Fejn il-mewt, korriment aċċidentali jew mard ta' persuna kopert b'dawn il-kondizzjonijiet ta' impjieg ikun ikkawżat minn terza persuna, il-Komunitajiet għandhom, fir-rigward ta' l-obbligi li jaqgħu fuqhom taħt din ir-regoli minħabba l-avveniment li kkawża l-mewt, il-korriment jew il-mard, jissurrogaw ruħhom fid-drittijiet, inkluż id-drittijiet ta' azzjoni, tal-vittma jew ta' dawk intitolati taħtu kontra dik it-terza persuna.

(b) Is-surroga provduta fil-paragrafu ta' qabel għandha testendi għal dan li ġej:

- ħlas bla waqfien ta' renumerazzjoni skond l-Artikolu 30 għall-impjegat matul il-perjodu li ma jkunx tajjeb għax xogħol,

- pagamenti mħallsa skond l-Artikolu 36 wara l-mewt ta' xi impjegat jew ex-impjegat li huwa intitolat għal pensjoni,

- benefiċċji mħallsa taħt l-Artikolu 38 u38a u l-Anness V, relatati ma' assigurazzjoni kontra mard u aċċidenti,

- ħlas ta' l-spejjeż involuti fit-trasport tal-ġisem kif imsemmi fl-Artikolu 40,

- allokazzjoni supplimentari mħallsa skond l-Artikolu 9(2) u l-Artikolu 7(3) u (5) ta' l-Anness IV dwar wild dipendenti li jkun isoffri minn mard kroniku, nieqes mis-saħħa jew disabbiltà oħra,

- pensjonijiet ta' l-invalidità mħallsa minħabba aċċident jew mard li jirriżultaw f'invalidità permanenti li tipprevjeni li l-istess impjegat jaqdi d-dmirijiet tiegħu,

- pensjonijiet tas-superstiti mħallsa fil-każ ta' mewt ta' ex-impjegat jew il-mewt tal-konjuġi jew ta' impjegat jew ta' ex-impjegat li huma intitolati għal pensjoni, fejn il-konjuġi mhijiex membru ta' l-persunal,

- pensjonijiet ta' l-orfni mħallsa irrispettivament mill-età tal-wild ta' l-impjegat jew ex-impjegat li ma jkunx tħalla minħabba mard serju, nieqes mis-saħħa jew diżabbiltà oħra, li jaqla' l-għixien wara l-mewt tal-persuna fuq min kien jiddependi.

(ċ) Madanakollu, il-Komunitajiet m'għandhomx jiġu surrogati fid-drittijiet għall-kumpens fir-rigward ta' dannu għal kollox personali bħal ħsara mhux materjali, danni għall-uġigħ u sofferenza jew kumpens għal sfreġju jew telf ta' kumdità miżjuda bl-allokazzjoni mogħtija taħt l-Artikolu 38a.

(d) Id-disposizzjonijiet tal-paragrafi (a), (b) u (ċ) ma jistgħux iwaqqfu azzjoni diretta mill-Komunitajiet"

Artikolu 15

"Fejn l-invalidità hija minħabba xi kawza oħra, il-pensjoni ta' l-invalidità kkalkolata fuq l-aħħar salarju bażiku ta' l-impjegat għandha tkun uġwali għal 2 % għal kull sena bejn id-data ta' meta daħal fis-servizz u d-data meta jagħlaq l-età ta' 65; din ir-rata għandha tiżdied kull sena bi 2 % għal kull sena ta' servizz pensjonabbli kkunsidrata skond l-Artikolu 10(2) u (3) ta' l-Anness VI u b'25 % ta' l-ammont tad-drittijiet tal-pensjoni li jkun kiseb fl-età ta' 60 iżda li t-total ma' jaqbiżx 70 % tas-salarju bażiku aħħari."

Artikolu 16

"L-ammont ta' kull xahar tal-pensjoni tas-superstiti pagabbli lill-armla ta' impjegat li jkun miet fis-servizz jew waqt frank minħabba servizz militari, għandu jkun uġwali għal 35 % ta' l-aħħar salarju bażiku li l-impjegat ikun ircieva u ma jistax ikun anqas mill-figura minima ta' sussistenza kif imfisser fl-Artikolu 5 ta' l-Anness VI, u mhux inqas minn 60 % tal-pensjoni ta' l-irtirar li l-impjegat kien ikun intitolat għaliha kieku kien jikkwalifika, irrispettivament mit-tul tas-servizz jew ta' l-età għal din il-pensjoni fil-ħin tal-mewt.

Lanqas m'għandu dan l-ammont ikun inqas minn 42 % tas-salarju bażiku finali li jkun irċieva l-istess impjegat fejn il-mewt tkun taqa' taħt waħda miċ-ċirkostanzi msemmija fit-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 41b.

Id-disposizzjonijiet ta' dan l-Artikolu għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-armel ta' l-imjegat."

Artikolu 17

Fl-Artikolu 41d tal-Kondizzjonijiet ta' l-Impjieg:

1. Il-paragrafu li ġej huwa b'dan miżjud:

"3a. Fil-kaz ta' mewt ta' ex-impjegat li jkun ħalla s-servizz qabel l-età ta'60 u jkun talab li l-pensjoni tibda toħroġ fl-ewwel tax-xahar kalendarju wara dak li jkun għalaq l-età ta' 60, it-tfal dipendenti fit-tifsira ta' l-Artikolu 7 ta' l-Anness IV għandhom jieħdu l-pensjoni ta' l-orfni taħt l-istess kondizzjonijiet bħal dawk provduti fil-paragrafi 1, 2 u 3."

2. Il-Paragrafu 4 huwa mibdul b'dan li ġej:

"4. Kull wild li jkun dipendenti fit-tifsira ta' l-Artikolu 7 ta' l-Anness IV fuq impjegat u li l-konjuġi (li ma tkunx uffiċjal tal-Komunitajiet, jew impjegat temporanju fi tifsira ta' l-Artikolu 2(a), (ċ) jew (d) tal-Kondizzjonijiet ta' l-Impjieg ta' Impjegati oħra tal-Komunitajiet, u li ma jkunx kopert b'dawn il-kondizzjonijiet ta' l-impjieg jew bil-kondizzjonijiet ta' l-impjieg taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali, tmut għandu jkun intitolat għall-pensjoni li tkun ta' ammont doppju ta' l-allowance tal-wild dipendenti."

Artikolu 18

"Artikolu 41f

1. Minkejja kull disposizzjoni oħra, notevolment dawk li jikkonċernaw l-ammonti minimi mħallsa lill-persuni li huma intitolati għall-pensjoni tas-supersititi, l-ammont kollu pagabbli bħala pensjoni tas-superstiti kif ukoll allowances tal-familja bit-taxxa mnaqqsa u tnaqqis ieħor obbligatorju għall-armla u nies oħrajn intitolati ma għandux jaqbeż dan li ġej:

(a) fil-kaz ta' mewt ta' impjegat li jkun attiv fl-impjieg tiegħu, jew bi frank bla ħlas minħabba raġunijiet personali serji, bi frank fuq bażi personali jew frank minħabba servizz militari, l-ammont ta' salarju bażiku li kieku kien jieħu fil-grad u l-iskala kieku baqa ħaj, u kull allowance li seta' ħa, wara li titnaqqas it-taxxa u tnaqqis ieħor obbligatorju;

(b) għall-perjodu wara d-data li fiha l-impjegat msemmi f'(a) ikun għalaq l-età ta' 65, l-ammont tal-pensjoni ta' l-irtir li għaliha jkun intitolat minn hemm 'il quddiem, kieku kien għadu ħaj, ibbażata fuq il-grad u l-skala tiegħu fiż-żmien mewtu, kif ukoll allowances tal-familja li kieku kien rċievi, wara li titnaqqas it-taxxa u tnaqqis obbligatorju ieħor;

(ċ) fil-kaz ta' mewt ta' ex-impjegat li jkun intitolat għall-pensjoni jew pensjoni ta' l-invalidità, l-ammont tal-pensjoni intitolat għaliha, kieku baqa' ħaj, bla ħsara għall-allowances u tnaqqis imsemmi f'(b);

(d) fil-kaz ta' mewt ta' ex-impjegat li jkun telaq mis-servizz qabel l-età ta' 60 u jkun talab li din il-pensjoni ta' l-irtir tkun diferit sa l-ewwel ġurnata tax-xahar tal-kalendarju ta' wara meta jkun għalaq l-età ta' 60, l-ammont tal-pensjoni li kien ikun intitolat għaliha, kieku baqa' ħaj, bla ħsara għall-allowances u tnaqqis imsemmi f'(b).

2. Għal fini tal-paragrafu 1, piżijiet għandhom jitwarrbu.

3. L-ammont massimu kif imfisser fis-subparagrafi (a), (b), (ċ) u (d) għandhom jinqassmu bejn il-persuni intitolati għal pensjoni tas-superstiti bi proporzjoni għad-drittijiet rispettivi tagħhom, filwaqt li l-paragrafu 1 f'dan il-kuntest ma japplikax.

L-Artikolu 41g għandu japplika għall-ammonti hekk mqassma."

Artikolu 19

"Għandhom jingħataw piż b'rata iffissata għall-pajjiż ġewwa jew barra l-Komunitajiet fejn ir-reċipjent juri li għandu r-residenza tiegħu.

Jekk ir-reċipjent iwaqqaf ir-residenża tiegħu f'pajjiż fejn ma ġiex iffissat piż, il-piż ta' 100 għandu jkun applikat."

Artikolu 20

Fl-Artikolu 45 tal-Kondizzjonijiet ta' l-Impjieg:

1. Paragrafu 1 (b):

(a) l-aħħar sentenża hija emendata kif ġej: "Dan il-perjodu ta' notifika ma' għandux ikun iktar min tliet xhur u mhux inqas min xahar;"

(b) din is-sentenża ġdida li ġejja hija b'dan miżjuda: "Fil-kaz ta' impjegat li l-kuntratt tiegħu jkun ġie mġedded, il-perjodu ta' notifika m'għandux ikun inqas minn xahar għal kull sena servizz maħduma, bla ħsara għal minimu ta' xahar u massimu ta' sitt xhur."

2. Paragrafu 2 (b) huwa mibdul b'dan li ġej:

"(b) - automatikament fl-aħħar ġurnata tax-xahar fejn l-impjegat jilħaq l-età ta' 65,

- fuq it-talba ta' l-istess impjegat l-aħħar ġurnata tax-xahar li fih tkun saret it-talba fejn ikollu mill-inqas 60 sena jew fejn għandu bejn 50 u 60 sena u jkun jissodisfa l-ħtiġijiet għall-pagament ta' pensjoni minnufih skond l-Artikolu 8 ta' l-Anness VI."

Artikolu 21

"Artikolu 46

Impjieġ, kemm għall-perjodu fiss jew indefinit jista' jintemm mill-Fondazzjoni mingħajr avviż:

(a) matul jew għall-aħħar ta' żmien ta' prova skond l-Artikolu 25;

(b) jekk l-impjegat jieqaf milli jissodisfa r-rekwiżiti ta' l-Artikolu 23(2)(a) u (d). Iżda, jekk l-istess impjegat jieqaf milli jissodisfa r-regoli kif imniżżla fl-Artikolu 23(2)(d), il-kuntratt tiegħu jista' jintemm biss skond l-Artikolu 41b;

(ċ) jekk l-impjegat ma jistax ikompli dmirijietu fl-aħħar tal-perjodu tal-frank għall-mard imħallas skond l-Artikolu 30. F'dan il-kaz l-istess impjegat għandu jircievi allowance ugwali għas-salarju bażiku tiegħu, kif ukoll allowances għall-familja bir-rata ta' jumejn għal kull xahar ta' servizz mitmum."

Artikolu 22

"Artikolu 46a

1. Ex-impjegat li ma' jkunx jaħdem wara t-terminazzjoni tas-servizz tiegħu mal-Fondazzjoni:

- u li ma jirċevix pensjoni ta' l-irtir jew ta' l-invalidità mill-Fondazzjoni jew mill-Komunitajiet Ewropej,

- li s-servizz tiegħu ma jintemmx b'riżenja jew kanċellazzjoni tal-kuntratt għal raġunijiet dixxiplinari,

- jkun għamel minimu ta' sitt xhur servizz,

- u jkun residenti fi Stat Membru tal-Komunitajiet,

jkun eliġibbli kull xahar għall-allowance tad-disimpjieg ħlas taħt il-kondizzjonijiet hawn taħt imniżżla.

Fejn ikun intitolat għall-benefiċċji tad-disimpjieg taħt l-iskema taħt skema nazzjonali, huwa għandu l-obbligu li jiddikjara dan lill-Fondazzjoni, li għandha minnufih tinforma lill-Kummissjoni b'dan. F'dawn il-kazijiet, l-ammont ta' dawk il-benefiċċji, jinqatgħu mill-allowance mħallsa taħt il-paragrafu 3.

2. Biex ikun eliġibbli għal din l-allowance ta' disimpjieg, l-ex-impjegat għandu:

(a) ikun reġistrat, fuq talba tiegħu, bħala li qed ifittex ix-xogħol ma' l-awtoritajiet ta' l-impjieg ta' l-Istati Membri fejn hu stabbilixxa r-residenza tiegħu;

(b) jimxi ma' l-obbligi mniżżla mill-liġi ta' l-Istat Membru għal dawk il-persuni li jirċievu benefiċċji tad-disimpieg taħt dik il-liġi;

(ċ) jibgħat kull xahar lill-Fondazzjoni, li għandha tibagħtu minnufih lill-Kummissjoni, ċertifikat maħruġ mill-awtorità ta' l-impjieġi kompetenti li jgħid jekk osservax jew le l-obbligi u l-kondizzjonijiet imsemmija f'(a) u (b).

Din l-allowance tista' tingħata jew tinżamm mill-Komunità, ukoll fejn l-obbligi imsemmija taħt (b) ma jkunux intlaħqu, fil-kazijiet ta' mard. aċċident, maternità, invalidità jew sitwazzjoni rikonoxxuta bħala simili jew fejn l-awtorità nazzjonali, kompetenti biex tilħaq dawk l-obbligi, tagħti dispensa.

Il-Kummissjoni, wara li tikseb l-opinjoni tal-Kumitat ta' Esperti, għandha tagħmel disposizzjonijiet li jidhrilha xierqa biex tapplika dan il-paragrafu.

3. L-allowance tad-dispimpjieg għandha tkun iffissata b'referenza għas-salarju bażiku milħuq mill-impjegat fiż-żmien meta jintemm is-servizz. Dan il-ħlas għandu jkun fiss sa:

- 60 % tas-salarju baziku għall-ewwel perjodu ta' 12-il xahar;

- 45 % tas-salarju baziku mit-13 sat-18 tax-xahar;

- 30 % tas-salarju baziku mid-dsatax-il xahar sa l-erbgħa u għoxrin xahar.

L-ammonti hekk ikkalkolati m'għandhomx ikunu anqas minn Bfrs 30000 u mhux iktar minn Bfrs 60000.

L-inqas u l-iktar ammonti msemmija fit-tieni sub-paragrafu jistaw jiġu eżaminati kull sena mill-Kunsill, fuq proposta tal-Kummissjoni.

4. L-allowance tad-dispimpjieg għandha titħallas lill-ex-impjegat għal massimu ta' erbgħa u għoxrin xahar mid-data tat-tmiem.

5. Ex-impjegat li jkun eliġibbli għall-benefiċċju tad-disimpjieg għandu jkun intitolat għall-allowances tal-familja skond l-Artikoli 6, 7 u 8 ta' l-Anness IV; l-allowance tal-familja għandha tkun ikkalkolata fuq il-bażi ta' l-allowance tad-disimpjieg provduta fl-Artikolu 6 ta' l-Anness IV.

Ex-impjegat hu obbligat li jiddikjara kull allowance ta' l-istess tip mħallsa lilu jew lill-konjuġi tiegħu minn għejjun oħra; dawn l-allowances għandhom jitnaqqsu minn dawk li jitħallsu fuq il-bażi ta' dan l-Artikolu.

Ex-impjegat li hu eliġibbli għall-allowance ta' disimpjieg għandu jkun intitolat, kif provdut fl-Artikolu 38 għall-polża ta' assigurazzjoni kontra l-mard mingħajr ma jkollu jagħmel xi kontribuzzjoni.

6. Il-piż mogħti lill-Istat Membru fejn ex-impjegat jagħti prova li huwa residenti għandu jkun applikat lill-allowance tad-disimpjieg u l-allowances tal-familja. Dawn l-ammonti jitħallsu mill-Kummissjoni fil-munita tal-pajjiż ta' residenza; għadhom ikunu konvertiti bir-rati tal-kambju provduti fit-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 63 tar-Regolamenti tal-Persunal.

7. Membri tal-personal għandhom jikkontribwixxu terz ta' l-iffinanzjar ta' l-iskema ta' l-assigurazzjoni tal-qgħad. Dik il-kontribuzzjoni għandha tiġi ffissata għal 0,4 % tas-salarju bażiku tal-persuna kkonċernata, meta mhux meħud kont ta' l-piż li għandu jingħata kif previst fl-Artikolu 64 tar-Regolamenti tal-Personal ta' uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dik il-kontribuzzjoni għandha titnaqqas fix-xahar mis-salarju tal-persuna kkonċernata u titħallas, flimkien maż-żewġ terzi li jibqa' li l-Fondazzjoni għandha tinkludihom f'fond speċjali tal-qgħad. Dak il-fond għandu jkun komuni għall-istituzzjonijiet tal-Fondazzjoni u tal-Komunità, li għandhom iħallsu l-kontribuzzjonijiet tagħhom lill-Kummissjoni kull xahar mhux iktar tard minn tmint ijiem wara l-ħlas tar-remunerazzjonijiet. L-infiq kollu li jirriżulta mill-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu għandu jkun awtorizzat u jitħallas mill-Kummissjoni skond id-disposizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-estimi ġenerali tal-Komunitajiet Ewropei.

8. L-allowance tal-qagħad imħallsa lil-membru preċedenti tal-personal li hu qiegħed għandha tkun soġġetta għar-Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nru 260/68 li jistabbilixxi l-kondizzjonijiet u l-proċedura għall-applikazzjoni tat-taxxa għall-benefiċċju tal-Komunitajiet Ewropei.

9. Id-dipartimenti nazzjonali b'responsabbiltà għall-impjieg u l-qagħad, waqt li jaġixxu skond il-leġislazzjoni nazzjonali tagħhom, u l-Kummissjoni għandhom jikkoperaw flimkien b'mod effettiv sabiex jiżguraw li dan l-Artikolu hu applikat kif suppost.

10. Arranġamenti dettaljati għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu għandhom ikunu s-suġġett tar-regoli stabbiliti bi ftehim reċiproku bejn l-istituzzjonijiet tal-Komunitajiet wara li tinkiseb l-opinjoni tal-Kumitat tar-Regolamenti tal-Personal, mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet tat-tielet subparagrafu tal-paragrafu 2.

11. Sena wara l-introduzzjoni ta' din l-iskema ta' assigurazzjoni ta' disimpjieg u kull sentejn wara, il-Kummissjoni għandha tissottmetti rapport dwar is-sitwazzjoni finanzjarja ta' l-iskema lill-Kunsill. Indipendentement minn dan ir-rapport, il-Kummissjoni tista' tissottometti lill-Kunsill proposti li jaġġustaw il-kontribuzzjonijiet previsti fil-paragrafu 7 jekk l-applikazzjoni ta' l-iskema teħtieġ hekk. Il-Kunsill għandu jaġixxi fuq dawn il-proposti skond il-kondizzjonijiet stabbiliti fit-tielet subparagrafu tal-paragrafu 3."

Artikolu 23

Fl-Artikolu 54 tal-Kondizzjonijiet ta' l-Impjieg l-Artikoli li ġejjin għandhom jiżdiedu ma' dawk applikabbli b'analoġija lid-Direttur jew id-Deputat Diretttur: 38, 38a, 39, 40, 40a to 41h.

Artikolu 24

1. L-intestatura tat-Titolu VII tal-Kondizzjonijiet ta' l-Impjieg għandha tinbidel bi: "Disposizzjonijiet finali".

2. "Artikolu 56a

Benefiċċji u ħlasijiet lura ta' kull natura maħsuba li jaqaw taħt dawn il-kondizzjonijiet ta' l-impjieg ma jistawx jitħallsu b'żieda ma' benefiċċji jew ħlasijiet lura oħra ta' l-istess tip mħallsa mill-estimi ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej.

L-istess impjegat għandu minnufih jiġbed l-attenzjoni tad-direttur ta' ħlas li jkun doppju."

Artikolu 25

"Artikolu 4

Salarji bażiċi ta' kull xahar huma determinati għal kull grad u skala kif provdut fit-tabella li ġejja:

Gradi | Skala |

1 | 2 | 3 | 4 | 5 | 6 | 7 | 8 |

A4 | 195848 | 206827 | 217806 | 228785 | 239764 | 250743 | 261722 | 272701 |

A5 | 161470 | 171036 | 180602 | 190168 | 199734 | 209300 | 218866 | 228432 |

A6 | 139537 | 147151 | 154765 | 162379 | 169993 | 177607 | 185221 | 192835 |

A7 | 120115 | 126092 | 132069 | 138046 | 144023 | 150000 | | |

A8 | 106232 | 110514 | | | | | | |

B1 | 139537 | 147151 | 154765 | 162379 | 169993 | 177607 | 185221 | 192835 |

B2 | 120903 | 126570 | 132237 | 137904 | 143571 | 149238 | 154905 | 160572 |

B3 | 101408 | 106122 | 110836 | 115550 | 120264 | 124978 | 129692 | 134406 |

B4 | 87711 | 91798 | 95885 | 99972 | 104059 | 108146 | 112233 | 116320 |

B5 | 78399 | 81709 | 85019 | 88329 | | | | |

C1 | 89462 | 93069 | 96676 | 100283 | 103890 | 107497 | 111104 | 114711 |

C2 | 77810 | 81117 | 84424 | 87731 | 91038 | 94345 | 97652 | 100959 |

C3 | 72586 | 75418 | 78250 | 81082 | 83914 | 86746 | 89578 | 92410 |

C4 | 65579 | 68238 | 70897 | 73556 | 76215 | 78874 | 81533 | 84192 |

C5 | 60479 | 62956 | 65433 | 67910 | | | | |

D1 | 68345 | 71333 | 74321 | 77309 | 80297 | 83285 | 86273 | 89261 |

D2 | 62319 | 64972 | 67625 | 70278 | 72931 | 75584 | 78237 | 80890 |

D3 | 58003 | 60484 | 62965 | 65446 | 67927 | 70408 | 72889 | 75370 |

D4 | 54688 | 56930 | 59172 | 61414 | 63656 | 65898 | 68140 | 70382" |

Artikolu 26

"Artikolu 4a

Id-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 66a dwar ir-Regolamenti tal-Persunal tal-Komunitajiet Ewropej li japplikaw imposta speċjali temporanja fuq salarji netti, pensjonijiet u allowances ta' tmiem ta' servizz, għandhom japplikaw b'analoġija għall-persunal tal-Fondazzjoni, għad-Direttur u għad-Deputat Direttur."

Artikolu 27

Fl-Artikolu 6 ta' l-Anness IV tal-Kondizzjonijiet ta' l-Impjieg:

1. Paragrafu 1 huwa mibdul b'dan li ġej:

"1. L-allowance tal-familja għandu jkun fiss bir-rata ta' 5 % tas-salarju bażiku, bla ħsara għall-minimu provdut fl-Artikolu 1(1) ta' l-Anness VII tar-Regoli tal-Persunal tal-Komunitajiet Ewropej."

2. Għandu jiżdied il-paragrafu ġdid li ġej:

"5. Jekk l-impjegat huwa intitolat għall-allowance tal-familja bis-saħħa biss tal-paragrafu 2 (b) u persuna li ma tkunx l-impjegat li jkun ingħata bil-liġi jew b'ordni ta' qorti jew ta' awtorità amministrattiva kompetenti il-kustodja ta' l-ulied dipendenti tiegħu fit-tifsira ta' l-Artikoli 7(2) u (3) hawn taħt, l-allowance tal-familja għandha titħallas lil dik il-persuna f'isem u għan-nom ta' l-impjegat. Din il-kondizzjoni għandha tkun ikkunsidrata milħuqa fil-każ ta' tfal dipendenti li jkunu saru maġġorenni jekk dawk it-tfal għandhom ir-residenza normali tagħhom mal-ġenitur l-ieħor.

Jekk, iżda, it-tfal ta' l-impjegat jinsabu fil-kustodja ta' diversi persuni, l-allowance tal-familja għandha titqassam bejniethom skond in-numru tat-tfal fil-kura tagħhom.

Jekk persuna eliġibbli bis-saħħa ta' li ngħad fuq li tirċievi l-allowance tal-familja mħallsa f'isem l-impjegat hija eliġibbli ukoll li tirċievi din l-allowance minħabba l-istatus tiegħu jew tagħha bħala membru tal-persunal tal-Fondazzjoni jew iċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp tat-Taħriġ Vokazzjonali jew bħala uffiċjal jew impjegat ieħor tal-Komunitajiet Ewropej, dik il-persuna għandha tirċievi biss l-ogħla taż-żewġ allowances."

Artikolu 28

Fl-Artikolu 7 ta' l-Anness IV tal-Kondizzjonijiet ta' l-Impjieg:

1. Il-Paragrafu 1 huwa mibdul b'dan li ġej:

"1. Impjegat li għandu wieħed jew iżjed tfal dipendenti għandu, skond il-paragrafi 2 u 3, jirċievi allowance li tkun daqs l-ammont provdut fl-Artikolu 2(1) ta' l-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal ta' Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej."

2. B'dan jiżdied il-paragrafu ġdid li ġej:

"7. Jekk il-kustodja tal-wild dipendenti fit-tifsira tal-paragrafi 2 u 3 tkun fdata bil-liġi jew b'ordni tal-qorti jew ta' awtorità amministrattiva kompetenti lill-persuna oħra l-allowance tal-wild dipendenti għandha titħallas lil dik il-persuna f'isem u għan-nom ta' membru tal-persunal."

Artikolu 29

Fl-Artikolu 8 ta' l-Anness IV tal-Kondizzjonijiet ta' l-Impjieg:

1. Fil-paragrafu 1, "sa massimu ta' Bfrs 1772 kull xahar għal kull wild dipendenti" għandha tinbidel bi "sa massimu, kif provdut fl-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 3 ta' l-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal ta' Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, għal kull wild dipendenti."

2. B'dan jiżdied il-paragrafu li ġej:

"Jekk il-kustodja tal-wild li għalih titħallas l-allowance ta' l-edukazzjoni tkun ġiet fdata bil-liġi jew b'ordni ta' qorti jew awtorità amministrattiva kompetenti lill-persuna oħra, l-allowance ta' l-edukazzjoni għandha titħallas lil dik il-persuna f'isem u għan-nom ta' l-impjegat. F'dawn il-każijiet, id-distanza ta' mill-anqas 50 km msemmija fil-paragrafu preċedenti għandha tkun ikkalkolata mill-post tar-residenza tal-persuna li għandha l-kustodja tal-wild."

Artikolu 30

Fl-Anness IV għall-Kondizzjonijiet ta' l-Impjieg:

1. L-Artikolu 9a huwa mibdul b'dan li ġej:

"Artikolu 9a

Fejn, bis-saħħa ta' l-Artikoli 6, 7 u 8, dawn l-allowances tal-familja jitħallsu lil persuna li ma jkunx impjegat, dawn l-allowances għandhom jitħallsu fil-valuta tal-pajjiż fejn dik il-persuna hi residenti, ikkalkolata fejn applikabbli fuq il-bażi tar-rati tal-kambju msemmija fit-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 63 tar-Regolamenti tal-Persunal ta' l-Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Għandhom ikunu soġġetti għall-piż mogħti lil dak il-pajjiż jew, jekk l-ebda piż ma jkun iffissat, għall-piż ta' 100.

Artikolu 9għandu japplika lil persuna li tirċievi dawn l-allowances tal-familja."

2. L-Artikolu 9a ta' qabel isir l-Artikolu 9b.

Artikolu 31

"Artikolu 9ċ

Membru tal-persunal fil-Kategorija Ċ impjegat bħala tajpist tal-kopji, tajpist tax-shorthand, operatur tat-telex, varitajpista, segretarja eżekuttiva jew segretarja prinċipali tista' titħallas allowance fissa.

L-ammont ta' din l-allowance għandu jkun daqs l-ammont ta' l-allowance provduta fl-Artikolu 4a ta' l-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal ta' l-uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej."

Artikolu 32

L-ewwel inċiż ta' l-Artikolu 13 ta' l-Anness IV tal-Kondizzjonijiet ta' l-Impjieg is-somma ta' Bfrs 5000 għandha tinbidel bi Bfrs 37000 u fit-tieni inċiż is-somma ta' Bfrs 3000 għandha tinbidel bi Bfrs 22000.

Artikolu 33

L-Artikolu 15(4) ta' l-Anness IV tal-Kondizzjonijiet ta' l-Impjieg huwa emendat kif ġej:

1. Fit-tieni sentenza, wara l-kliem, "għandu jkun intitolat", jiddaħħal il-kliem li ġej: "għalih u, jekk huwa intitolat jirċievi l-allowance tal-familja, għall-martu u dipendenti oħra fit-tifsira ta' l-Artikolu 7".

2. Jiżdied is-subparagrafu li ġej:

"Iżda, jekk martu u dipendenti oħra fit-tifsira ta' l-Artikolu 7(2) ma jgħixux ma' l-impjegat fil-post tiegħu ta' l-impjieg, għandhom ikunu ntitolati darba f'kull sena kalendarja, bla ħsara għas-sottomissjoni ta' dokumenti ta' appoġġ, għal ħlas lura ta' l-ispejjeż mill-post ta' l-oriġini għall-post ta' l-impjieg, jew għal ħlas lura ta' l-ispejjeż tal-vjaġġ lejn post ieħor li ma jaqbiżx l-ispiża tal-vjaġġ ta' qabel."

Artikolu 34

Fl-Artikolu 17 ta' l-Anness IV għall-Kondizzjonijiet ta' l-Impjieg:

1. L-iskeda fil-paragrafu 1 hija emendata b'dan li ġej:

| allowanceIntitolat għall- tal-familja | allowanceMhux intitolat għall- tal-familja |

1 sal-15-il ġurnata | minn 16-il ġurnata | 1 sal-15-il ġurnata | minn 16-il ġurnata |

franki Belgiani għall kull ġurnata kalendarja | franki Belgiani għall kull ġurnata kalendarja | franki Belgiani għall kull ġurnata kalendarja | franki Belgiani għall kull ġurnata kalendarja |

kategorija A4-A8 u kategorija B | 1817 | 824 | 1232 | 644 |

kategoriji oħra | 1648 | 768 | 1061 | 531 |

Allowance ta' sussistenza ta' kuljum għandha tkun emendata skond dawk li jitħallsu lill-uffiċjali tal-Komunitajiet, kif determinat mill-Kunsill.

2. Il-paragrafu ġdid li ġej huwa b'dan miżjud mal-paragrafu 2:

"(ċ) Iżda, impjegat imqabbad għall-perjodu fiss ta' anqas minn sena, jew li jitqies mid-Direttur li huwa mqabbad għall-perjodu ekwivalenti jekk il-kuntratt tiegħu huwa għall-perjodu indefinit, għandu, wara li jagħti prova li ma jistax jgħix aktar fil-post ta' residenza ta' qabel, jirċievi l-allowance ta' sussistenza ta' kuljum għaż-żmien kollu tal-kuntratt tiegħu, sa massimu ta' sena."

Artikolu 35

Fl-Artikolu 20 ta' l-Anness IV għall-Kondizzjonijiet ta' l-Impjieg:

(a) L-iskeda fil-paragrafu 1 (a) hija mibdula b'dan li ġej:

| "I kategoriji A + B | II Kategoriji Ċ + D |

il-Belġju | 2335 | 2160 |

id-Danimarka | 2865 | 2650 |

il-Ġermanja | 3205 | 2965 |

il-Greċja | 1650 | 1525 |

Franża | 2990 | 2765 |

l-Irlanda | 3060 | 2830 |

l-Italja | 2570 | 2380 |

il-Lussemburgu | 2500 | 2315 |

l-Olanda | 3060 | 2860 |

ir-Renju Unit | 4120 | 3810 |

Allowances ta' kuljum għall-membri tal-persunal fuq missjoni għandhom ikunu emendati skond dawk pagabbli lill-uffiċjali tal-Komunitajiet, kif determinat mill-Kunsill."

(b) Fil-paragrafu 2 "bi Bfrs 330 u Bfrs 315 rispettivament" huwa b'dan mibdul bi "bi 25 %".

(ċ) It-tieni subparagrafu tal-paragrafu 7 huwa b'dan mibdul b'li ġej:

"L-għotja ta' flus għall-għixien ta' kuljum għandha titnaqqas bi 16 % ta' l-allowance provduta fil-Kolonni I u II għal kull ikla provduta; l-allowances provduti fil-Kolonni I u II għandhom jitnaqqsu bi 34 % għal kull ġurnata ta' akkomodazzjoni provduta. Fejn impjegat fuq missjoni għandu l-ikel kollu tiegħu u l-akkomodazzjoni provduta jew titħallas lura minn waħda mill-istituzzjonijiet tal-Komunitajiet, minn korp tal-Komunità, jew b'amministrazzjoni jew organizzazzjoni nazzjonali jew internazzjonali, għandu jirċievi, minflok l-għotja ta' flus għall-għixien ta' kuljum għall-misjonijiet provduti hawn fuq, allowance ta' 17 % ta' l-ammonti provduti fil-Kolonni I u II."

(d) Il-paragrafu 8 huwa b'dan mħassar.

Artikolu 36

L-ewwel żewġ paragrafi ta' l-Artikolu 4 ta' l-Anness VI għall-Kondizzjonijiet ta' Impjieg għandhom jinbidlu b'dan filwaqt li jkun ħalla s-servizz tal-Fondazzjoni, iċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp tat-Taħriġ Vokazzjonali jew waħda mill-Istituzzjonijiet tal-Komunità, jerġa' jibda jaħdem mal-Fondazzjoni jew Istituzzjoni Komunitarja għandu jakkwista aktar drittijiet tal-pensjoni.

Hu jista' jitlob li, għall-għanijiet tal-kalkulazzjoni tad-drittijiet tal-pensjoni tiegħu, is-servizz kollu mal-Fondazzjoni, iċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali jew waħda mill-istituzzjonijiet tal-Komunità jkunu kkonsidrati, bla ħsara li jħallas lura kull somma mħallsa lilu bħala għotja ta' qtugħ jew irċevuti minnu bħala pensjoni ta' l-irtir, kif ukoll imgħaxijiet magħduda bir-rata ta' 3,5 % kull sena.’’

Artikolu 37

"3. Il-paragrafu 2 għandu japplika wkoll lill-impjegat li huwa impjegat mill-ġdid wara li jintemm perjodu ta' frank fuq bażi personali taħt l-Artikolu 11 jew frank mhux imħallas taħt l-Artikolu 33 tal-Kondizzjonijiet ta' Impjieg."

Artikolu 38

"Artikolu 13

Impjegat li l-Kumitat ta' l-Invalidità jsib li japplikaw għalih id-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 41b għandu awtomatikament ikun irtirat fl-aħħar ġurnata tax-xahar li fiha d-direttur jirrikonoxxi l-inkapaċità permanenti tiegħu li jesegwixxi d-dmirijiet tiegħu. L-intitolament għall-pensjoni ta' invalidità jidħol fis-seħħ mill-ewwel ġurnata tax-xogħol kalendarja wara r-rikonoxximent ta' l-inkapaċità permanenti ta' l-impjegat biex jaqdi d-dmirijiet tiegħu."

Artikolu 39

"Jekk il-persuna konċernata mhijiex impjegata mill-ġdid fis-servizz tal-Fondazzjoni, għandha tirċievi:

- jew l-għotja tal-qtugħ mogħtija fl-Artikolu 11, ikkalkulata fuq il-bażi tal-perjodu tas-servizz attwalment mitmum,

- jew, sakemm laħqet l-età ta' 50 sena jew iżjed, pensjoni ta' l-irtir kif provduta taħt l-Artikolu 41a tal-Kondizzjonijiet ta' l-Impjieg u dan l-Anness."

Artikolu 40

Fl-Artikolu 15 ta' l-Anness VI tal-Kondizzjonijiet ta' l-Impjieg "fejn impjegat" huwa b'dan mibdul bi "fejn ex-impjegat".

Artikolu 41

"M'għandux ikun anqas minn 60 % tal-pensjoni ta' l-irtir li għaliha żewgha kien ikun intitolat li kieku kkwalifika, irrespettivament mit-tul tas-servizz jew ta' l-età, għal dik il-pensjoni fiż-żmien ta' mewtu."

Artikolu 42

"Artikolu 17a

Fejn ex-impjegat kien jirċievi pensjoni ta' l-invalidità l-armla tiegħu għandha tkun intitolata, sakemm kienet miżżewwġa lilu meta sar eliġibbli għall-pensjoni, u bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 21, lill-pensjoni ta' l-armla li hija daqs 60 % tal-pensjoni ta' l-invalidità li kien qed jirċievi fiż-żmien ta' mewtu.

Il-pensjoni minima ta' l-armla għandha tkun 35 % tas-salarju bażiku finali; l-ammont tal-pensjoni ta' l-armla għandu fl-ebda każ, iżda, jeċċedi l-ammont tal-pensjoni ta' l-invalidità li żewġha kien qed jirċievi fiż-żmien mewtu."

Artikolu 43

Fl-Artikolu 19 ta' l-Anness VI tal-Kondizzjonijiet ta' l-Impjieg il-kliem ta' "l-Artikoli 17 u 18" għandhom jinbidlu "bl-Artikoli 17, 17a u 18".

Artikolu 44

L-Artikolu 22 ta' l-Anness VI tal-Kondizzjonijiet ta' l-Impjieg huwa b'dan imħassar.

Artikolu 45

"Artikolu 23

Meta għall-aktar minn sena ma jkunx magħruf fejn jinsab l-impjegat, jew ex-impjegat intitolat għall-pensjoni ta' l-invalidità jew ta' l-irtir, jew ex-membru li ħalla s-servizz qabel ma laħaq l-età ta' sittin sena u li talab li l-pensjoni ta' l-irtir tiegħu tkun differita sa l-ewwel jum tax-xahar kalendarju wara dak li fih jagħlaq l-età ta' sittin, il-konjuġi tiegħu jew persuni rikonoxxuti bħala d-dipendenti tiegħu jistgħu proviżorjament jirċievu l-pensjoni tas-superstiti li jkunu intitolati għaliha taħt dawn il-kondizzzjonijiet ta' l-impjieg.

Id-disposizzjonijiet ta' l-ewwel paragrafu għandhom japplikaw lil persuni rikonoxxuti bħala dipendenti ta' persuna li tirċievi jew hija intitolata għall-pensjoni tas-superstiti li ma jkunx magħruf fejn tinsab għall-aktar minn sena.

Pensjonijiet proviżorji taħt l-ewwel u t-tieni paragrafi għandhom ikunu kkonvertiti f'pensjonijiet definittivi fejn il-mewt ta' l-impjegat jew pensjonant tkun debitament ikkonfermata jew kien legalment dikjarat nieqes, jew preżunt mejjet."

Artikolu 46

"Artikolu 27

Il-mara ddivorzjata ta' impjegat jew ex-impjegat għandha tkun intitolata meta jmut għall-pensjoni tas-superstiti, kif imfissra f'dan il-Kapitolu, sakemm tipprova li hija intitolata li tirċievi mal-mewt ta' ex-raġel tagħha manteniment bid-dritt bis-saħħa ta' ordni tal-qorti jew bħala riżultat ta' ftehim bejnha u żewġha.

Il-pensjoni tas-superstiti ma tistax, iżda, teċċedi l-ammont ta' manteniment mħallsa fiż-żmien tal-mewt ta' dak li kien żewġha, l-ammont ikun aġġustat skond l-Artikolu 41g tal-Kondizzjonijiet ta' l-Impjieg.

L-intitolament tal-mara ddivorzjata għandu jieqaf jekk terġa' tiżżewweġ qabel imut l-ex raġel tagħha. Id-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 26 għandhom japplikaw jekk terġa' tiżżewweġ wara li l-ex-raġel tagħha jmut."

Artikolu 47

"Fejn l-impjegat mejjet iħalli aktar minn mara waħda ddivorzjata u armla intitolata għall-pensjoni tas-superstiti, dik il-pensjoni għandha tkun imqassma fi proporzjon għat-tul taż-żwiġijiet. Id-disposizzjonijiet tat-tieni u t-tielet paragrafi ta' l-Artikolu 27 għandhom japplikaw."

Artikolu 48

L-aħħar paragrafu ta' l-Artikolu 38 ta' l-Anness VI tal-Kondizzjonijiet ta' l-Impjieg huwa b'dan mħassar.

Artikolu 49

"

ANNESS VII

XOGĦOL TA' NOFS IL-ĦIN

Artikolu 1

L-awtorizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 29a għandha tingħata fuq rikors ta' l-impjegat għall-massimu ta' sena.

L-awtorizzazzjoni tista', iżda, tiġġedded fuq l-istess kondizzjonijiet. Applikazzjonijiet għat-tiġdid għandhom isiru mill-impjegat konċernat ta' l-anqas darba fix-xahar qabel ma jagħlaq il-perjodu li għalih l-awtorizzazzjoni ngħatat.

Artikolu 2

Jekk ir-raġunijiet li għalihom l-awtorizzazzjoni imsemmija fl-Artikolu 29a ngħatat ma tapplikax iżjed, id-Direttur jista' jirtira l-awtorizzazzjoni qabel ma jagħlaq il-perjodu li għaliha ngħatat, wara li jagħti avviż ta' xahar.

Id-Direttur jista' ukoll, fuq rikors ta' l-impjegat ikkonċernat, jirtira l-awtorizzazzjoni qabel ma jagħlaq il-perjodu li għalih ngħata.

Artikolu 3

Impjegat għandu jkun intitolat, matul il-perjodu li għalih hu awtorizzat biex jaħdem nofs il-ħin, sa 50 % tar-remunerazzjoni tiegħu. Għandu, iżda, jkompli jirċievi l-allowance sħiħa ta' wild dipendenti u l-allowance sħiħa ta' l-edukazzjoni.

Matul dak il-perjodu ma jistax jidħol f'attività oħra mħallsa.

Kontribuzzjonijiet għall-iskema ta' l-assigurazzjoni kontra l-mard u l-iskema tal-pensjoni għandha tkun ikkalkolata b'referenza għas-salarju bażiku totali.

"

Artikolu 50

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-ġurnata tal-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjal tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fit-23 ta' Frar 1987.

Għal-Kunsill,

il-President

P. de Keersmaeker

[1] ĠU L 139, tat-30.5.1975, pġ. 1.

[2] ĠU L 214, tas-6.8.1976, pġ. 24.

[3] ĠU L 64, tat-8.3.1982, pġ. 1.

--------------------------------------------------